Gelex

Regolament (UE) 2021/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ aġġustamenti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2021-03-31from 2021-04-09
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/558@2021-03-31/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013
  3. (1)
  4. (2)
  5. (e)
  6. (3)
  7. (4)
  8. (5)
  9. “Artikolu 269a Trattament ta’ titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi improduttivi (NPE)
  10. 1.
  11. 7.
  12. (6)
  13. “Artikolu 270 Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ
  14. 1.
  15. 2.
  16. (7)
  17. (8)
  18. Artikolu 494c Anterjorità tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri
  19. (10)
  20. Artikolu 506a CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro
  21. Artikolu 506b Titolizzazzjonijiet tal-NPE
  22. (11)
  23. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-kriżi tal-COVID-19 qed taffettwa lin-nies, lill-kumpaniji, lis-sistemi tas-saħħa u lill-ekonomiji tal-Istati Membri b’mod sever. Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2020 intitolata Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss, il-Kummissjoni saħqet li l-likwidità u l-aċċess għal finanzjament se jkomplu jkunu sfida kontinwa fix-xhur li ġejjin. Għalhekk huwa kruċjali li jiġi appoġġat l-irkupru mix-xokk ekonomiku sever ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 bl-introduzzjoni ta’ emendi mmirati għal biċċiet eżistenti tal-leġiżlazzjoni finanzjarja.

(2) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ investiment (l-istituzzjonijiet) se jkollhom rwol ewlieni biex jikkontribwixxu għall-irkupru. Fl-istess ħin dawn x’aktarx se jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ekonomika li sejra għall-agħar. L-awtoritajiet kompetenti pprovdew kapital, likwidità u għajnuna operazzjonali temporanji lill-istituzzjonijiet biex jiżguraw li huma jkunu jistgħu jkomplu jwettqu r-rwol tagħhom fil-finanzjament tal-ekonomija reali f’ambjent aktar diffiċli. Bl-istess objettiv, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill diġà adottaw malajr ċerti aġġustamenti mmirati għar-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19.

(3) It-titolizzazzjoni hija element importanti tal-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji peress li hi tikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet u l-ħruġ tal-kapital regolatorju, li jistgħu jiġu allokati mill-ġdid sabiex jappoġġaw self ulterjuri. Barra minn hekk, it-titolizzazzjoni tipprovdi lill-istituzzjonijiet u lil parteċipanti oħrajn fis-suq opportunitajiet ta’ investiment addizzjonali, sabiex b’hekk tippermetti d-diversifikazzjoni tal-portafoll u tiffaċilita l-fluss ta’ finanzjament għan-negozji u l-individwi kemm fl-Istati Membri kif ukoll fuq bażi transfruntiera madwar l-Unjoni kollha.

(4) Huwa importanti li tissaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jipprovdu l-fluss ta’ finanzjament meħtieġ lill-ekonomija reali fis-segwitu tal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji prudenzjali adegwati biex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja. Bidliet immirati għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-qafas tat-titolizzazzjoni jikkontribwixxu għall-ksib ta’ dawk l-objettivi u jtejbu l-koerenza u l-komplementarjetà ta’ dak il-qafas bil-miżuri varji meħuda fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19.

(5) L-elementi finali tal-qafas ta’ Basel III ippubblikati fis-7 ta’ Diċembru 2017 jimponu,fil-każ ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni, rekwiżit minimu ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fuq sett limitat ta’ fornituri ta’ protezzjoni biss, jiġifieri entitajiet li mhumiex entitajiet sovrani, entitajiet tas-settur pubbliku, istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji prudenzjali oħra. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Artikolu 249(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat biex jiġi allinjat mal-qafas ta’ Basel III sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-iskemi nazzjonali ta’ garanzija pubblika li jappoġġaw l-istrateġiji tal-istituzzjonijiet biex jittitolizzaw l-iskoperturi improduttivi (NPEs) fis-segwitu tal-pandemija tal-COVID-19.

