Deċiżjoni (UE) 2022/2063 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/637 dwar proċeduri ta’ akkreditazzjoni għal manifatturi ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro u elementi tal-euro (BĊE/2022/35)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/2063@2022-10-13/mt
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 16 u l-Artikolu 34.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u prattika tar-rekwiżiti etiċi relatati mall-akkreditazzjoni tal-manifatturi skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/637 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/24), dik id-Deċiżjoni għandha tiġi aġġornata.
(2) Id-Deċiżjoni għandha tiġi aġġornata biex tiċċara li awdituri indipendenti għandhom jiffukaw fuq iċ-ċertifikazzjoni tal-implimentazzjoni u l-operat ta’ programm ta’ konformità korporattiva u għandha tiċċara aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ awditur indipendenti biex tinkludi l-funzjoni tal-awditjar intern tal-bank ċentrali nazzjonali fejn xieraq.
(3) Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat li kundanna b’sentenza finali għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ limitu definit u armonizzat li jirriferi għal meta seħħet l-imġiba mhux etika.
(4) Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ konformità korporattiva għandu jiġi ċċarat ukoll sabiex mill-inqas standard wieħed ta’ konformità jiġi implimentat b’mod effettiv.
(5) Il-konformità mal-istandards etiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2020/637 (BĊE/2020/24) għandha tkun soġġetta għal awtodikjarazzjoni mill-manifattur akkreditat sabiex jiġi żgurat li din il-konformità tintwera u tiġi rreġistrata b’mod ċar. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom, jeħtieġ li tiġi stabbilita d-data sa meta għandha tiġi ppreżentata l-ewwel awtodikjarazzjoni li tikkonferma tali konformità.
(6) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, l-emendi proposti għandhom japplikaw mid-data speċifikata fl-Artikolu 24(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2020/637, jiġifieri s-16 ta’ Novembru 2022.
(7) Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2020/637 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/24) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/637 (BĊE/2020/24) hija emendata kif ġej:
1. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
1.
(a) il-punt (15) huwa mħassar;
(b) il-punt (16) huwa mħassar;
(c) il-punt (22) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(c)
(22) entità ta kontroll’ tfisser korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta’ manifattur jew kwalunkwe persuna ġuridika skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI, li tista’ tirrappreżenta, tieħu deċiżjonijiet f’isem, jew teżerċita kontroll fuq il-manifattur; għal manifattur li huwa legalment u organizzativament parti minn BĊN, l-entità ta’ kontroll hija l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tal-BĊN.
(d) il-punt (23) huwa mħassar;
(e) il-punt (24) huwa mħassar;
(f) il-punt (25) huwa mħassar;
(g) il-punt (26) huwa mħassar;
(h) il-punt (27) huwa mħassar;
(i) il-punt (28) huwa mħassar;
(j) il-punt (31) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(j)
(31) awditur indipendenti tfisser entità rikonoxxuta kompetenti biex tivvaluta u tiddikjara li programm ta’ konformità korporattiva ta’ manifattur jikkonforma mal-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri dwar il-kondotta etika tan-negozju, inkluż id-dipartiment intern rilevanti ta’ BĊN għal manifattur li huwa legalment u organizzativament parti minn dak il-BĊN, jew li huwa persuna ġuridika separata f’każijiet fejn il-BĊN jeżerċita kontroll simili fuq dik il-persuna ġuridika għal dak li jeżerċita fuq id-dipartimenti tiegħu stess.;
2. fl-Artikolu 3(1) qed jiżdied il-punt (e) li ġej:
2.
