Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/721 tad-29 ta’ April 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/721@2021-04-29/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Wara li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Netherlandiż,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali li jew għandhom mandat elettorali ta awtorità reġjonali jew lokali jew huma politikament responsabbli lejn assemblea eletta.
(2) Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157, li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1383, li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(3) Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Robertus Cornelis Leonardus (Robert) STRIJK, sar vakanti s-siġġu ta membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(4) Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sa Ilse ZAAL, attwalment membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, li hija rappreżentanta ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta (Gedeputeerde van de provincie Noord-Holland), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
(5) Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Ilse ZAAL bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(6) Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sur Robertus Cornelis Leonardus (Robert) STRIJK, li huwa rappreżentant ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta (Gedeputeerde van de provincie Utrecht), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
Artikolu 1
(a) bħala membru: u
Is-Sa Ilse ZAAL, rappreżentanta ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta: Provinciale Staten van de provincie Noord-Holland,
(b) bħala membru supplenti:
Is-Sur Robertus Cornelis Leonardus (Robert) STRIJK, rappreżentant ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta: Provinciale Staten van de provincie Utrecht.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021. Għall-Kunsill Il-President A. P. Zacarias