(6) Il-qafas prudenzjali attwali tal-Unjoni għat-titolizzazzjoni huwa mfassal abbażi tal-aktar karatteristiċi komuni tat-tranżazzjonijiet tipiċi ta’ titolizzazzjoni, jiġifieri s-self produttiv. Fl-Opinion on the Regulatory Treatment of Non-Performing Exposure Securitisations (Opinjoni dwar it-Trattament Regolatorju tat-Titolizzazzjonijiet tal-Iskoperturi Improduttivi) tagħha (l-Opinjoni tal-EBA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) indikat li l-qafas prudenzjali attwali għat-titolizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 iwassal għal rekwiżiti kapitali sproporzjonati meta applikat għal titolizzazzjonijiet ta’ NPEs, minħabba li l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni tat-Titolizzazzjoni (SEC-IRBA) u l-Approċċ Standardizzat tat-Titolizzazzjoni (SEC-SA) mhumiex konsistenti mal-motivaturi tar-riskju speċifiċi tal-NPEs. Għalhekk jenħtieġ li jiġi introdott trattament speċifiku għat-titolizzazzjoni tal-NPEs li jibni fuq l-Opinjoni tal-EBA kif ukoll fuq standards maqbula fuq livell internazzjonali.

(7) Minħabba li huwa probabbli ħafna li s-suq għall-NPEs jikber u jinbidel b’mod pjuttost sostanzjali b’riżultat tal-kriżi tal-COVID-19, jenħtieġ li s-suq tat-titolizzazzjonijiet NPE jiġi mmonitorjat mill-qrib u jenħtieġ li l-qafas prudenzjali għat-titolizzazzjonijiet NPE jiġi vvalutat mill-ġdid fil-ġejjieni fid-dawl ta’ aggregazzjoni potenzjalment akbar ta’ data.

(8) Fir-Rapport dwar il-qafas STS għat-titolizzazzjoni sintetika tas-6 ta’ Mejju 2020, l-EBA rrakkomandat li jiġi introdott qafas speċifiku għal titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS) fuq il-karta tal-bilanċ. Minħabba l-livell aktar baxx tar-riskju ta’ aġenzija u tar-riskju ta’ mmudellar ta’ titolizzazzjoni STS fil-karta tal-bilanċ meta mqabbla ma’ titolizzazzjoni sintetika mhux STS, kalibrar sensittiv għar-riskju xieraq tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, kif ikkunsidrat f’dak ir-rapport, jenħtieġ li jiġi introdott, filwaqt li jitqies it-trattament regolatorju preferenzjali attwali tas-segmenti superjuri tal-portafolli tal-SMEs. Jenħtieġ li l-EBA tingħata l-mandat biex timmonitorja l-funzjonament tas-suq tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ. Ir-rikors akbar għat-titolizzazzjoni STS fil-karta tal-bilanċ promoss mit-trattament aktar sensittiv għar-riskju tas-segment superjuri ta’ tali titolizzazzjonijiet jillibera l-kapital regolatorju u fl-aħħar mill-aħħar jista’ jespandi aktar il-kapaċità ta’ self tal-istituzzjonijiet b’mod prudenzjalment sod.

(9) Jenħtieġ li tiġi introdotta l-anterjorità għall-pożizzjonijiet superjuri pendenti f’titolizzazzjonijiet sintetiċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-trattament prudenzjali preferenzjali li kien japplika qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament emendatorju.

(10) Fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19, huwa essenzjali li l-utenti finali jkunu jistgħu effettivament jiħħeġġjaw ir-riskji tagħhom sabiex jipproteġu r-robustezza tal-karti tal-bilanċ tagħhom. Ir-Rapport Finali tal-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali nnota li Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta’ Kreditu tal-Kontroparti (SA-CCR), li jkun konservattiv iżżejjed, jista’ jkollu impatt li jagħmel ħsara fuq id-disponibbiltà u l-kost ta’ ħeġġijiet finanzjarji għall-utenti finali. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-applikazzjoni tal-approċċ SA-CCR sat-30 ta’ Ġunju 2021 filwaqt li tikkunsidra b’mod xieraq l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju u tal-ekonomija Ewropej, il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni internazzjonali u kwalunkwe żvilupp fl-istandards u l-fora internazzjonali.

(11) Il-marġni pożittiv sintetiku (SES) huwa mekkaniżmu użat ta’ spiss fit-titolizzazzjoni ta’ ċerti klassijiet ta’ assi għall-oriġinaturi u l-investituri biex jitnaqqsu l-kost tal-protezzjoni u l-iskopertura għal riskju, rispettivament. Jenħtieġ li jiġi stabbilit trattament prudenzjali ddedikat tal-SES biex jiġi evitat li l-SES jintuża għal skopijiet ta’ arbitraġġ regolatorju. F’dak il-kuntest, l-arbitraġġ regolatorju jseħħ meta stituzzjoni oriġinatriċi tipprovdi titjib tal-kreditu lill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni miżmuma mill-fornituri tal-protezzjoni billi kuntrattwalment talloka ċerti ammonti biex ikopru t-telf tal-iskoperturi titolizzati matul il-ħajja tat-tranżazzjoni, u tali ammonti, li jkunu ta’ piż fuq ir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni oriġinatriċi b’mod simili għal garanzija mhux iffinanzjata, ma jkunux ponderati għar-riskju.