(e) ir-rekwiżiti ta’ solvenza li ġejjin:
(e)
(i) il-manifattur ma huwiex is-suġġett ta’ proċeduri ta’ falliment, insolvenza jew stralċ;
(ii) l-assi tal-manifattur ma humiex s-suġġett ta’ amministrazzjoni minn likwidatur jew mill-qorti;
(iii) il-manifattur ma jkollux arranġament mal-kredituri;
(iv) l-attivitajiet kummerċjali tal-manifattur ma humiex sospiżi;
(v) il-manifattur ma huwiex is-suġġett ta’ xi proċedura jew ċirkostanza simili għal dawk imsemmija fil-punti (i) sa (iv) li japplikaw skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli.;
3. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
3.
Artikolu 4 Rekwiżiti etiċi
1. Manifattur akkreditat jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta’ kontroll tiegħu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti etiċi kollha li ġejjin:
1.
(a) dak il-manifattur akkreditat jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta’ kontroll tiegħu ma kienx is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza finali għal kwalunkwe waħda mill-imġiba li ġejja, meta tali mġiba seħħet wara l-15 ta’ Novembru 2017 u dak il-manifattur akkreditat huwa akkreditat qabel is-16 ta’ Novembru 2022, jew fejn seħħet tali mġiba mhux qabel ħames snin qabel id-data tat-talba għal akkreditazzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni:
(a)
(i) parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, inklużi t-tipi ta’ mġiba kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI;
(ii) korruzzjoni attiva u passiva kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat;
(iii) frodi skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;
(iv) reati terroristiċi, inkluż kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 12 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(v) ħasil tal-flus, kif iddefinit fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(vi) it-traffikar tal-bnedmin, inkluż kwalunkwe wieħed mill-atti intenzjonali msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-inċitament, l-għajnuna, il-kompliċità u t-tentattivi relatati kif previst fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva;
(vii) kwalunkwe attività illegali oħra li hija ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-BĊE jew il-BĊNi.
(b) dak il-manifattur akkreditat jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta’ kontroll tiegħu ma jkunux ħadu sehem f’xi waħda mill-imġiba li ġejja li tkun seħħet wara l-15 ta’ Novembru 2017 meta tkun akkreditata qabel is-16 ta’ Novembru 2022, jew tkun seħħet mhux qabel ħames snin qabel id-data tat-talba għall-akkreditazzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni:
(b)
(i) ksur ta’ obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi u/jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fejn dan ikun ġie stabbilit b’deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih il-manifattur akkreditat ikun stabbilit jew ma’ dawk ta’ Stat Membru fejn titwettaq l-attività relatata ma’ element ta’ sigurtà tal-euro jew attività relatata ma’ element tal-euro;
(ii) kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità, inklużi każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dmirijiet professjonali, fejn dan ikun ġie ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti;
(iii) id-dħul fi ftehimiet li għandhom l-għan li jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq rilevanti, fejn dan ikun ġie ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti;
(iv) kull attività oħra li x’aktarx taffettwa l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas effettiv.
2. Manifattur akkreditat għandu jistabbilixxi u jżomm programm ta’ konformità korporattiva implimentat bis-sħiħ u operattiv biex jiġġestixxi l-attivitajiet kollha mwettqa fis-sit akkreditat tal-manifattura tiegħu. Dak il-programm ta’ konformità korporattiva għandu japplika wkoll għal attivitajiet esterni mwettqa barra mis-sit ta’ manifattura akkreditat tiegħu fejn dawk l-attivitajiet ikunu simili għall-attivitajiet tal-euro jew attivitajiet ta’ sigurtà tal-euro li għalihom il-BĊE jkun ta akkreditazzjoni.
3. Il-programm ta’ konformità korporattiva msemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi u jimplimenta, bħala minimu, il-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti f’wieħed minn dawn li ġejjin:
3.
(a) L-Artikolu 10 tar-Regoli dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (International Chamber of Commerce Rules on Combating Corruption);
(b) l-Inizjattiva tal-Etika tal-Karti tal-Flus;
(c) l-istandard ISO 37001;
(d) kwalunkwe programm ekwivalenti ieħor.
4. fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa emendat skont kif ġej:
4.
