Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/743 tas-6 ta’ Mejju 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

In forceVersion 2021-05-06from 2021-05-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/743@2021-05-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2) L-informazzjoni marbuta ma’ persuna waħda fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021. Għall-Kunsill Il-President J. Borrell Fontelles

ANNEX

ANNESS

Fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, l-entrata 36 hija sostitwita b’dan li ġej: Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 36. Nizar AL-ASSAD (magħruf ukoll bħala al-Asad, Assad, Asad, Assaad, Asaad, Al-Assaad) (اسعد, الاسعد,الاسد;نزار) Data tat-twelid: 2.3.1948 jew 23.3.1948 jew Marzu 1948; Nazzjonalitajiet: Sirjan, Libaniż (u Kanadiż; Passaport Sirjan Nru 011090258; Passaport Libaniż Nru RL0003434; Passaport Kanadiż: Nru AG629220; Sess:raġel Negozjant prominenti Sirjan b’rabtiet mill-qrib mar-reġim. Assoċjat mal-familji Assad u Makhlouf. Bħala tali, kien qed jipparteċipa fir-reġim Sirjan, igawdi minnu jew inkella jappoġġah. Investitur ewlieni taż-żejt, fundatur u kap tal-kumpannija Lead Contracting & Trading Ltd. 23.8.2011

Versions

  1. 2021-05-06