Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1010 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

In forceVersion 2022-06-27from 2022-06-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1010@2022-06-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (2)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2) Abbażi ta' rieżami tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fih jenħtieġ li jinżammu, sakemm isimhom ma jissemmiex fl-Anness VI għal dik id-Deċiżjoni, u jenħtieġ li jiġu aġġornati 17-il entrata inklużi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 .

(3) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness IX għar-Regolament (UE) 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022. Għall-Kunsill Il-President A. Pannier-Runacher

ANNEX

ANNESS

L-Anness IX għar-Regolament (UE) 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) taħt l-intestatura I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran., l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura A. Persuni: Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 8. Ebrahim MAHMUDZADEH Kap tal-Bord ta' Tmexxija ta' Iran Telecommunications; eks Direttur Maniġerjali ta' Iran Electronic Industries (ara Parti B, nru 20). Direttur ġenerali tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Forzi Armati sa Settembru 2020. Viċi Ministru għad-Difiża Iranjan sa Diċembru 2020. 23.6.2008 27. Kamran DANESHJOO (magħruf bħala DANESHJOU) Eks Ministru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija. Bħala maniġer tal-proġetti tal-111-il taqsima tal-Pjan AMAD, huwa pprovda appoġġ għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni. 1.12.2011

(2) taħt l-intestatura I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran., l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura B. Entitajiet: Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 20. Iran Electronic Industries (inkluż il-fergħat kollha) u s-sussidjarji: P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran Sussidjarja sħiħa ta' proprjetà ta' MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistemi Iranjani tal-armi. 23.6.2008 (magħruf ukoll bħala Sanaye Mokhaberat Iran; Iran Communication Industries; Iran Communications Industries Group; Iran Communications Industries Co.) PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran Iran Communications Industries, sussidjarja ta' Iran Electronics Industries (elenkata mill-UE), tipproduċi diversi oġġetti inkluż sistemi ta' komunikazzjoni, apparat tal-avjonika, tal-ottika u tal-elettro-ottika, mikroelettronika, teknoloġija tal-informazzjoni, testijiet u kejl, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, gwerra elettronika, manifattura u rinnovazzjoni tat-tubu tar-radar u lanċaturi tal-missili. ICI akkwistat materjal sensittiv permezz ta' Hoda Trading, is-sussidjarja tagħha bbażata f'Hong Kong. 26.7.2010 52. Raad Iran (magħrufa wkoll bħala Raad Automation Company; Middle East Raad Automation; RAAD Automation Co.; Raad Iran Automation Co.; RAADIRAN; Middle East RAAD Automation Co.; Automasion RAAD Khavar Mianeh; Automation Raad Khavar Mianeh Nabbet Co) Unit 1, No 35, Bouali Sina Sharghi, Chehel Sotoun Street, Fatemi Square, Tehran Kumpannija involuta fl-akkwist ta' invertituri fir-rigward tal-programm għall-arrikkiment proskritt tal-Iran. Raad Iran ġiet stabbilita biex tipproduċi u tiddisinnja sistemi ta' kontroll u tipprovdi l-bejgħ u l-istallazzjoni ta' invertituri u apparat ta' Kontroll b'Memorja (programmable Logic Controllers). 23.5.2011

(2)

(b) Iran Communications Industries (ICI)

