Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/553 tad-29 ta’ Marzu 2021 li tagħti derogi lill-Greċja, lil Spanja u lil Malta fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija (notifikata bid-dokument C(2021) 1937) (It-testi bl-Ingliż, bil-Grieg, bil-Malti u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

In forceVersion 2021-03-29from 2021-03-31
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/553@2021-03-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2002 dwar l-istatistika tal-enerġija, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2146 jeżiġi li l-Istati Membri jittrażmettu statistika annwali aktar diżaggregata dwar il-konsum finali tal-enerġija fl-industrija.

(2) Greċja, Spanja u Malta talbu derogi minn dak ir-rekwiżit għal ċerti diżaggregazzjonijiet u snin ta’ referenza, peress li jkollhom bżonn jimmodifikaw il-metodi tal-ġbir tad-data tagħhom, jiżviluppaw studji u metodoloġiji ġodda, u jsibu sorsi amministrattivi ġodda. Abbażi tal-informazzjoni li pprovdew lill-Kummissjoni, jidher li t-talbiet huma ġġustifikati, peress li l-ġbir ta’ tali statistika jwassal għal piż eċċessiv fuq ir-rispondenti f’dawk l-Istati Membri.

(3) Jenħtieġ li d-derogi mitluba jingħataw lill-Greċja, lil Spanja u lil Malta.

(4) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-derogi stabbiliti fl-Anness jingħataw lill-Istati Membri elenkati fih.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja u lir-Repubblika ta’ Malta.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2021. Għall-Kummissjoni Paolo Gentiloni Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Derogi mir-Regolament (KE) Nru 1099/2008

Stat Membru: Il-Greċja Anness A Paragrafu (li jidentifika l-prodott ikkonċernat) Anness B Paragrafu (li jidentifika l-industrija kkonċernata) Perjodu tad-deroga Kopertura tad-deroga 3.2, 3.1.13 3.4 7.1.1.1.1, 7.1.1.1.2, 7.1.1.1.3 7.1.1.2.1, 7.1.1.2.2, 7.1.1.2.3 7.1.1.5.1, 7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2, 7.1.1.5.2 7.1.1.6.1, 7.1.1.6.2 7.1.1.7.1, 7.1.1.7.2, 7.1.1.7.3 7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 7.1.1.10.1, 7.1.1.10.2, 7.1.1.10.3, 7.1.1.10.4 7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 Sena Trażmissjoni tal-elementi kollha tal-konsum finali dettaljat tal-enerġija fl-industrija għall-gass u għall-prodotti taż-żejt u tal-petroleum. 3.5 (għajr 3.5.8.1 u 3.5.8.2) 7.1.1.1.1, 7.1.1.1.2, 7.1.1.1.3 7.1.1.2.1, 7.1.1.2.2, 7.1.1.2.3 7.1.1.5.1, 7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2, 7.1.1.5.2 7.1.1.6.1, 7.1.1.6.2 7.1.1.7.1, 7.1.1.7.2, 7.1.1.7.3 7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 7.1.1.10.1, 7.1.1.10.2, 7.1.1.10.3, 7.1.1.10.4 7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 Sentejn Trażmissjoni tal-elementi kollha tal-konsum finali dettaljat tal-enerġija fl-industrija għall-enerġija rinnovabbli u l-iskart, għajr il-bijofjuwils solidi u l-bijogassijiet. 3.3.1 7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2 Tliet snin Trażmissjoni ta’ elementi ta’ Manifattura ta’ polpa u Karta u prodotti tal-karta oħrajn għall-elettriku Stat Membru: Spanja Anness A Paragrafu (li jidentifika l-prodott ikkonċernat) Anness B Paragrafu (li jidentifika l-industrija kkonċernata) Perjodu tad-deroga Kopertura tad-deroga 3 7.1.1.1.1, 7.1.1.1.2, 7.1.1.1.3 7.1.1.2.1, 7.1.1.2.2, 7.1.1.2.3 7.1.1.5.1, 7.1.1.5.1.1, 7.1.1.5.1.2, 7.1.1.5.2 7.1.1.6.1, 7.1.1.6.2 7.1.1.7.1, 7.1.1.7.2, 7.1.1.7.3 7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 7.1.1.10.1, 7.1.1.10.2, 7.1.1.10.3, 7.1.1.10.4 7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 Sentejn Trażmissjoni tal-elementi kollha tal-konsum finali dettaljat tal-enerġija fl-industrija għall-fjuwils kollha. Stat Membru: Malta Anness A Paragrafu (li jidentifika l-prodott ikkonċernat) Anness B Paragrafu (li jidentifika l-industrija kkonċernata) Perjodu tad-deroga Kopertura tad-deroga 3.3.1 7.1.1.9.1, 7.1.1.9.2 Sena Trażmissjoni ta’ elementi ta’ Produzzjoni tal-aluminju u Industriji oħra tal-metall mhux ferruż għall-elettriku. 3.4 7.1.1.12.1, 7.1.1.12.2, 7.1.1.12.3 Tliet snin Trażmissjoni ta’ elementi ta’ Manifattura ta’ prodotti tal-gomma u tal-plastik, Manifattura tal-għamara u Manifattura oħra għall-prodotti taż-żejt u tal-petroleum.

Versions

  1. 2021-03-29