(a) il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(a)
(f) formola mimlija ta’ awtodikjarazzjoni, li l-mudell tagħha huwa disponibbli fuq l-extranet tal-karti tal-flus tal-BĊE, iffirmata mir-rappreżentanti legali tal-manifattur, li tikkonferma li l-manifattur jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikoli 3(1)(b), (d) u (e) ta’ din id-Deċiżjoni;;
(b) il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(b)
(g) dikjarazzjoni bil-miktub maħruġa u ffirmata minn awditur indipendenti jew ċertifikazzjoni li tikkonferma l-implimentazzjoni u l-operat ta’ programm ta’ konformità korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u (3);;
5. L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
5.
(a) il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej: ;
(a)
2. Il-BĊE għandu jivvaluta l-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(b) sa (e), u l-Artikolu 3(3) kontra d-dokumentazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.
(b) l-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 hija emendata skont kif ġej: ;
(b)
4. Jekk manifattur jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(b) sa (e), jew permezz tal-Artikolu 3(4) ikun ingħata eċċezzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(c), il-BĊE għandu jipprovdi lill-manifattur b’dokumentazzjoni li jkun fiha r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni skont l-Artikolu 3(1)(a).
6. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
6.
(a) il-paragrafu 1, punt (3) huwa ssostitwit b’dan li ġej: ;
(a)
(3) immedjatament jinforma lill-BĊE bil-miktub fil-każ ta’ revoka ta’ kwalunkwe wieħed miċ-ċertifikati relatati mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) jew, fejn rilevanti, fl-Artikolu 4(2) u (3);
(b) il-paragrafu 1, punt (4) huwa ssostitwit b’dan li ġej: ;
(b)
(4) jipprovdi fuq bażi annwali, u fi żmien xahrejn minn tmiem is-sena kalendarja, dan kollu li ġej: Manifatturi akkreditati għandhom jippreżentaw l-ewwel formola ta’ awtodikjarazzjoni kif meħtieġ skont il-punt (a), u l-ewwel dikjarazzjoni bil-miktub maħruġa u ffirmata minn awditur indipendenti, jew ċertifikazzjoni, kif meħtieġ skont il-punt (b), sa tmiem Frar 2024, fiż-żewġ każijiet li jkopru s-sena kalendarja 2023 sħiħa.
(4)
(a) formola mimlija ta’ awtodikjarazzjoni, li l-mudell tagħha huwa disponibbli fuq l-extranet tal-karti tal-flus tal-BĊE, iffirmata mir-rappreżentant legali tal-manifattur, li tikkonferma li l-manifattur akkreditat u l-entitajiet ta’ kontroll tiegħu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) u (b);
(b) dikjarazzjoni bil-miktub maħruġa u ffirmata minn awditur indipendenti jew ċertifikazzjoni li tikkonferma l-implimentazzjoni u l-operat għas-sena kalendarja sħiħa ta’ programm ta’ konformità korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u (3).
(c) il-paragrafu 1, il-punt (9) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
(c)
(9) jinforma minnufih lill-BĊE bil-miktub meta tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(9)
(a) il-manifattur akkreditat jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta’ kontroll tiegħu jonqsu milli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4(1)(b);
(b) il-manifattur akkreditat jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta’ kontroll tiegħu jkollhom evidenza li huwa soġġett għal investigazzjonijiet amministrattivi jew penali dwar kwalunkwe mġiba elenkata fl-Artikolu 4(1)(a) jew nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 4(1)(b);
(c) il-manifattur akkreditat jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta’ kontroll kienu s-suġġett ta’ kundanna b’sentenza finali għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 4(1)(a);.
Artikolu 2 Dispożizzjonijiet Finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
2. Għandha tapplika mis-16 ta’ Novembru 2022.
Artikolu 3 Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi u lill-manifatturi akkreditati ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro u ta’ elementi tal-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Ottubru 2022. Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE Il-President tal-BĊE Christine Lagarde