Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/747 tat-3 ta’ Mejju 2021 li taħtar erba’ membri u disa’ membri supplenti, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

In forceVersion 2021-05-03
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/747@2021-05-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Rumen,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat tar-Reġjuni jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali li jkollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli lejn assemblea eletta.

(2) Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157, li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fil-11 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/172, li taħtar membru u membri supplenti, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3) Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Decebal FĂGĂDĂU (Mayor of Constanţa Municipality, Constanţa County), is-Sur Victor MORARU (President of Ialomiţa County Council), is-Sur Ion PRIOTEASA (President of Dolj County Council) u s-Sur Marius Horia ȚUȚUIANU (President of Constanţa County Council), saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4) Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Ştefan ILIE (Mayor of Luncavița Commune, Tulcea County), is-Sur Emil Radu MOLDOVAN (President of Bistrița-Năsăud County Council), li rriżenja, is-Sur Petre Emanoil NEAGU (President of Buzău County Council), li rriżenja, is-Sur Cosmin NECULA (Mayor of Bacău Municipality, Bacău County), is-Sur Emilian OPREA (Mayor of Chitila City, Ilfov County), li rriżenja, is-Sur Marian PETRACHE (President of Ilfov County Council), is-Sur Horia TEODORESCU (President of Tulcea County Council), li rriżenja, is-Sur Mădălin – Ady TEODOSESCU (Mayor of Balș City, Olt County) u s-Sur Bogdan Andrei TOADER (President of Prahova County Council) saru vakanti s-siġġijiet ta’ disa’ membri supplenti.

(5) Il-gvern Rumen ippropona lis-Sur Daniel BĂLUȚĂ (Mayor of District 4, Bucharest Municipality), is-Sur Petre Emanoil NEAGU (President of Buzău County Council), is-Sur Alin-Adrian NICA (President of Timiş County Council) u s-Sur Corneliu ŞTEFAN (President of Dâmboviţa County Council), kollha rappreżentanti ta’ korp lokali jew reġjonali li huma politikament responsabbli lejn assemblea eletta, bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(6) Il-gvern Rumen ippropona lis-Sur Ionel Ovidiu BOGDAN (President of Maramureş County Council), is-Sur Iustin-Marinel CIONCA-ARGHIR (President of Arad County Council), is-Sa Aurelia FEDORCA (Mayor of Negrești Oaș, Satu Mare County), is-Sur Adrian Ionuţ GÂDEA (President of Teleorman County Council), is-Sur Dănuț GROZA (Mayor of Sânnicolau Mare, Timiș County), is-Sur Florin Tiberiu IACOB-RIDZI (Mayor of Petroșani Municipality, Hunedoara County), is-Sur Ștefan ILIE (Mayor of Tulcea Municipality, Tulcea County), is-Sur Ion MÎNZÎNĂ (President of Argeş County Council) u s-Sur Dorin Cosmin VASILE (President of Dolj County Council), kollha rappreżentanti ta’ korp lokali jew reġjonali li huma politikament responsabbli lejn assemblea eletta, bħala membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Ir-rappreżentanti ta’ korpi reġjonali jew lokali li ġejjin b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2025:

Artikolu 1

(a) bħala membri: u

Is-Sur Daniel BĂLUȚĂ, Mayor of District 4, Bucharest Municipality,

Is-Sur Petre Emanoil NEAGU, President of Buzău County Council,

Is-Sur Alin-Adrian NICA, President of Timiş County Council,

Is-Sur Corneliu ŞTEFAN, President of Dâmboviţa County Council;

(b) bħala membri supplenti:

Is-Sur Ionel Ovidiu BOGDAN, President of Maramureş County Council,

Is-Sur Iustin-Marinel CIONCA-ARGHIR, President of Arad County Council,

Is-Sa Aurelia FEDORCA, Mayor of Negrești Oaș, Satu Mare County,

Is-Sur Adrian Ionuţ GÂDEA, President of Teleorman County Council,

Is-Sur Dănuț GROZA, Mayor of Sânnicolau Mare, Timiș County,

Is-Sur Florin Tiberiu IACOB-RIDZI, Mayor of Petroșani Municipality, Hunedoara County,

Is-Sur Ștefan ILIE, Mayor of Tulcea Municipality, Tulcea County,

Is-Sur Ion MÎNZÎNĂ, President of Argeş County Council,

Is-Sur Dorin Cosmin VASILE, President of Dolj County Council.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2021. Għall-Kunsill Il-President A. P. Zacarias

Versions

  1. 2021-05-03