(12) L-EBA jenħtieġ li tingħata l-mandat biex tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiżgura determinazzjoni armonizzata tal-valur tal-iskopertura tal-SES. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jkunu fis-seħħ qabel ma jsir applikabbli t-trattament prudenzjali l-ġdid. Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-suq tat-titolizzazzjonijiet sintetiċi, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jingħataw biżżejjed żmien biex japplikaw it-trattament prudenzjali l-ġdid tal-SES.

(13) Bħala parti mir-rapport tagħha dwar il-funzjonament tal-qafas prudenzjali għat-titolizzazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina wkoll it-trattament prudenzjali ġdid tal-SES fid-dawl tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali.

(14) Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi massimizzata l-kapaċità tal-istituzzjonijiet biex isellfu u jassorbu t-telf marbut mal-kriżi tal-COVID-19, filwaqt li tibqa’ tiġi żgurata r-reżiljenza kontinwa tagħhom, ma jkunux jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità l-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(15) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan.

(16) Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu introdotti miżuri mmirati biex jappoġġaw l-irkupru ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19 malajr kemm jista’ jkun, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) fl-Artikolu 242, jiżdied il-punt li ġej:

(1)

(20) marġni pożittiv sintetiku tfisser marġni pożittiv sintetiku kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.;

(2) l-Artikolu 248 huwa emendat kif ġej:

(2)

(a) fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

(a)

(e) Il-valur tal-iskopertura ta’ marġni pożittiv sintetiku għandu jinkludi, kif applikabbli, l-elementi li ġejjin: Għall-finijiet ta’ dan il-punt, kwalunkwe ammont ipprovdut bħala kollateral jew titjib tal-kreditu fir-rigward tat-titolizzazzjoni sintetika u li jkun diġà soġġett għal rekwiżit ta’ fondi proprji skont dan il-Kapitolu ma għandux jiġi inkluż fil-valur tal-iskopertura.;

(e)

(i) kwalunkwe introjtu mill-iskoperturi titolizzati diġà rikonoxxuti mill-istituzzjoni oriġinatriċi fid-dikjarazzjoni tad-dħul tagħha fl-ambitu tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li l-istituzzjoni oriġinatriċi kuntrattwalment allokat għat-tranżazzjoni bħala marġni pożittiv sintetiku u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(ii) kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi fi kwalunkwe perjodu preċedenti u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(iii) kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għall-perjodu attwali u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(iv) kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għal perjodi futuri.

(b) jiżdied il-paragrafu li ġej:

(b)

4. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet oriġinaturi jridujiddeterminaw il-valur tal-iskopertura msemmi fil-punt (da) tal-paragrafu 1, b’kont meħud tat-telf rilevanti mistenni li jkun kopert mill-marġni pożittiv sintetiku. L-EBA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.;

(3) fl-Artikolu 249(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

(3)

3. “Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata elenkati fil-punt (g) tal-Artikolu 201(1) għandhom ikunu ġew assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta li kienet skala 2 jew aktar tal-kwalità kreditizja fil-mument meta l-protezzjoni ta’ kreditu kienet rikonoxxuta għall-ewwel darba u li attwalment tkun skala 3 jew aktar tal-kwalità kreditizja.;

(4) fl-Artikolu 256, jiżdied il-paragrafu li ġej:

(4)

6. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-punti ta’ attakkament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) ta’ titolizzazzjoni sintetika, l-istituzzjoni oriġinatriċi tat-titolizzazzjoni għandha tittratta l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tikkorrispondi għall-marġni pożittiv sintetiku msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 248(1) bħala segment, u taġġusta l-punti ta’ attakkament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) tas-segmenti l-oħra li żżomm billi żżid dak il-valur tal-iskopertura mal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li ma jkunux l-istituzzjoni oriġinatriċi ma għandhomx jagħmlu dan l-aġġustament.;

(5) jiddaħħal l-artikolu li ġej:

(5)

“Artikolu 269a Trattament ta’ titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi improduttivi (NPE)

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

1.

