Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1938 tas-7 ta’ Ottubru 2022 li japprova emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (Sicilia (DOP))
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1938@2022-10-07/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Sicilia li ntbagħtitilha mill-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(2) Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(3) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(4) Għaldaqstant, jenħtieġ li l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu approvati skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem Sicilia (DOP), huma b’dan approvati.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2022. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni