Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/781 tas-10 ta’ Mejju 2021 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni u emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2019 (notifikata bid-dokument C(2021) 3109) (It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Iżvediż, bl-Olandiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2021-05-10from 2021-05-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/781@2021-05-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur
  3. Artikolu 2 Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur
  4. Artikolu 3 Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur
  5. Artikolu 4 L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha
  6. Artikolu 5 Emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza
  7. Artikolu 6
  8. ANNEX
  9. ANNESS I
  10. ANNESS II

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (d) u (f), u t-tieni subparagrafu tiegħu.

Billi:

(1) Jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jkunu ddeterminati abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri u mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-vetturi ta’ dak il-manifattur.

(2) Jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni jkunu bbażati fuq dik id-data rrappurtata għall-vetturi mill-manifatturi kollha.

(3) Jenħtieġ li l-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi jkun iddeterminat għal kull manifattur filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, irrapportati b’dan il-mod.

(4) Jenħtieġ li t-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet ikunu ddeterminati għal kull manifattur abbażi tan-numru ta’ vetturi tqal ġodda minbarra l-vetturi vokazzjonali rrappurtati b’dan il-mod.

(5) Jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jkunu bbażati fuq id-data rrapportata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 skont is-sottogrupp u jkunu jeskludu vetturi vokazzjonali.

(6) Jista’ jkun li l-Kummissjoni jkollha taġġorna d-data pubblika, jekk tirċievi data addizzjonali li tkun taffettwa r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, huma indikati fit-tieni kolonna tat-tabella tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kul manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, huwa indikat fit-tielet kolonna tat-tabella tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3 Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur

It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, huma indikati fir-raba’ u l-ħames kolonna rispettivament, tat-tabella tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4 L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019, kif ikkalkulati permezz tal-applikazzjoni tal-formula tal-Anness I, il-punt 2.7, tar-Regolament (UE) 2019/1242 filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha, huma: 52,75 g/tkm.

Artikolu 5 Emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, tar-Regolament (UE) 2019/1242, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020, huma indikati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi li ġejjin:

Artikolu 6

(1) DAIMLER TRUCK AG Mercedesstr.120 70372 Stuttgart Il-Ġermanja

(2) DAF NV P.O. box 90065 5602 PT Eindhoven In-Netherlands

(3) Ford Otomotiv Sanayi AS Akpinar Mah. Hasan Basri Cad No 2 34885 Sancaktepe Istanbul It-Turkija

(4) Iveco Magirus-AG Nicolaus-Otto-Straße 27 89079 Ulm Il-Ġermanja

(5) IVECO SPA Via Puglia 35 10156 Torino L-Italja

(6) MAN TRUCK AND BUS SE Dachauer Str 667 80995 Munich Il-Ġermanja

(7) RENAULT TRUCK SA 99 Route de Lyon 69802 Saint Priest Franza

(8) SCANIA CV AB Vagnmakarvagen 1 15187 Södertälje L-Iżvezja

(9) VOLVO TRUCK CORPORATION 40508 Göteborg L-Iżvezja

Magħmul fi Brussell, is-10 ta’ Mejju 2021. Għall-Kummissjoni Frans Timmermans Viċi President Eżekuttiv

ANNEX

ANNESS I

L-entrati kollha jirreferu għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019 kif iddefinit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2019/1242. Manifattur Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm Krediti tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm DAIMLER TRUCK AG 53,97 1,000 53,16 — DAF NV 53,38 0,999 53,64 8154 IVECO MAGIRUS-AG 53,43 1,000 51,87 — IVECO SPA 33,91 0,998 31,16 — FORD OTOMOTIV SANAYI AS 53,06 1,000 49,40 — MAN TRUCK AND BUS SE 51,58 0,999 51,49 — RENAULT TRUCK SA 52,19 1,000 50,72 — SCANIA CV AB 51,02 1,000 53,54 77096 VOLVO TRUCK CORPORATION 54,38 1,000 53,89 —

ANNESS II

Emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, kif imsemmi fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu tar-Regolament (UE) 2019/1242: Sottogrupp sg rCO2sg fi g/tkm 4-UD 307,23 4-RD 197,16 4-LH 105,96 5-RD 84,00 5-LH 56,60 9-RD 110,98 9-LH 65,16 10-RD 83,26 10-LH 58,26

Versions

  1. 2021-05-10