(a) titolizzazzjoni NPE tfisser skopertura improduttiva (NPE) kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(b) titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti tfisser titolizzazzjoni NPE tradizzjonali li fiha l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli jkun mill-anqas 50 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti fil-mument meta ġew ittrasferiti lill-SSPE.

2. Il-piż tar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni NPE għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 254 jew 267. Il-piż tar-riskju għandu jkun soġġett għal limitu minimu ta’ 100 %, ħlief meta jiġi applikat l-Artikolu 263.

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 100 % għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri f’titolizzazzjoni NPE tradizzjonali, ħlief meta jiġi applikat l-Artikolu 263.

4. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal kwalunkwe skopertura fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti f’konformità mal-Kapitolu 3 u li mhumiex permessi jużaw l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni għal tali skoperturi ma għandhomx jużaw is-SEC-IRBA għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjoni f’titolizzazzjoni NPE u m’għandhomx japplikaw il-paragrafu 5 jew 6.

5. Għall-finijiet tal-Artikolu 268(1), it-telf mistenni assoċjat ma’ skoperturi sottostanti għal titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti għandu jiġi inkluż wara t-tnaqqis tal-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli u, meta applikabbli, ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku addizzjonali għar-riskju ta’ kreditu. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkolu skont il-formula li ġejja: fejn: CRmax ir-rekwiżit kapitali massimu fil-każ ta’ titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti; RWEAIRB it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; ELIRB it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; NRPPD l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli; EVIRB it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB; EVPool it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni; SCRAIRB għall-istituzzjonijiet oriġinaturi, l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni fir-rigward ta’ dawk l-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD; għall-istituzzjonijiet investituri l-ammont huwa żero; RWEASA it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat.

6. B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, meta l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura kkalkulat skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fl-Artikolu 267 ikun inqas minn 100 %, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-piż tar-riskju aktar baxx, soġġett għal limitu minimu tal-piż tar-riskju ta’ 50 %. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet oriġinaturi li japplikaw is-SEC-IRBA għal pożizzjoni u li huma permessi jużaw l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-iskoperturi sottostanti kollha soġġetti għall-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3, għandhom inaqqsu l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli u, meta applikabbli, kwalunkwe aġġustament speċifiku addizzjonali għar-riskju ta’ kreditu mit-telf mistenni u l-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti assoċjati ma’ pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni ta’ NPE tradizzjonali kwalifikanti skont il-formula li ġejja: fejn: RWmax il-piż tar-riskju, qabel ma jiġi applikat il-limitu minimu, applikabbli għal pożizzjoni superjuri f’titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti meta jintuża l-approċċ taċ-ċar kristall; RWEAIRB it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; RWEASA it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat; ELIRB it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB; NRPPD l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli; EVIRB it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB; EVpool it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni; EVSA it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ Standardizzat; SCRAIRB l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni oriġinatriċi fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD.

7. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (b) mill-ammont imsemmi fil-punt (a): Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6, matul il-ħajja tat-tranżazzjoni, il-kalkolu tal-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi aġġustat ’l isfel filwaqt li jitqies it-telf realizzat. Kwalunkwe tnaqqis fl-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti li jirriżulta minn telf realizzat għandu jnaqqas l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli, soġġett għal limitu minimu ta’ żero. Meta skont ikun strutturat b’tali mod li jkun jista’ jiġi rimborżat b’mod sħiħ jew parzjali lill-oriġinatur, tali skont ma għandux jgħodd bħala skont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

7.

(a) l-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni NPE fil-mument meta dawk l-iskoperturi ġew ittrasferiti lill-SSPE;

(b) it-total ta’ dan li ġej:

(b)

(i) il-prezz tal-bejgħ inizjali tas-segmenti jew, meta applikabbli, partijiet mis-segmenti tat-titolizzazzjoni NPE mibjugħin lil investituri terzi; u

(ii) l-ammont pendenti, fil-mument meta l-iskoperturi sottostanti ġew trasferiti lill-SSPE, tas-segmenti jew, meta applikabbli, ta’ partijiet mis-segmenti ta’ dik it-titolizzazzjoni miżmuma mill-oriġinatur.

