Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1963 tat-13 ta’ Ottubru 2022 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Ċeka, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/1963@2022-10-13/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.
(2) Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157, li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.
(3) Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Josef BERNARD, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(4) Il-Gvern Ċek ippropona lis-Sur Rudolf ŠPOTÁK, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Zastupitel Plzeňského kraje (Membru tas-Assemblea Reġjonali tar-Reġjun ta’ Plzeň), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-Sur Rudolf ŠPOTÁK, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Zastupitel Plzeňského kraje (Membru tas-Assemblea Reġjonali tar-Reġjun ta’ Plzeň), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022. Għall-Kunsill Il-President P. Blažek