Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1357 tal-25 ta’ Mejju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-arzella tal-pellegrini (Pecten maximus) fil-Kanal Ingliż

In forceVersion 2022-05-25from 2022-08-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1357@2022-05-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS 11.11.1.11.2.
  4. ANNESS 11.11.1.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241 jipprevedi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali għall-Ilmijiet tal-Majjistral.

(2) Il-Belġju, l-Irlanda, Franza, in-Netherlands u Spanja (l-Istati Membri kkonċernati) għandhom interess ta’ ġestjoni dirett tas-sajd fil-Kanal Ingliż. F’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2019/1241, l-Istati Membri kkonċernati ressqu r-rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni għal att delegat fit-30 ta’ April 2021. Ir-rakkomandazzjoni konġunta ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Majjistral (NWWAC) għall-konsultazzjoni.

(3) Ir-rakkomandazzjoni konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-arzella tal-pellegrini (Pecten maximus) fil-Kanal Ingliż issuġġeriet l-introduzzjoni ta’ żona ta’ rkupru tal-istokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 7d tal-ICES fin-Nofsinhar tal-latitudni 49°42′ N u sal-limitu tal-ilmijiet territorjali Franċiżi, u l-introduzzjoni ta’ staġun magħluq fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES.

(4) Fis-sajf tal-2021, l-Unjoni u r-Renju Unit kellhom diskussjonijiet bil-ħsieb li jfittxu ftehim ad hoc għall-għeluq staġjonali fir-rigward tal-arzella tal-pellegrini għall-2021. Dan l-għeluq staġjonali kien ibbażat fuq il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri kkonċernati fit-30 ta’ April 2021. B’riżultat ta’ dan, intlaħaq qbil dwar approċċ reċiprokament sodisfaċenti fejn l-għeluq tas-sajd staġjonali speċifiku għall-arzella tal-pellegrini fil-Kanal ġie rrispettat mill-Unjoni u mir-Renju Unit minn Awwissu sa Ottubru 2021.

(5) Minħabba li r-rakkomandazzjoni konġunta tipproponi bidliet fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241, dan ir-Regolament delegat għandu l-għan li jinkorpora d-dispożizzjonijiet mitluba mill-Istati Membri kkonċernati f’att wieħed.

(6) Il-miżuri inklużi f’dan ir-Regolament ġew evalwati f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/1241. L-Istati Membri pprovdew evidenza biex juru li l-proposti huma konformi mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1241.

(7) Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ġie kkonsultat permezz ta’ proċedura bil-miktub.

(8) Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) analizza u vvaluta b’mod pożittiv l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri kkonċernati. Dan ikkonkluda li l-projbizzjoni tas-sajd għall-arzella tal-pellegrini mill-flotot kollha matul perjodu ta’ żmien speċifikat tirrappreżenta pass kbir ’il quddiem u ssegwi l-konklużjonijiet tal-STECF. L-STECF ikkonkluda wkoll li perjodu ta’ żmien estiż (mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Ottubru) għall-għeluq fil-Kanal Ingliż tal-Lvant fin-Nofsinhar tal-latitudni 49°42′ N x’aktarx li jkun ta’ benefiċċju għall-bijomassa tal-istokk. Barra minn hekk, l-STECF iddikjara li filwaqt li l-għeluq fil-bqija taż-żona tad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES (mill-15 ta’ Mejju sat-30 ta’ Settembru) huwa kemxejn iqsar minn dak għall-Baie de Seine, din il-miżura x’aktarx li tkun ta’ benefiċċju minħabba li tapplika għall-flotot kollha. Għalhekk jenħtieġ li l-miżura proposta tiġi inkluża f’dan ir-Regolament.

(9) Il-miżuri f’dan ir-Regolament applikabbli għall-ilmijiet tal-Unjoni għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-Ftehim), u jikkunsidraw il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 494(3) ta’ dak il-Ftehim. Dawn huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura applikabbli fl-ilmijiet tar-Renju Unit.

(10) Peress li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) 2019/1241 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS 11.11.1.11.2.

Fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241, fil-Parti C, jiżdied il-punt li ġej: Miżuri ta’ konservazzjoni għall-istokk tal-arzella tal-pellegrini (Pecten maximus) fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES. Iż-żona ta’ rkupru tal-istokkijiet għall-istokk tal-arzella tal-pellegrini fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 7d tal-ICES fil-Kanal Ingliż tal-Lvant fin-Nofsinhar tal-latitudni 49°42′ N u sal-limitu tal-ilmijiet territorjali Franċiżi: Staġun magħluq fis-sajd għall-arzella tal-pellegrini fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES:

ANNESS 11.11.1.

(a) Kull sena, mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Ottubru, għandu jkun ipprojbit li jsir sajd għall-arzella tal-pellegrini bil-gangmi.

ANNESS 11.11.1.11.2.

(a) Kull sena, mill-15 ta’ Mejju sat-30 ta’ Settembru, għandu jkun ipprojbit is-sajd għall-arzella tal-pellegrini bil-gangmi fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 7d tal-ICES (li tikkorrispondi għall-Kanal Ingliż tal-Lvant), mhux kopert miż-żona ta’ rkupru tal-istokkijiet imsemmija fil-punt 11.1.

(b) Kull sena, mill-15 ta’ Mejju sat-30 ta’ Settembru għandu jkun ipprojbit li jsir kwalunkwe sajd għall-arzella tal-pellegrini bil-gangmi fil-konfini taż-żona tat-Tramuntana tal-Finistère fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 7e tal-ICES (li tikkorrispondi għall-Kanal Ingliż tal-Punent) u f’perimetru ta’ mil nawtiku wieħed sal-fruntiera tat-Tramuntana, fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84:

48°54′23″ N, 5°00′00″ W

49°22′34.576″ N, 4°02′45.078″ W

49°22′54.465″ N, 3°49′14.415″ W

49°22′20″ N, 3°44′18.999″ W

49°23′51″ N, 3°36′54″ W

49°06′32.121″ N, 3°13′01.174″ W

49°06′03.993″ N, 3°23′27.255″ W

49°04′52.068″ N, 3°37′04.22″ W

48°59′49.782″ N, 3°57′07.907″ W

49°01′13.191″ N, 3°57′47.006″ W

48°43′55.255″ N, 4°20′24.785″ W

48°42′16.586″ N, 4°31′04.325″ W

48°39′34″ N, 4°36′25.999″ W

48°39′26.901″ N, 4°44′39.883″ W

48°36′17″ N, 4°49′32″ W

48°52′36″ N, 4°52′45″ W

48°49′07″ N, 4°59′26″ W.

Versions

  1. 2022-05-25