Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/183 tal-10 ta’ Frar 2022 li jimplimenta l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/44 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/183@2022-02-10/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.
(2) Fit-28 ta' Jannar 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1970 (2011) emenda l-elenkar għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.
(3) L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 2016/44 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2022. Għall-Kunsill Il-President J.-Y. Le Drian
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrata 15 hija sostitwita b'dan li ġej:
15. Isem: 1: SAADI 2: QADHAFI 3: mhux disponibbli 4: mhux disponibbli Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a) 27 ta' Mejju 1973 b) 1 ta' Jannar 1975 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Nazzjonalità: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) 014797 b) 524521 c) Numru Libjan AA862825, maħruġ fid-19 ta' Mejju 2021, maħruġ fi Tripli (jiskadi fit-18 ta' Mejju 2029) Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (detenut) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 (emendata fit-28 ta' Jannar 2022, is-26 ta' Marzu 2015, it-2 ta' April 2012, l-14 ta' Marzu 2012) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).