Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/157 tal-4 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

In forceVersion 2022-02-04
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/157@2022-02-04/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-28 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali.

(2) Fit-13 ta' Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208, li stabbiliet qafas ġdid li jippermetti miżuri restrittivi kontra individwi u entitajiet responsabbli għal theddid għall-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali, jew għat-tfixkil jew l-imminar tat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.

(3) Kif ġie deċiż waqt il-laqgħa tal-15 ta' Settembru 2020 tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) u kif previst fil-Karta ta' Tranżizzjoni, l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni tal-Mali kellhom iwettqu t-tranżizzjoni politika u t-trasferiment tal-poter lill-awtoritajiet ċivili eletti fi żmien perijodu ta' tranżizzjoni ta' 18-il xahar. Matul dak il-perijodu ta' żmien, kellhom jorganizzaw elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi ħielsa u ġusti, skedati għas-27 ta' Frar 2022, flimkien ma' elezzjonijiet reġjonali u lokali u referendum kostituzzjonali, kif xieraq.

(4) Fit-8 ta' Jannar 2022, l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni tal-Mali ppreżentaw lill-Awtorità tal-ECOWAS kalendarju ġdid għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali fl-aħħar ta' Diċembru 2025, li testendi t-tul ta' żmien tat-tranżizzjoni għal total ta' ħames snin u nofs, għall-kuntrarju tal-ftehim milħuq mal-ECOWAS fil-15 ta' Settembru 2020 u l-impenn fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-Awtorità tal-ECOWAS b'dispjaċir osservat in-nuqqas tal-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni fil-Mali li jieħdu l-passi meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet Presidenzjali qabel is-27 ta' Frar 2022, għall-kuntrarju tal-ftehim li ntlaħaq mal-Awtorità tal-ECOWAS fil-15 ta' Settembru 2020 u l-impenn fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-Awtorità tal-ECOWAS iddeplorat bil-qawwa n-nuqqas ovvju u sfaċċat ta' rieda politika mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni li wassal għan-nuqqas ta' kwalunkwe progress tanġibbli fit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet, minkejja r-rieda tal-ECOWAS u tas-sħab reġjonali u internazzjonali kollha li jappoġġaw lill-Mali f'dan il-proċess. Fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Assises National de la Refondation (ANR) tat-13 ta' Diċembru 2021, li wasslu għall-adozzjoni tal-kalendarju rivedut għall-elezzjonijiet, l-Awtorità tal-ECOWAS innutat li partijiet ikkonċernati importanti ma pparteċipawx f'dawk l-ANR, li jirrifletti nuqqas ta' kunsens mill-partijiet ikkonċernati nazzjonali fir-rigward tal-kalendarju propost. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, fid-9 ta' Jannar 2022, l-awtorità tal-ECOWAS iddeċidiet li tibqa' żżomm is-sanzjonijiet inizjali diġà imposti fuq il-Mali u fuq l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni fis-7 ta' Novembru 2021 u imponiet sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji addizzjonali.

(5) Fid-dawl tal-persistenza tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Mali, jenħtieġ li ħames persuni jiġu inklużi fil-listi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.

(6) Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 hu emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2022. Għall-Kunsill Il-President J.-Y. Le Drian

ANNEX

ANNESS

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 hu emendat kif ġej:

(1) L-entrati li ġejjin huma miżjuda fil-lista ta' persuni fiżiċi li tinsab taħt l-intestatura A. Lista ta' persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 1a, paragrafu 1: Isem Informazzjoni ta' Identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. DIAW, Malick Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2 ta' Diċembru 1979 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: B0722922 validu sat-13/08/2018 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni), Kurunell Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-Tranżazzjoni, bħala l-President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher min-nuqqas tas-CNT li japprova l-abbozz tal-liġi elettorali. Dan ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. 4.2.2022 2. WAGUÉ, Ismaël Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2. 3. 1975 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u Malick Diaw. Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (CNSP). Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021, huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), u għalhekk ukoll tal-implimentazzjoni tal-Ftehim kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. 4.2.2022 3. MAÏGA, Choguel Post tat-twelid: Tabango, Gao, il-Mali Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1958 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku Nru DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Prim Ministru Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta' Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta' stat tal-24 ta' Mejju 2021. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, f'Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Assises nationales de la refondation (ANR) bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż il-Prim Ministru Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta' Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 4. MAÏGA, Ibrahim Ikassa Post tat-twelid: Tondibi, reġjun ta' Gao, il-Mali Data tat-twelid: 05. 2. 1971 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-Assises nationales de la Refondation (ANR), imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maiga. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 5. DIARRA, Adama Ben Magħruf ukoll bħala Ben Le Cerveau Post tat-twelid: Kati, il-Mali Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-Tranżizzjoni) Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Adama Ben Diarra, magħruf bħala Camarade Ben Le Cerveau, huwa wieħed mill-mexxejja żgħażagħ tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Adama Ben Diarra huwa wkoll il-mexxej ta' Yéréwolo, li hija l-organizzazzjoni prinċipali li tappoġġa lill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni, u membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) mit-3 ta' Diċembru 2021. Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher min-nuqqas tas-CNT li japprova l-abbozz tal-liġi elettorali. Dan ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Adama Ben Diarra kien qed jippromwovi u jappoġġa b'mod attiv l-estensjoni tat-Tranżizzjoni waqt manifestazzjonijiet politiċi u fuq in-networks soċjali, filwaqt li ddikjara li l-estensjoni ta' ħames snin tal-perijodu ta' tranżizzjoni deċiż mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni wara l-Assises nationales de la Refondation (ANR) kienet aspirazzjoni profonda tal-poplu ta' Mali. Għall-kuntrarju tal-iskeda tar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, dawn l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. 4.2.2022” Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk it-Tranżizzjoni tkun tista' tibqa' fil-poter għal aktar minn ħames snin. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Adama Ben Diarra) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Għaldaqstant Adama Ben Diarra qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

(2) L-entrati li ġejjin huma miżjuda fil-lista li tinsab taħt l-intestatura “B. Lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2a, paragrafu 1: Isem Informazzjoni ta' Identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. DIAW, Malick Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2 ta' Diċembru 1979 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: B0722922 validu sat-13/08/2018 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni), Kurunell Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-Tranżazzjoni, bħala l-President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher min-nuqqas tas-CNT li japprova l-abbozz tal-liġi elettorali. Dan ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. 4.2.2022 2. WAGUÉ, Ismaël Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2. 3. 1975 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u Malick Diaw. Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (CNSP). Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021, huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), u għalhekk ukoll tal-implimentazzjoni tal-Ftehim kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. 4.2.2022 3. MAÏGA, Choguel Post tat-twelid: Tabango, Gao, il-Mali Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1958 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku Nru DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Prim Ministru Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta' Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta' stat tal-24 ta' Mejju 2021. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, f'Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Assises nationales de la refondation (ANR) bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż il-Prim Ministru Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta' Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 4. MAÏGA, Ibrahim Ikassa Post tat-twelid: Tondibi, reġjun ta' Gao, il-Mali Data tat-twelid: 05. 2. 1971 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-Assises nationales de la Refondation (ANR), imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maiga. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 5. DIARRA, Adama Ben Magħruf ukoll bħala Ben Le Cerveau Post tat-twelid: Kati, il-Mali Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-Tranżizzjoni) Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO Adama Ben Diarra, magħruf bħala Camarade Ben Le Cerveau, huwa wieħed mill-mexxejja żgħażagħ tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Adama Ben Diarra huwa wkoll il-mexxej ta' Yéréwolo, li hija l-organizzazzjoni prinċipali li tappoġġa lill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni, u membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) mit-3 ta' Diċembru 2021. Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher min-nuqqas tas-CNT li japprova l-abbozz tal-liġi elettorali. Dan ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Adama Ben Diarra kien qed jippromwovi u jappoġġa b'mod attiv l-estensjoni tat-Tranżizzjoni waqt manifestazzjonijiet politiċi u fuq in-networks soċjali, filwaqt li ddikjara li l-estensjoni ta' ħames snin tal-perijodu ta' tranżizzjoni deċiż mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni wara l-Assises nationales de la Refondation (ANR) kienet aspirazzjoni profonda tal-poplu ta' Mali. Għall-kuntrarju tal-iskeda tar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, dawn l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. 4.2.2022 Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk it-Tranżizzjoni tkun tista' tibqa' fil-poter għal aktar minn ħames snin. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Adama Ben Diarra) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Għaldaqstant Adama Ben Diarra qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

Versions

  1. 2022-02-04