(3) taħt l-intestatura II. Islamic Revolutionary Guard Corps. (IRGC), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura A. Persuni: Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Brigadier Ġeneral tal-IRGC Javad DARVISH-VAND Eks Viċi Ministru għad-Difiża u Spettur Ġenerali ta' MODAFL. 23.6.2008 2. Viċi Ammiral Ali FADAVI Viċi Kmandant Ġeneral tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Eks Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC. 26.7.2010 3. Parviz FATAH Twieled fl-1961 Eks membru tal-IRGC. Eks Ministru għall-Enerġija. Minn Lulju 2019, kap tal-Mostazafan Foundation, eks membru tal-Kunsill ta' Direzzjoni tal-Fondazzjoni Imam Khomeini. 26.7.2010 4. Brigadier Ġeneral tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI Viċi Ministru għad-Difiża u l-Appoġġ tal-Forzi Armati mill-2021. Qabel kien Viċi Ministru għad-Difiża u l-Affarijiet Industrijali tal-Ministeru għad-Difiża, kap tal-Industriji tad-Difiża u l-Organizzazzjonijiet Ajruspazjali tal-Ministeru għad-Difiża, kif ukoll kmandant tal-Kamp ta’ Taħriġ tal-Persunal tal-Forzi Armati. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Industriji Ajruspazjali tal-Iran (AIO) u eks-direttur eżekuttiv tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) indikata min-NU. Membru tal-IRGC. 23.6.2008 6. Mohammad Ali JAFARI Eks Kmandant tal-IRGC. Attwalment kap tal-Kwartieri Kulturali u Soċjali ta’ Hazrat Baqiatollah al-Azam. 23.6.2008 7. Brigadier Ġeneral tal-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR Eks Ministru għall-Intern u eks Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inkluż il-programmi tal-missili ballistiċi. Minn Settembru 2013, Konsulent Għoli għall-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati dwar l-Industrija tal-Għarfien u t-Teknoloġija. Membru tal-IRGC. 23.6.2008 10. Rostam QASEMI (magħruf ukoll bħala Rostam Qassemi; Rostam GHASEMI) Twieled fl-1961 Mill-25 ta' Awwissu 2021, Ministru għall-Iżvilupp Urban u tat-Toroq. Eks Kmandant ta' Khatam al-Anbiya. 26.7.2010 12. Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ali SHAMSHIRI Membru tal-IRGC. Konsulent tad-direttur tal-Istitut tar-Riċerka Xjentifika u Edukattiva dwar id-Difiża. Okkupa rwoli għolja fil-MODAFL. 23.6.2008 13. Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ahmad VAHIDI Mill-25 ta’ Awwissu 2021, Ministru għall-Intern. Eks President tal-Università tad-Difiża Nazzjonali Suprema u eks Ministru tal-MODAFL. 23.6.2008 17. Ali Ashraf NOURI Kap tal-Kumpless Edukattiv u tar-Riċerka ta' Basij għall-Arti tar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Eks Viċi Kmandant tal-IRGC, Kap Politiku tal-Uffiċċju tal-IRGC. 23.1.2012 18. Hojatoleslam Ali SAIDI (magħruf ukoll bħala Hojjat- al-Eslam Ali Saidi jew Saeedi) Minn Marzu 2017, kap tal-uffiċċju ideoloġiku u politiku tal-Mexxej Suprem fir-rwol tiegħu bħala Kap Kmandant. Qabel kien rappreżentant tal-Mexxej Suprem tal-IRGC. 23.1.2012

(4) taħt l-intestatura II. Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura B. Entitajiet: Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 9. Mehr Bank (magħruf ukoll bħala Mehr Finance and Credit Institute; Mehr Interest-Free Bank) 182, Shahid Tohidi St, 4th Golsetan, Pasdaran Ave, Tehran 1666943, Iran Mehr Bank hu kkontrollat minn Bonyad Taavon Sepah u l-IRGC. Mehr Bank jipprovdi servizzi finanzjarji lill-IRGC. Skont intervista ma' sors pubbliku ma' dak li kien il-kap tal-Bonyad Taavon Sepah, Parviz Fatah, Bonyad Taavon Sepah ħoloq il-Mehr Bank sabiex iservi l-Basij (l-unità paramilitari tal-IRGC). 23.05.2011 12. Etemad Amin Invest Co Mobin (magħruf ukoll bħala: Etemad Amin Investment Company Mobin; Etemad-e Mobin; Etemad Amin Invest Company Mobin; Etemad Mobin Co.; Etemad Mobin Trust Co.; Etemade Mobin Company; Mobin Trust Consortium; Etemad-e Mobin Consortium) Pasadaran Av. Tehran, Iran Kumpannija li hija proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-IRGC li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim. 26.7.2010

Versions

  1. 2022-06-27