Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/195 tal-11 ta’ Frar 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 fir-rigward tad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-vettura, l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/195@2022-02-11/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683
- Artikolu 2 Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683
- Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
- ANNEX
- ANNESS I
- (1)
- (2)
- (1)
- (2)
- (3)
- (4)
- (4)
- (1)
- (3)
- (5)
- (1)49.1.49.2.49.3.49.4.49.5.1.49.6.49.7.
- (1)
- (6)
- (7)
- (1)
- (3)
- (8)
- (1)
- (3)
- (9)
- (1)
- (2)
- (3)
- (1)
- (3)
- (2)49.49.1.49.2.49.3.49.4.49.5.1.49.6.1.49.7.49.8.
- (5)49.49.1.49.2.49.3.49.4.49.5.1.49.6.1.49.7.49.8.
- (1)
- (3)
- ANNESS II
- (2)
- (3)
- (1)
- (2)
- (3)
- (4)
- (5)
- pt_1
- pt_2
- (6)
- (4)
- (1)
- (2)
- pt_2
- (3)
- (4)
- (5)
- pt_1
- (6)
- pt_1
- (7)
- (8)
- pt_2
- pt_1
- pt_3
- pt_2
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE, u b’mod partikolari l-Artikoli 24(4), 28(3) u 36(4) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 jipprevedi format standardizzat tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi billi jistabbilixxi l-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni, l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet u ċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat.
(2) Mill-1 ta’ Jannar 2021, il-konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 tinħadem abbażi tal-Proċedura tat-Test armonizzata fuq livell Dinji għall-vetturi (WLTP) CO2 biss. Għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni, l-iskeda tar-riżultati tat-test u ċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat billi jitneħħew ir-referenzi għaċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew.
(3) Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400, żdiedu entrati ġodda għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi heavy-duty, bħal xarabanks tqal u trakkijiet medji kif ukoll vetturi heavy-duty approvati individwalment, maċ-ċertifikati ta’ konformità ta’ trakkijiet heavy-duty. Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu l-entrati rilevanti fil-mudelli maċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat tal-kategoriji ta’ vetturi korrispondenti kif ukoll maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ vettura individwali tal-UE u nazzjonali.
(4) Filwaqt li titqies id-diversità tal-vetturi tqal f’termini tad-disinn u x-xejra tas-sewqan tagħhom, il-kilometraġġ annwali, it-tagħbija utli u l-konfigurazzjoni tat-trejlers, ir-Regolament (UE) 2017/2400 u r-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introduċew klassifikazzjoni ta’ gruppi u sottogruppi ta’ vetturi li jirriflettu x-xejra tipika tal-użu u l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi tal-vetturi. Biex jiġu akkomodati wkoll l-inizjattiva ta’ taffija tas-CO2 nazzjonali u biex ikun hemm interpretazzjoni korretta tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil, huwa essenzjali li jkun magħruf f’liema grupp jew sottogrupp tkun tappartjeni vettura. Għalhekk jeħtieġ li l-grupp jew is-sottogrupp ta’ vetturi rilevanti jiżdied mal-mudelli għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat kif ukoll maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ vettura individwali tal-UE.
(5) Filwaqt li jitqies l-użu dejjem jiżdied fl-Unjoni ta’ ibridi plug-in (OVC-HEVs), huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni armonizzata u koerenti dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, jixraq li jiġi ċċarat li fil-każ tal-OVC-HEVs, il-valuri li għandhom jiġu rrapportati fiċ-ċertifikat ta’ konformità huma l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil speċifiċi għall-fażi bl-użu tal-valuri tal-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għall-kundizzjonijiet ta’ sosteniment taċ-ċarġ kif ukoll il-konsum tal-enerġija elettrika speċifiku għall-fażi ta’ tali vetturi. Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu l-entrati rilevanti mal-mudelli għaċ-ċertifikat ta’ konformità.
(6) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, instabu ċerti żbalji fin-noti ta’ spjegazzjoni għad-dokument ta’ informazzjoni, fil-mudelli għaċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni u fiċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat. L-iżbalji misjuba fin-noti ta’ spjegazzjoni għad-dokument ta’ informazzjoni u fil-mudelli għaċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni jikkonsistu f’referenzi skorretti għal ċerti noti ta’ spjegazzjoni. Hemm ukoll żbalji fl-unità msemmija għall-pressjoni fil-linja ta’ alimentazzjoni għas-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler li għandha tirreferi għal kilopascal (kPa) u mhux bar.
