Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/117 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jemenda għat-328 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

In forceVersion 2022-01-27from 2022-01-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/117@2022-01-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2) Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entrata waħda mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3) Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022. Għall-Kummissjoni, F’isem il-President, Id-Direttur Ġenerali Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura Persuni naturali titħassar: Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (kitba oriġinali: ) (alias ta’ kwalità tajba: (a) Khalil Yarraya; Ben Narvan Abdel Aziz (Data tat-twelid: 15.8.1970; post tat-twelid: Sereka, eks-Jugoslavja); (c) Abdel Aziz Ben Narvan (Data tat-twelid: 15.8.1970; post tat-twelid: Sereka, eks-Jugoslavja); ) (alias ta’ kwalità tajba: (a) Amro; (b) Omar; (c) Amrou; (d) Amr). Data tat-twelid: 8.2.1969; Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995 f’Ġenova, l-Italja, li skada fil-25.7.2000). Indirizz: Nuoro, l-Italja. Informazzjoni oħra: (a) Iddeportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-24.2.2015. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.6.2003.

Versions

  1. 2022-01-27