Gelex

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1648 tat-23 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE fir-rigward ta’ deroga għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika

In forceVersion 2022-09-23from 2022-10-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1648@2022-09-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi għad-Direttiva 2003/91/KE
  3. (1)
  4. 2.
  5. Artikolu 2 Traspożizzjoni
  6. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  7. Artikolu 4 Destinatarji
  8. ANNEX
  9. ANNESS III
  10. PARTI B Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar testijiet għad-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika
  11. 1.1.1.1.2.
  12. 2.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE għandha l-għan li tiżgura li l-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ ħxejjex li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO). B’mod partikolari, dawk il-protokolli għandhom l-għan li jiżguraw konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u mill-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ ħxejjex biex jiġu stabbiliti d-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà (DUS). Għall-ispeċijiet mhux koperti mill-protokolli tas-CPVO, dik id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura konformità mal-linji gwida tat-test tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2) Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-produtturi jkunu jistgħu jużaw varjetajiet organiċi adattati għall-produzzjoni organika li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ tnissil organiku. Uħud minnhom jissodisfaw il-kriterji tad-DUS tal-varjetajiet l-oħra kollha tal-istess speċi, iżda varjetajiet oħra maħsuba għall-produzzjoni organika huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ diversità ġenetika u fenotipika bejn l-unitajiet riproduttivi individwali.

(3) Għalhekk, l-istandards għall-uniformità definiti fil-protokolli eżistenti tad-DUS u l-linji gwida tas-CPVO u tal-UPOV mhumiex adattati għal varjetajiet organiċi għall-produzzjoni organika, li huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ diversità ġenetika u fenotipika.

(4) Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi offruta l-possibbiltà li wieħed jiddevja mill-protokolli eżistenti ta’ eżami tad-DUS biex ikunu aktar adattati għal varjetajiet organiċi adattati għall-produzzjoni organika. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu aġġustati l-protokolli eżistenti għall-eżami tal-varjetajiet għal ċerti speċijiet biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-agrikoltura organika. Għalhekk huwa xieraq li ssir deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/91/KE.

(5) L-Istati Membri jenħtieġ li jirrappurtaw, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena u sal-31 ta’ Diċembru 2030, dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet u riżultati tal-eżamijiet tad-DUS, sabiex jiġi żgurat rieżami regolari ta’ dawk ir-rekwiżiti u tiġi vvalutata aktar il-ħtieġa li jiġu emendati, jitneħħew jew jiġu applikati wkoll għal speċijiet oħra.

(6) Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2003/91/KE tiġi emendata skont dan.

(7) L-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti kkonċernati jenħtieġ li jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom b’mod adegwat qabel ma jibdew japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(8) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Emendi għad-Direttiva 2003/91/KE

Id-Direttiva 2003/91/KE hija emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

2. Fir-rigward tad-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà: B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-uniformità, il-varjetajiet organiċi adattati għall-produzzjoni organika, li jappartjenu għall-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness III, Parti A, jistgħu minflok jikkonformaw mal-kondizzjonijiet imniżżlin fil-Parti B ta’ dak l-Anness. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena u sal-31 ta’ Diċembru 2030, dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjonijiet tal-varjetajiet u r-riżultati tal-eżamijiet għad-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà (DUS) li jikkonċernaw dawk il-varjetajiet organiċi;

2.

(a) l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness I għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll għall-provi għal distintività, uniformità u stabbilità tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) imniżżlin f’dak l-Anness;

(b) l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness II għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-test għat-twettiq ta’ testijiet għad-distintività, l-uniformità u l-istabbilità tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV) imniżżlin f’dak l-Anness.

(2) It-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva jiżdied bħala l-Anness III.

Artikolu 2 Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2023. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir dik ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022. Għall-Kummissjoni Stella Kyriakides Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Zunnarija

Ġidra

ANNESS III

PARTI B Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar testijiet għad-distintività, l-uniformità u l-istabbiltà għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika

1.1.1.1.2. Regola ġenerali Dan li ġej għandu japplika għal varjetajiet organiċi ta’ speċijiet ta’ ħxejjex adattati għall-produzzjoni organika Fir-rigward tad-distintività u l-istabbiltà, il-karatteristiċi kollha tal-protokolli u l-linji gwida msemmija fl-Annessi I u II għandhom jiġu osservati u deskritti. Fir-rigward tal-uniformità, il-karatteristiċi kollha tal-protokolli u l-linji gwida msemmija fl-Annessi I u II għandhom jiġu osservati u deskritti u dan li ġej għandu japplika għall-karatteristiċi mniżżlin skont il-punt 2:

1.1.1.1.2.

(a) dawk il-karatteristiċi jistgħu jiġu vvalutati b’mod inqas strett;

(b) fejn għal dawk il-karatteristiċi tkun prevista deroga mill-protokoll tekniku rispettiv f’dak il-punt 2, il-livell ta’ uniformità fil-varjetà għandu jkun simili għal-livell ta’ uniformità ta’ varjetajiet komparabbli ta’ għarfien komuni fl-Unjoni.

2. Deroga mill-protokolli tekniċi

2.

2.1. Zunnarija Għall-varjetajiet li jappartjenu għall-ispeċi zunnarija (Daucus carota L.) il-karatteristiċi tad-DUS li ġejjin tal-protokoll CPVO-TP/049/3 tas-CPVO tal-varjetà ttestjata jistgħu għall-uniformità jiddevjaw mir-rekwiżiti tad-DUS li ġejjin: CPVO Nru 4 Werqa: it-tqassim CPVO Nru 5 Werqa: l-intensità ta’ kulur aħdar CPVO Nru 19 Għerq: id-dijametru tal-qalba relattiv għad-dijametru totali CPVO Nru 20 Għerq: il-kulur tal-qalba CPVO Nru 21 Minbarra varjetajiet b’qalba bajda; Għerq: l-intensità tal-kulur tal-qalba CPVO Nru 28 Għerq: il-ħin ta’ kolorazzjoni tat-tarf CPVO Nru 29 Pjanta: l-għoli tal-umbella primarja fiż-żmien tal-fjoritura tagħha

2.2. Ġidra Għall-varjetajiet li jappartjenu għall-ispeċi ġidra (Brassica oleracea L.) il-karatteristiċi DUS li ġejjin tal-protokoll tas-CPVO CPVO-TP/065/1 Rev. tal-varjetà ttestjata jistgħu għall-uniformità jiddevjaw mir-rekwiżiti tad-DUS li ġejjin tal-protokoll tekniku tas-CPVO rispettiv: CPVO Nru 2 Nibbiet: l-intensità tal-kulur aħdar tal-kotiledoni CPVO Nru 6 Zokk irqiq tal-werqa: l-orjentazzjoni CPVO Nru 8 Werqa mingħajr iz-zokk: it-tul CPVO Nru 9 Werqa mingħajr iz-zokk: il-wisa’ CPVO Nru 10 Werqa mingħajr iz-zokk: il-forma tal-ponta CPVO Nru 11 Werqa mingħajr iz-zokk: it-tqassim għal nofs il-werqa (fil-parti t’isfel tal-werqa) CPVO Nru 12 Werqa mingħajr iz-zokk: in-numru ta’ inċiżjonijiet tal-marġni (fil-parti ta’ fuq tal-werqa) CPVO Nru 13 Werqa mingħajr iz-zokk: il-fond tal-inċiżjoni tal-marġni (fil-parti ta’ fuq tal-werqa) CPVO Nru 14 Werqa mingħajr iz-zokk: il-forma f’sezzjoni trasversali CPVO Nru 19 Ġidra: l-għadd ta’ weraq ta’ ġewwa.

Versions

  1. 2022-09-23