(7) Fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat, qed isiru xi kjarifiki biex jakkomodaw l-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi aġġornata r-referenza għall-proċedura tat-test applikabbli għall-vetturi kompluti u kkompletati tal-kategorija tal-vetturi M3 u għall-vetturi mhux kompluti tal-kategorija tal-vetturi M2 peress li bħalissa jagħmlu referenza għall-proċedura tat-test applikabbli għall-vetturi ħfief u mhux għall-vetturi tqal li hija applikabbli għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-entrata fiċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat fir-rigward tal-għoli tal-vettura hija applikabbli biss għal ċerti vetturi kompluti u kkompletati tal-kategorija ta’ vetturi N3. Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat li l-punt 49 dwar l-entrati għal emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika għall-vetturi tal-kategorija N2 ikun applikabbli għall-vetturi ħfief tal-passiġġieri u dawk kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u għall-vetturi heavy-duty (Euro VI) u li l-punt 49 tal-kategorija tal-vetturi N3 ma jkunx applikabbli għall-vetturi ħfief tal-passiġġieri u dawk kummerċjali (Euro 5 u Euro 6), iżda fil-każ biss ta’ vetturi heavy-duty (Euro VI). Żball fin-numerazzjoni għall-punt tal-entrata għall-fus(ien) motorizzat(i) mgħammra b’sospensjoni tal-arja jew ekwivalenti jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex ikun konformi man-numerazzjoni pprovduta fil-partijiet l-oħra tal-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683. Jenħtieġ li n-nota ta’ spjegazzjoni għall-entrata 47.1.3.2 titneħħa peress li din kienet referenza żbaljata għal superskritt u mhux parti mill-valur tal-iskritt bażi tal-formula għal dik l-entrata. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dawk l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti.
(8) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.
(9) F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/133, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri u l-manifatturi huma permessi sa perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-emendi għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat biex jimplimentaw kwalunkwe emenda meħtieġa għalihom fis-sistemi rispettivi tagħhom. Għalhekk, id-data tal-applikazzjoni tal-emendi għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat jenħtieġ li tiġi differita.
(10) Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri u l-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw il-korrezzjonijiet li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-data tal-applikazzjoni tal-Anness II jeħtieġ li tiġi differita.
(11) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683
L-Annessi I, III, VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683
L-Annessi I, III u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Anness I għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS I
L-Annessi I, III, VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huma emendati kif ġej:
(1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1)
(a) in-nota ta’ spjegazzjoni (172) hija sostitwita b’dan li ġej:
(a)
“(172) Kif indikat fil-fajl tal-informazzjoni tal-klijent imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400
(b) Jiżdiedu dawn in-noti ta’ spjegazzjoni ġodda li ġejjin:
(b)
(175) Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
(176) Is-sottogrupp tal-vetturi f’konformità mal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202) jew jekk sottogrupp ma jkunx disponibbli, il-grupp tal-vetturi skont il-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2400.
(177) Skont il-punt 2.5.3.8.1. tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151.
(178) Skont il-punt 2.5.3.8.3. tal-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151.
(179) Applikabbli għal vetturi b’approvazzjoni tat-tip f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535
(180) Imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400;
(c) il-punt 3.5.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:
(c)
3.5.6. Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631 (175) għall-vetturi M1 jew N1: iva/le(1);
(d) il-punt 3.5.7.2.1.1.0. huwa mħassar;
(e) il-punt 3.5.7.2.1.2.0. huwa mħassar;
(f) il-punt 3.5.7.2.1.2.0. huwa mħassar;
(g) il-punt 3.5.7.2.2.1.0. huwa mħassar;
(h) il-punt 3.5.7.2.2.2.0. huwa mħassar;
(i) il-punt 3.5.7.2.2.3.0. huwa mħassar;
(j) il-punt 3.5.7.2.3.1.0. huwa mħassar;
(k) il-punt 3.5.7.2.3.2.0. huwa mħassar;
(l) il-punt 3.5.7.2.3.3.0. huwa mħassar;
(m) il-punt 3.5.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:
(m)
3.5.8. Vettura mgħammra b’ekoinnovazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631 għal vetturi M1 jew N1: iva/le(1);
(n) fil-punt 3.5.8.3, il-ħames ringiela tat-tabella bit-test iffrankar tal-emissjonijiet (g/km) (68) totali ta’ NEDC CO2 hija mħassra;
(2) L-Appendiċi 1 tal-Anness III (il-Parti 2 taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ vettura individwali tal-UE u taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali nazzjonali) huwa emendat kif ġej:
(2)
(a) il-punti li ġejjin jiddaħħlu fil-Kategorija M2:
(a)
49.1 Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur (4) (119): …
49.2. Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169)
49.3. Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170)
49.4. Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent: (iva/le) (4) (120) (170)
49.5.1. Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/pkm (4) (171)
49.6.1. Okkupanza medja (numru ta’ persuni): ... (4) (172)
49.7. Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): ...;
(b) il-punti li ġejjin jiddaħħlu fil-Kategorija M3:
(b)
49. Emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika
49.1. Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur (4) (119): …
49.2. Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169)
49.3. Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170)
49.4. Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent: … (4) (120) (170)
49.5. Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/pkm (4) (171)
49.6. Okkupanza medja (numru ta’ persuni): … (4) (172)
49.7. Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): ...;
(c) il-Kategorija N2 hija emendata kif ġej:
(c)
(1) jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
(1)
49.2. Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169)
49.3. Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170)
(2) jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
(2)
49.5. Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/tkm (4) (171)
49.6. Il-valur medju tat-tagħbija utli: … t’ (4) (172)
49.7. Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): …
(d) il-Kategorija N3 hija emendata kif ġej:
(d)
(1) jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
(1)
49.2. Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169)
49.3. Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170);
(2) jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
(2)
49.5. Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/tkm (4) (171)
49.6. Valur medju tat-tagħbija utli: … t’ (4) (172)
49.7. Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): …
(3) L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
(3)
(a) fil-punt 2.1.1, l-intestatura tat-tabella hija sostitwita b’dan li ġej: L-ogħla valuri tad-WLTP;
(b) il-punt 3.5 huwa mħassar;
(c) fil-punt 3.2, fit-tielet tabella, taħt ir-ringiela EAERcity, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin: AER … … AERcity … …
(4) Fl-Anness VIII, l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:
(4)
(a) Il-Parti I (Vetturi kompluti u kkompletati) hija emendata kif ġej:
(a)
(1)0.2.2.1. Fil-Parti 1, il-Mudell A1, jiddaħħal il-punt li ġej: Il-Valuri tal-Parametri permessi għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji sabiex jintużaw il-valuri bażi tal-emissjonijiet tal-vetturi (daħħal il-medda fejn applikabbli) (1):
Il-massa attwali tal-Vettura Finali: …
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-Vettura Finali (f’kg): …
L-erja ta’ quddiem għall-vettura finali (f’cm2) …
Ir-reżistenza għad-dawrien (kg/t): …
L-erja trażversali tad-dħul tal-arja tax-xibka ta’ quddiem (f’cm2): …
(2)0.2.2.1. Fil-Parti 1, il-Mudell A2, jiddaħħal il-punt li ġej: Il-Valuri tal-Parametri permessi għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji sabiex jintużaw il-valuri bażi tal-emissjonijiet tal-vetturi (daħħal il-medda fejn applikabbli) (1):
Il-massa attwali tal-Vettura Finali: …
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-Vettura Finali (f’kg): …
L-erja ta’ quddiem għall-vettura finali (f’cm2) …
Ir-reżistenza għad-dawrien (kg/t): …
L-erja trażversali tad-dħul tal-arja tax-xibka ta’ quddiem (f’cm2): …
(3)0.2.2.1. Fil-Parti 1, il-Mudell B, jiddaħħal il-punt li ġej: Il-Valuri tal-Parametri permessi għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji sabiex jintużaw il-valuri bażi tal-emissjonijiet tal-vetturi (daħħal il-medda fejn applikabbli) (1):
Il-massa attwali tal-Vettura Finali: …
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-Vettura Finali (f’kg): …
L-erja ta’ quddiem għall-vettura finali (f’cm2) …
Ir-reżistenza għad-dawrien (kg/t): …
L-erja trażversali tad-dħul tal-arja tax-xibka ta’ quddiem (f’cm2): …
(4) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura M1) hija emendata kif ġej:
(4)
(a)1.2. fil-punt 48., it-tielet sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1) il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
(2) il-punt 3.2.1 huwa mħassar;
(3) il-punti 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li gej:
(3)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC jew (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
(4) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra;
(5) Il-Parti 2 (kategorija ta’ vetturi M2) hija emendata kif ġej:
(5)
(a)1.2. fil-punt 48., it-tielet sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1)49.1.49.2.49.3.49.4.49.5.1.49.6.49.7.
il-punti minn 1 sa 5 huma sostitwiti b’dan li ġej: Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur (4) (119): … Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169) Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170) Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent: … (4) (120) (170) Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/pkm (4) (171) Okkupanza medja (numru ta’ persuni): … (4) (172) Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): …
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
(2) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra;
(6) fil-Parti 2 (kategorija ta’ vetturi M3), il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 48.1.:
(6)
49. Emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika (4):
49.1. Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur (4) (119): …
49.2. Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169)
49.3. Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170)
49.4. Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent: … (4) (120) (170)
49.5.1. Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/pkm (4) (171)
49.6.1. Okkupanza medja (numru ta’ persuni): … (4) (172)
49.7. Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): …
(7) Il-parti 2 (kategorija ta’ vetturi N1) hija emendata kif ġej:
(7)
(a) fil-punt 48., it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:
(a)
1.2. Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1) il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
(2) il-punt 3.2.1 huwa mħassar;
(3) Il-punti 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li gej:
(3)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
(4) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra;
(8) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura N2) hija emendata kif ġej:
(8)
(a)1.2. fil-punt 48., it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej: Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1) il-punti minn 1 sa 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli) ;
(2) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra;
(3) jiddaħħal il-punt 49.7 li ġej:
(3)
49.7. Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): …
(9) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura N3) hija kkoreġuta kif ġej:
(9)
(1) Il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
7. Għoli: … mm (179)
(2) jiddaħħal il-punt 49.7 li ġej:
(2)
49.7. Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): …
(b) Il-Parti II (Vetturi mhux kompluti) hija emendata kif ġej:
(b)
(1)0.2.2.1. Fil-parti 1, il-Mudell C1, jiddaħħal il-punt li ġej: Il-Valuri tal-Parametri permessi għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji sabiex jintużaw il-valuri bażi tal-emissjonijiet tal-vetturi (daħħal il-medda fejn applikabbli) (1):
Il-massa attwali tal-Vettura Finali: …
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-Vettura Finali (f’kg): …
L-erja ta’ quddiem għall-vettura finali (f’cm2) …
Ir-reżistenza għad-dawrien (kg/t): …
L-erja trażversali tad-dħul tal-arja tax-xibka ta’ quddiem (f’cm2): …
(2)0.2.2.1. Fil-parti 1, il-Mudell C2, jiddaħħal il-punt li ġej: Il-Valuri tal-Parametri permessi għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji sabiex jintużaw il-valuri bażi tal-emissjonijiet tal-vetturi (daħħal il-medda fejn applikabbli) (1):
Il-massa attwali tal-Vettura Finali: …
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-Vettura Finali (f’kg): …
L-erja ta’ quddiem għall-vettura finali (f’cm2) …
Ir-reżistenza għad-dawrien (kg/t): …
L-erja trażversali tad-dħul tal-arja tax-xibka ta’ quddiem (f’cm2): …
(3) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura M1) hija emendata kif ġej:
(3)
(a)1.2. fil-punt 48., it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej: Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1) il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
(2) il-punt 3.2.1 huwa mħassar;
(3) il-punti 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(3)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
(4) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra;
(4) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura M2) hija emendata kif ġej:
(4)
(a)1.2. fil-punt 48., it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej: Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1) il-punti minn 1 sa 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
(2)49.49.1.49.2.49.3.49.4.49.5.1.49.6.1.49.7.49.8.
jiżdiedu l-punti li ġejjin: Emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika (4): Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur (4) (119): … Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169) Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170) Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent: … (4) (120) (170) Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/pkm (4) (171) Okkupanza medja (numru ta’ persuni): … (4) (172) Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): … Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-vettura: (4) (180): …
(3) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra;
(5)49.49.1.49.2.49.3.49.4.49.5.1.49.6.1.49.7.49.8.
fil-Parti 2 (kategorija ta’ vetturi M3), il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 48.1.: Emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika (4): Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur (4) (119): … Vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero: iva/le (4) (72) (169) Vettura vokazzjonali: (iva/le) (4) (72) (170) Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent: … (4) (120) (170) Emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2: ... gCO2/pkm (4) (171) Okkupanza medja (numru ta’ persuni): … (4) (172) Sottogrupp/grupp ta’ vetturi (4) (176): … Hash kriptografika tal-fajl tal-informazzjoni tal-vettura: (4) (180): …;
(6) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura N1) hija emendata kif ġej:
(6)
(a) fil-punt 48., it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:
(a)
1.2. Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1) il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
(2) il-punt 3.2.1. huwa mħassar;
(3) il-punti 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
(3)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
(4) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra;
(7) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura N2) hija emendata kif ġej:
(7)
(a)1.2. fil-punt 48., it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej: Proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(b) il-punt 49 huwa emendat kif ġej:
(b)
(1) il-puntiminn 1 sa 5 huma sostitwiti b’dan li ġej
(1)
1. Is-sistemi tal-motopropulsjoni kollha, ħlief dawk elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
2. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi puri (jekk applikabbli)
4. Il-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli)
5. Il-medda elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi OVC (jekk applikabbli) ;
(2) il-punti 5.1 u 5.2 huma mħassra.
ANNESS II
L-Annessi I, III u VIII huma emendati kif ġej:
(1) fl-Anness I, in-nota ta’ spjegazzjoni 110 hija mħassra;
(2) fl-Anness I, “MUDELL GĦAL DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA’ VETTURI, SISTEMI, KOMPONENTI JEW UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI, il-punt 0.2.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(2)
0.2.2.1. Il-Valuri tal-Parametri permessi għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji sabiex jintużaw il-valuri bażi tal-emissjonijiet tal-vetturi (daħħal il-medda fejn applikabbli) (1):
Il-massa attwali tal-Vettura Finali: …
Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-Vettura Finali (f’kg): …
L-erja ta’ quddiem għall-vettura finali (f’cm2) …
Ir-reżistenza għad-dawrien (kg/t): …
L-erja trażversali tad-dħul tal-arja tax-xibka ta’ quddiem (f’cm2): …
(3) L-Anness III huwa kkoreġut kif ġej:
(3)
(a) fit-Taqsima 1 tal-Mudell D, il-punt 0.10 huwa kkoreġut kif ġej:
(a)
(1) nota ta’ spjegazzjoni 107 hija sostitwita b’nota ta’ spjegazzjoni 108;
(2) nota ta’ spjegazzjoni 108 hija sostitwita b’nota ta’ spjegazzjoni 109;
(b) L-Appendiċi 1 huwa kkoreġut kif ġej:
(b)
(1) Il-punt 37 tal-kategorija M2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
37. Pressjoni fil-linja ta’ alimentazzjoni għas-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler: … kPa
(2) Il-punt 37 tal-kategorija M3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(2)
37. Pressjoni fil-linja ta’ alimentazzjoni għas-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler: … kPa
(3) Il-punt 37 tal-kategorija N2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(3)
37. Pressjoni fil-linja ta’ alimentazzjoni għas-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler: … kPa
(4) Il-punt 37 tal-kategorija N3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(4)
37. Pressjoni fil-linja ta’ alimentazzjoni għas-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler: … kPa
(5) il-kategoriji O1/O2 huma kkoreġuti kif ġej:
il-punt 30.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(5)
pt_1
30.2. Track tal-fusien l-oħrajn kollha: ... mm.;
jiddaħħal il-punt 33:
pt_2
33. Fus(ien) motorizzat(i) mgħammar/mgħammra b’sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti: iva/le (4);
(6) Il-punt 34 tal-kategorija O3/O4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(6)
33. Fus(ien) motorizzat(i) mgħammar/mgħammra b’sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti: iva/le (4);
(7) fil-punt 48 tal-kategorija M1, ir-referenzi għan-noti ta’ spjegazzjoni (162), (163) and (164) huma mħassra;
(8) fil-punt 48 tal-kategorija M2, ir-referenzi għan-noti ta’ spjegazzjoni (162), (163) u (164) huma mħassra;