(6) L-Artikolu 270 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(6)

“Artikolu 270 Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ

1. Istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni f’titolizzazzjoni STS fil-karta tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 26a(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402 f’konformità mal-Artikoli 260, 262 jew 264 ta’ dan ir-Regolament, kif applikabbli, meta dik il-pożizzjoni tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

(a) it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 243(2);

(b) il-pożizzjoni tikkwalifika bħala l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri.

2. L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 b’mod partikolari fir-rigward ta’:

2.

(a) il-volum tas-suq u s-sehem mis-suq tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1, fil-klassijiet differenti ta’ assi;

(b) l-allokazzjoni ta’ telf osservata għas-segment superjuri u għal segmenti oħra ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pożizzjoni superjuri miżmuma f’tali titolizzazzjonijiet;

(c) l-impatt tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 fuq l-ingranaġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet;

(d) l-impatt tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 dwar il-ħruġ ta’ strumenti kapitali mill-istituzzjonijiet oriġinaturi rispettivi.

3. L-EBA għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-10 ta’ April 2023.

4. Sal-10 ta’ Ottubru 2023 il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport msemmi fil-paragrafu 3, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’attenzjoni partikolari għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li jirriżulta permezz tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li jikkwalifikaw għat-trattament f’konformità mal-paragrafu 1, u għas-sostituzzjoni potenzjali tal-ħruġ ta’ strumenti kapitali minn istituzzjonijiet oriġinaturi, permezz ta’ tali użu. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

(7) fl-Artikolu 430, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

(7)

1a. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-istituzzjonijiet jirrapportaw dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq it-titolizzazzjonijiet, l-informazzjoni li jirrapportaw għandha tinkludi informazzjoni dwar it-titolizzazzjonijiet NPE li jibbenefikaw mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 269a, dwar it-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li joriġinaw, u dwar d-diżaggregazzjoni tal-assi sottostanti għal dawk it-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ skont il-klassi tal-assi.;

(8) jiddaħħal l-artikolu li ġej:

(8)

Artikolu 494c Anterjorità tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri

B’deroga għall-Artikolu 270, istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri f’konformità mal-Artikolu 260, 262 jew 264 meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-titolizzazzjoni tkun ingħatat qabel id-9 ta’ April 2021;

(b) it-titolizzazzjoni tkun issodisfat, fit-8 ta’ April 2021.;

(9) fl-Artikolu 501c, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: L-EBA, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, abbażi tad-data disponibbli u s-sejbiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament Sostenibbli, tivvaluta jekk ikunx ġustifikat trattament prudenzjali dedikat tal-iskoperturi relatati ma’ assi, inklużi titolizzazzjonijiet, jew attivitajiet assoċjati b’mod sustanzjali ma’ objettivi ambjentali u/jew soċjali. B’mod partikolari, l-EBA għandha tivvaluta:;

(10) jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

(10)

Artikolu 506a CIUs b’portafoll sottostanti ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS u l-EBA, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport sal-31 ta’ Diċembru 2021 li fih għandha tivvaluta jekk humiex meħtieġa bidliet fil-qafas regolatorju biex jiġi promoss is-suq, u x-xiri mill-banek, tal-iskoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIUs b’portafoll sottostanti li jikkonsisti esklussivament f’bonds sovrani tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, meta l-piż relattiv tal-bonds sovrani ta’ kull Stat Membru fil-portafoll totali tas-CIU jkun ugwali għall-piż relattiv tal-kontribuzzjoni kapitali ta’ kull Stat Membru lill-BĊE.

Artikolu 506b Titolizzazzjonijiet tal-NPE

1. L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-Artikolu 269a u għandha tevalwa t-trattament kapitali regolatorju tat-titolizzazzjonijiet NPE wara li tqis l-istat tas-suq għall-NPEs b’mod ġenerali u l-istat tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-NPEs b’mod partikolari, u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2022.

2. Sal-10 ta’ April 2023, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 269a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.;

(11) fl-Artikolu 519a jiżdied il-punt li ġej:

(11)

(e) il-mod kif il-kriterji tas-sostenibbiltà ambjentali jistgħu jiġu integrati fil-qafas tat-titolizzazzjoni, inkluż għall-iskoperturi għal titolizzazzjonijiet NPE..

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’deroga gmill-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-punti (2) u (4) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-10 ta’ April 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2021. Għall-Parlament Ewropew Il-President D. M. Sassoli Għall-Kunsill Il-President A. P. Zacarias

Versions

  1. 2021-03-31