Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1943 tat-13 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1943@2022-10-13/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.
(2) Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2022. Abbażi ta’ reviżjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-15 ta’ Ottubru 2023 u jenħtieġ li tiġi aġġornata d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal żewġ persuni fiżiċi elenkati fl-Anness tagħha.
(3) Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
Artikolu 9 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2023 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.;
(2) l-Anness huwa emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022. Għall-Kunsill Il-President P. Blažek
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720, taħt l-intestatura A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 1(1) u 2(1), l-entrati 3 u 19 huma sostitwiti b’dan li ġej: Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 3. Francisco Javier DÍAZ MADRIZ Data tat-twelid: 3 ta’ Awwissu 1961 Sess: maskil Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali tan-Nikaragwa (NNP) mit-23 ta’ Awwissu 2018 u eks Deputat Direttur Ġenerali tal-NNP. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa, inkluż billi mexxa l-forzi tal-pulizija biex iwettqu vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza, arresti u detenzjonijiet arbitrarji u tortura. Fl-2021, huwa wettaq l-investigazzjonijiet biex jistabbilixxi każijiet kontramexxejja tal-oppożizzjoni arrestati qabel l-elezzjonijiet. 4.5.2020 19. Lumberto Ignacio CAMPBELL HOOKER Membru tal-Kunsill Elettorali Suprem, aġent President tal-Kunsill Elettorali Suprem fl-2018 Data tat-twelid: 3.12.1949 Post tat-twelid: Raas, Nikaragwa Sess: maskil Nazzjonalità: Nikaragwana Numru tal-Passaport: A00001109 (Nikaragwa) Numru tal-karta tal-identità: 6010302490003J Lumberto Ignacio Campbell Hooker ilu mill-2014 membru tal-Kunsill Elettorali Suprem (SEC) – korp responsabbli għat-tħejjija, l-organizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2021, li minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza tagħhom, ta’ oppożizzjoni vera u ta’ dibattitu demokratiku, dgħajjef l-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi. Is-SEC ċaħħad lill-oppożizzjoni mill-opportunità li toħroġ għal elezzjonijiet ħielsa u żgura l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet f’kondizzjonijiet mhux demokratiċi. Il-mandat tiegħu bħala membru tas-SEC ġie mġedded mill-Assemblea Ġenerali f’Mejju 2021. Huwa tkellem mal-media matul l-elezzjonijiet tas-7 ta’ Novembru 2021, u ġġustifika u faħħar l-organizzazzjoni tagħhom. Għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u għall-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fin-Nikaragwa. 10.1.2022.