Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1678 tas-26 ta’ Settembru 2022 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika tas-Slovenja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1678@2022-09-26/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Sloven,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.
(2) Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157, li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.
(3) Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Uroš BREŽAN u s-Sur Aleksander JEVŠEK saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(4) Il-Gvern Sloven ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Tine RADINJA, župan Škofje Loke (Sindku ta’ Škofja Loka), u s-Sur Tomaž ROŽEN, župan Raven na Koroškem (Sindku ta’ Ravne na Koroškem),
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
Is-Sur Tine RADINJA, župan Škofje Loke (Sindku ta’ Škofja Loka),
Is-Sur Tomaž ROŽEN, župan Raven na Koroškem (Sindku ta’ Ravne na Koroškem).
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2022. Għall-Kunsill Il-President Z. Nekula