(9) fil-punt 48 tal-kategorija M3, ir-referenzi għan-noti ta’ spjegazzjoni (162), (163) u (164) huma mħassra;
(10) fil-punt 48 tal-kategorija N1, ir-referenzi għan-noti ta’ spjegazzjoni (162), (163) u (164) huma mħassra;
(11) fil-punt 48 tal-kategorija N2, ir-referenzi għan-noti ta’ spjegazzjoni (162), (163) u (164) huma mħassra;
(12) fil-punt 48 tal-kategorija N3, ir-referenzi għan-noti ta’ spjegazzjoni (162), (163) u (164) huma mħassra;
(4) Fl-Anness VIII, l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:
(4)
(a) Il-Parti I, (Vetturi kompluti u kkompletati) hija kkoreġuta kif ġej:
(a)
(1) fil-Parti 2 (kategorija tal-vettura M1), il-punt 47.1.3.2 hija sostitwita b’dan li ġej:
(1)
47.1.3.2. f2, N/(km/h)2: …
(2) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura M2) hija kkoreġuta kif ġej:
fil-punt 28.1, il-parti introduttorja ta’ qabel it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej: Il-proporzjonijiet tal-gearbox (għandha timtela għall-vetturi bi trażmissjonijiet manwali) (1);
il-punti 47.1.3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
(2)
pt_2
47.1.3.2. f2, N/(km/h)2: …
(3) fil-punt 48 tal-Parti 2 (kategorija tal-vettura M3), it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
(3)
1.2. proċedura tat-test: WHSC (EURO VI);
(4) fil-Parti 2, (kategorija tal-vettura N, il-punt 47.1.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(4)
47.1.3.2. f2, N/(km/h)2: …
(5) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura N2) hija kkoreġuta kif ġej:
il-punt 47.1.3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
(5)
pt_1
47.1.3.2. f2, N/(km/h)2: …
fil-punt 49, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika (162) (169) (1):
(6) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura N3) hija kkoreġuta kif ġej:
Il-punt 49 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(6)
pt_1
“49. Emissjonijiet ta’ CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika (169):
(7) fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vetturi O1 u O2), il-punt 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(7)
33. Fus(ien) motorizzat(i) mgħammar/mgħammra b’sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti: iva/le (4);
(8) fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vetturi O3 u O4), il-punt 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(8)
33. Fus(ien) motorizzat(i) mgħammar/mgħammra b’sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti: iva/le (4);
(b) Il-Parti II (Vetturi mhux kompluti) hija kkoreġuta kif ġej:
(b)
(1) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura M1) hija kkoreġuta kif ġej:
fil-punt 28.1, il-parti introduttorja ta’ qabel it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej: Il-proporzjonijiet tal-gearbox (għandha timtela għall-vetturi bi trażmissjonijiet manwali) (1);
il-punt 47.1.3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
pt_2
47.1.3.2. f2, N/(km/h)2: …
(2) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura M2) hija kkoreġuta kif ġej:
il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(2)
pt_1
4. Bażi tar-roti (157): ... mm;
il-punt 47.1.3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
pt_2
47.1.3.2. f2, N/(km/h)2: …
fil-punt 48., it-tielet ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:
pt_3
1.2. proċedura tat-test: Tip 1 (l-ogħla valuri tad-WLTP) jew WHSC (EURO VI) (4);
(3) il-Parti 2 (kategorija tal-vettura M3), il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(3)
4. Bażi tar-roti (157): ... mm;
(4) fil-Parti 2, (kategorija tal-vettura N1), il-punt 47.1.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(4)
47.1.3.2. f2, N/(km/h)2: …
(5) Il-Parti 2 (kategorija tal-vettura N2) hija kkoreġuta kif ġej:
(5)
47.1.3.2. Il-punt 47.1.3.2. tal-Parti 2 (kategorija tal-vettura N2 huwa sostitwit b’dan li ġej: f2, N/(km/h)2: ….
Il-punt 49 huwa sostitwit b’dan li ġej:
pt_2
49. Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika (162) (169) (1):
(6) fil-Parti 2, (kategorija tal-vettura N3), il-punt 49 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(6)
49. Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika (169).
(7) fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vetturi O1 u O2), il-punt 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(7)
33. Fus(ien) motorizzat(i) mgħammar/mgħammra b’sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti: iva/le (4);
(8) fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vetturi O3 u O4), il-punt 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(8)
33. Fus(ien) motorizzat(i) mgħammar/mgħammra b’sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti: iva/le (4).