Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/913 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2021/913@2021-06-03/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikunu ġew applikati standards armonizzati, u li n-numri ta’ referenza tiegħu jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli li għaliha jirreferu tali standards. L-Artikolu 4 u l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 jistabbilixxu r-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.
(2) F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-adozzjoni ta’ att delegat skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar, il-Kummissjoni għandha tippubblika referenzi għall-istandards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu tal-att delegat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jiġu applikati dawn l-istandards armonizzati waqt il-valutazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-mudell għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu tal-att delegat. L-Artikolu 3 u l-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi.
(3) Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329, il-Kummissjoni ppreżentat talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jirrevedu l-istandards armonizzati eżistenti dwar il-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolamenti (UE) 2019/2022 u (UE) 2019/2023 u r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2014.
(4) Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329, is-CENELEC abbozza l-istandard armonizzat EN 60436:2020 sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku. Is-CENELEC adotta wkoll l-emenda EN 60436:2020/A11:2020 u r-rettifika EN 60436:2020/AC:2020-6 għal dak l-istandard.
(5) Il-Kummissjoni, flimkien mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-6, jikkonformax mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329.
(6) L-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-6, jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2022 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2017.
(7) Jeħtieġ li jiġi ċċarat liema verżjonijiet tal-istandards imsemmija fil-klawżola 3 Modifika tal-Klawżola 2 Referenzi normattivi tal-istandard EN 60436:2020 għandhom jiġu applikati għall-finijiet tal-preżunzjoni ta’ konformità.
(8) Il-kolonna Kummenti/Noti* tat-Tabella ZZA.1 fl-istandard armonizzat EN 60436:2020 għall-finijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 u l-kolonna Kummenti/Noti* tat-Tabella ZZB.1 fl-istandard EN 60436:2020 għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/2022 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-pubblikazzjoni minħabba l-inkonsistenza ta’ dawk il-kolonni mar-rekwiżiti fil-korp normattiv ewlieni tal-istandard u minħabba l-inċertezza legali li tirriżulta mill-interpretazzjoni tal-effett legali tal-preżunzjoni ta’ konformità inkluża fin-nota f’qiegħ il-paġna għal dawk il-kolonni.
(9) Għalhekk, jixraq li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 60436:2020, kif emendat b’EN 60436:2020/A11:2020 u kkoreġut b’EN 60436:2020/AC:2020-6, tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni.
(10) L-istandard armonizzat EN 60436:2020 jissostitwixxi l-istandard armonizzat EN 50242:2016, ippubblikat bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 416/05. Għaldaqstant, jixraq li dak il-Komunikazzjoni titħassar.
(11) Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Ir-referenza għall-istandard armonizzat dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzata b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017 u elenkata fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni. Ir-referenza għall-istandard armonizzat dwar l-ekodisinn tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi abbozzata b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022 u elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni.
Artikolu 2 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 416/05 titħassar.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2021. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
EN 60436:2020 Magni elettriċi għall-ħasil tal-platti għal użu fid-dar – Metodi għall-kejl tal-operat EN 60436:2020/A11:2020 EN 60436:2020/AC:2020-6 Restrizzjonijiet:
ANNESS I Referenza tal-istandard armonizzat abbozzat b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2017
grp_1
(a) għall-finijiet tal-klawżola 2 Referenzi normattivi japplikaw il-verżjonijiet li ġejjin ta’ standards armonizzati:
(a)
(i) EN 50564:2011;
(ii) EN 50643:2018 kif emendat b’EN 50643:2018/A1:2020;
(iii) EN 60704-2-3:2019;
(iv) EN 60704-2-3:2019 kif emendat b’EN 60704-2-3:2019/A11:2019;
(v) EN 60705:2015 kif emendat b’EN 60705:2015/A2:2018;
(vi) EN 60734:2012;
(vii) ISO 607:1980.
(b) din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-kolonna Kummenti/Noti* tat-Tabella ZZA.1.
EN 60436:2020 Magni elettriċi għall-ħasil tal-platti għal użu fid-dar – Metodi għall-kejl tal-operat EN 60436:2020/A11:2020 EN 60436:2020/AC:2020-6 Restrizzjonijiet:
ANNESS II Referenza tal-istandard armonizzat abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2022
grp_1
(a) għall-finijiet tal-klawżola 2 Referenzi normattivi japplikaw il-verżjonijiet li ġejjin ta’ standards armonizzati:
(a)
(i) EN 50564:2011;
(ii) EN 50643:2018 kif emendat b’EN 50643:2018/A1:2020;
(iii) EN 60704-2-3:2019;
(iv) EN 60704-2-3:2019 kif emendat b’EN 60704-2-3:2019/A11:2019;
(v) EN 60705:2015 kif emendat b’EN 60705:2015/A2:2018;
(vi) EN 60734:2012;
(vii) ISO 607:1980.
(b) din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-kolonna Kummenti/Noti* tat-Tabella ZZB.1.