Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1918 tal-4 ta’ Ottubru 2022 li taħtar membru propost mir-Repubblika Franċiża, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1918@2022-10-04/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Franċiż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.
(2) Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392, li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.
(3) Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Audrey ELLOUK BARDA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
(4) Il-Gvern Franċiż ippropona lis-Sa Catherine BERTIN,, Fédération des entreprises du spectacle vivant, de la musique, de l’audiovisuel et du cinéma (FESAC), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-Sa Catherine BERTIN, Fédération des entreprises du spectacle vivant, de la musique, de l’audiovisuel et du cinéma (FESAC), hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2022. Għall-Kunsill Il-President Z. Stanjura