Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2104 tad-29 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012

In forceVersion 2022-07-29from 2022-11-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/2104@2022-07-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Ambitu
  3. Artikolu 2 Kategoriji ta’ żejt taż-żebbuġa
  4. 1.
  5. Artikolu 3 Taħlitiet u żejt taż-żebbuġa f’ikel ieħor
  6. Artikolu 4 Imballaġġ
  7. Artikolu 5 Tikkettar
  8. Artikolu 6 Isem legali u tikkettar tal-kategorija taż-żjut
  9. 2.
  10. Artikolu 7 Kundizzjonijiet speċjali ta’ ħżin
  11. Artikolu 8 Post ta’ oriġini
  12. 3.
  13. Artikolu 9 Numru tal-impjant tal-imballaġġ
  14. Artikolu 10 Termini riżervati fakultattivi
  15. Artikolu 11 Indikazzjoni tas-sena tal-ħsad
  16. Artikolu 12 Indikazzjoni tal-preżenza ta’ żejt taż-żebbuġa barra mil-lista ta’ ingredjenti f’taħlitiet u fl-ikel
  17. Artikolu 13 Tħassir
  18. Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
  19. ANNEX
  20. ANNESS I KARATTERISTIĊI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA
  21. A.
  22. B. Noti: (a)(b)(c)(d)
  23. B.
  24. ANNESS II Definizzjonijiet ta’ terminoloġija fakultattiva dwar il-karatteristiċi organolettiċi għall-finijiet tat-tikkettar
  25. ANNESS III Tabella ta’ korrelazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2), 78(3) u (4) u 88(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u sostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007. Il-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 1, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tistabbilixxi regoli dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni f’dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa fil-qafas legali l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli permezz ta’ tali atti. Dawk l-atti jenħtieġ li jissostitwixxu r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012, li għalhekk jenħtieġ li jitħassru.

(2) Iż-żejt taż-żebbuġa għandu ċerti proprjetajiet organolettiċi u nutrizzjonali, li meta jitqiesu l-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, jippermettulu aċċess għal suq bi prezz relattivament għoli meta mqabbel mal-biċċa l-kbira tax-xaħmijiet veġetali l-oħra. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni tas-suq, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żjut taż-żebbuġa li jiggarantixxu l-kwalità tal-prodott u jiġġieldu l-frodi b’mod effettiv. Il-monitoraġġ effettiv tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jittejjeb ukoll. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dan il-għan.

(3) L-esperjenza miksuba matul l-aħħar għaxar snin mill-implimentazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni għaż-żejt taż-żebbuġa u mill-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-konformità turi li ċerti aspetti tal-qafas regolatorju jeħtieġ li jiġu ssimplifikati u ċċarati.

(4) Sabiex issir distinzjoni bejn id-diversi tipi ta’ żejt taż-żebbuġa, jenħtieġ li jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi ta’ kull waħda mill-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa u l-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut taż-żebbuġa verġni, sabiex jiġu ggarantiti l-purità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati.

(5) Sabiex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa u sabiex ma tinħoloqx kompetizzjoni inġusta fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa, jenħtieġ li jkun permess biss għal kategoriji ta’ żejt taż-żebbuġa li jistgħu jinbiegħu lill-konsumatur finali li jitħalltu ma’ żjut veġetali oħra jew jiġu inkorporati fl-ikel. Sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi differenti tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jipprojbixxu l-produzzjoni ta’ tali taħlitiet fit-territorju tagħhom.

(6) Biex tiġi ggarantita l-awtentiċità taż-żejt taż-żebbuġa mibjugħ, l-imballaġġ għall-bejgħ bl-imnut jenħtieġ li jkun żgħir u jkollu sistema adegwata kif jingħalaq. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jawtorizzaw imballaġġ akbar għal stabbilimenti kollettivi.

(7) Sabiex il-konsumatur jiġi megħjun biex jagħżel bejn il-prodotti, huwa kruċjali li t-tagħrif obbligatorju indikat fuq it-tikketta jkun jista’ jinqara faċilment. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kemm l-informazzjoni obbligatorja fil-parti viżwali ewlenija tkun tista’ tinqara u dwar x’informazzjoni għandha tiġi inkluża fiha.

(8) L-ismijiet tal-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa jenħtieġ li jikkorrispondu mad-deskrizzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa kkummerċjalizzat f’kull Stat Membru, fil-kummerċ intra-Unjoni u fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi kif stabbilit fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(9) Bosta studji xjentifiċi wrew li d-dawl u s-sħana jħallu effetti negattivi fuq l-iżvilupp tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa. Għalhekk jenħtieġ li l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin jiġu indikati b’mod ċar fuq it-tikketta biex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun infurmat tajjeb dwar l-aqwa kundizzjonijiet għall-ħżin.

(10) Bħala riżultat tat-tradizzjonijiet agrikoli u l-prattiki lokali ta’ estrazzjoni u taħlit, iż-żjut taż-żebbuġa verġni introdotti direttament fis-suq jistgħu jkunu ta’ togħma u kwalità pjuttost differenti skont il-post ta’ oriġini tagħhom. Dan jista’ jwassal għal differenzi fil-prezz fl-istess kategorija li jfixklu s-suq. Ma hemm ebda differenza sostanzjali marbuta mal-oriġini f’kategoriji oħrajn ta’ żejt taż-żebbuġa li jittiekel, u għalhekk l-indikazzjoni tal-post ta’ oriġini fuq l-imballaġġ ta’ tali żejt tista’ twassal biex il-konsumaturi jemmnu li jeżistu differenzi fil-kwalità. Għalhekk, biex ma jkunx hemm distorsjoni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa li jittiekel, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema obbligatorja tal-Unjoni għat-tikkettar tal-post ta’ oriġini, li jenħtieġ li tkun ristretta għaż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni li jissodisfaw kondizzjonijiet preċiżi.

(11) Fl-Unjoni, parti sinifikanti taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni hija magħmula minn taħlitiet ta’ żjut li joriġinaw minn diversi Stati Membri u pajjiżi terzi. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tikkettar tal-oriġini ta’ tali taħlitiet.

(12) Denominazzjoni ta’ oriġini reġjonali tista’ tkun koperta minn Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) jew minn Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-denominazzjonijiet li jindikaw oriġini reġjonali jenħtieġ li jiġu riżervati għad-DOP jew għall-IĠP biex tiġi evitata l-konfużjoni bejn il-konsumaturi, li potenzjalment tista’ twassal għal disturbi fis-suq. Fil-każ ta’ żejt taż-żebbuġa importat, jenħtieġ li jiġu rrispettati r-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali previsti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(13) It-trademarks eżistenti inklużi r-referenzi ġeografiċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jintużaw, dment li jkunu ġew irreġistrati uffiċjalment fil-passat, f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE jew mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.

(14) Jekk il-post ta’ oriġini ta’ żejt taż-żebbuġa extra verġni jew verġni jirreferi għall-Unjoni jew għal Stat Membru, din hija indikazzjoni mhux biss ta’ fejn ikun inqata’ ż-żebbuġ iżda wkoll tat-tekniki u l-prattiki ta’ estrazzjoni li jinfluwenzaw il-kwalità u t-togħma taż-żejt. Għalhekk, il-post ta’ oriġini jenħtieġ li jirreferi għaż-żona ġeografika li jkun inkiseb minnha ż-żejt taż-żebbuġa, li ġeneralment tkun iż-żona li fiha jkun ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ. Madankollu, f’ċerti każijiet, iż-żejt jiġi estratt f’post li ma jkunx l-istess bħal dak fejn ikun inqata’ ż-żebbuġ u din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi ddikjarata fuq l-imballaġġ jew it-tikketti mehmużin mal-imballaġġ sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa u li ma jkunx hemm disturbi fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa.

(15) Meta l-impjanti tal-imballaġġ jiġu approvati fil-livell nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105 li jistabbilixxi regoli dwar il-kontrolli tal-konformità tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa u metodi ta’ analiżi tal-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa, it-tikketta taż-żejt taż-żebbuġa jenħtieġ li tinkludi l-identifikazzjoni alfanumerika allokata lill-impjant tal-imballaġġ, sabiex tippermetti traċċabbiltà aħjar u protezzjoni tal-konsumatur.

(16) F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-indikazzjonijiet murija fuq it-tikketti ma għandhomx iqarrqu lix-xerrej, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa konċernat, jew billi jattribwixxu lilu proprjetajiet li ma jkollux, jew billi jissuġġerixxu li jkun fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt il-biċċa l-kbira taż-żjut ikollhom tali karatteristiċi. Ċerti indikazzjonijiet użati b’mod komuni u fakultattivi li huma speċifiċi għaż-żejt taż-żebbuġa jirrikjedu wkoll regoli armonizzati biex jiddefinixxu eżattament tali dikjarazzjonijiet u jiżguraw li l-preċiżjoni tagħhom tkun tista’ tiġi vverifikata. Minħabba l-proliferazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet u s-sinifikat ekonomiku tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi għall-użu tagħhom sabiex tiġi introdotta ċ-ċarezza fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa.

(17) Għaldaqstant, il-kunċetti ta’ ppressar kiesaħ u estrazzjoni kiesħa jenħtieġ li jikkorrispondu ma’ metodu teknikament definit ta’ produzzjoni tradizzjonali.

(18) Ċerti termini li jiddeskrivu l-karatteristiċi organolettiċi li jirreferu għat-togħma jew għar-riħa taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni ġew iddefiniti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Sabiex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, jenħtieġ li ma jintuża l-ebda terminu ieħor li jiddeskrivi l-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni fid-deskrizzjoni ta’ dawn iż-żjut. L-użu ta’ tali termini fuq it-tikketta ta’ żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni jenħtieġ li jkun riżervat għal żjut li jkunu ġew ivverifikati li għandhom dawn il-karatteristiċi skont il-metodu ta’ analiżi korrispondenti tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ.

(19) Ir-referenza għall-aċidità fl-iżolament tissuġerixxi skorrettament skala ta’ kwalità assoluta li tqarraq bil-konsumatur billi dan il-fattur jirrappreżenta valur kwalitattiv biss fir-rigward tal-parametri fiżikokimiċi l-oħra (valur tal-perossidu, kontenut ta’ xama’ u assorbiment tal-ultravjola). Għalhekk, meta ssir referenza għall-aċidità fuq it-tikketta, jenħtieġ li dawk il-parametri jiġu indikati wkoll.

(20) Bil-għan li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, il-valur tal-parametri fiżikokimiċi meta tali parametri jiġu indikati fuq it-tikketta jenħtieġ li jkun il-valur massimu li jistgħu jilħqu tali parametri sad-data tad-durabbiltà minima.

(21) Sabiex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar l-età tal-prodott, l-operaturi jenħtieġ li jitħallew jindikaw is-sena tal-ħsad fuq it-tikketta taż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni iżda biss meta 100 % tal-kontenut tal-kontenitur jiġi minn sena waħda ta’ ħsad. Billi l-ħsad taż-żebbuġ normalment jibda matul il-ħarifa u jintemm sar-rebbiegħa tas-sena ta’ wara, huwa xieraq li jiġi ċċarat kif is-sena tal-ħsad trid tiġi indikata fuq it-tikketta.

(22) Sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-età ta’ żejt taż-żebbuġa lill-konsumaturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jagħmlu l-indikazzjoni tas-sena tal-ħsad obbligatorja. Madankollu, bil-għan li ma jiġix imfixkel il-funzjonament tas-suq uniku, tali indikazzjoni obbligatorja jenħtieġ li tkun limitata għall-produzzjoni domestika tagħhom, miksuba miż-żebbuġ maħsud fit-territorju tagħhom u maħsuba għas-swieq nazzjonali tagħhom biss. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-applikazzjoni ta’ tali deċiżjoni nazzjonali u tirrieżamina d-dispożizzjoni sottostanti tal-Unjoni, fid-dawl ta’ kwalunkwe evoluzzjoni rilevanti fil-funzjonament tas-suq uniku, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183.

(23) Jenħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ikel li jkun fih iż-żejt taż-żebbuġa ma jkunx qarrieqi għall-konsumaturi billi jenfasizza r-reputazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mingħajr ma jispeċifika b’mod ċar il-kompożizzjoni reali tal-prodott. Għalhekk, il-perċentwal ta’ żejt taż-żebbuġa u ċerti indikazzjonijiet speċifiċi għall-prodotti li jkunu jikkonsistu esklużivament minn taħlita ta’ żjut veġetali jenħtieġ li jkun jidher b’mod ċar fuq it-tikkettar. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-ikel solidu ppreservat esklużivament fiż-żejt taż-żebbuġa stabbilit f’regolamenti speċifiċi, b’mod partikolari għas-sardin, it-tonn u l-plamtu.

(24) Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, għall-prodotti tal-ikel ippreservati esklużivament fiż-żejt taż-żebbuġa, jenħtieġ li ma jkunx hemm ħtieġa li jiġi ddikjarat il-perċentwal ta’ żejt miżjud fir-rigward tal-piż nett totali tal-ikel fuq it-tikketta,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli:

(a) dwar il-karatteristiċi taż-żjut taż-żebbuġa msemmija fil-punti 1 sa 6 tal-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b) dwar standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għaż-żjut taż-żebbuġa msemmija fil-Parti VIII, il-punti 1(a) u (b) u l-punti 3 u 6, tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta jinbiegħu lill-konsumatur finali, ippreżentati fl-istat naturali jew fl-ikel.

Artikolu 2 Kategoriji ta’ żejt taż-żebbuġa

1. Iż-żjut taż-żebbuġa li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti:

1.

(a) fil-punt 1 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa extra verġni skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 1(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b) fil-punt 2 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa verġni skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 1(b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c) fil-punt 3 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa lampante skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 1(c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d) fil-punt 4 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa raffinat skont it-tifsira Parti VIII, il-punt 2 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(e) fil-punt 5 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt taż-żebbuġa magħmul minn żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa verġni skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 3 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(f) fil-punt 6 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 4 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(g) fil-punt 7 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 5 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(h) fil-punt 8 tat-Tabelli A u B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala żejt mir-residwi taż-żebbuġ skont it-tifsira tal-Parti VIII, il-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2. Il-karatteristiċi taż-żjut taż-żebbuġa stabbiliti fl-Anness I għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105.

Artikolu 3 Taħlitiet u żejt taż-żebbuġa f’ikel ieħor

1. Iż-żjut imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 biss jistgħu jkunu parti minn taħlitiet ta’ żejt taż-żebbuġa u żjut veġetali oħrajn.

2. Iż-żjut imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 biss jistgħu jiġu inkorporati f’ikel ieħor.

3. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa u żjut veġetali oħra msemmija fil-paragrafu 1 għall-konsum intern. Madankollu, ma jistgħux jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom ta’ tali taħlitiet minn pajjiżi oħra u ma jistgħux jipprojbixxu l-produzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ tali taħlitiet għall-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni.

Artikolu 4 Imballaġġ

1. Iż-żjut imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1 għandhom jiġu ppreżentati lill-konsumatur finali f’imballaġġ ta’ kapaċità massima ta’ ħames litri. Tali imballaġġ għandu jkollu sistema ta’ ftuħ li ma tistax terġa’ tiġi ssiġillata wara li jinfetaħ l-ewwel darba u għandu jiġi ttikkettat f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2. Fil-każ taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), maħsuba għall-konsum f’ristoranti, sptarijiet, canteens u stabbilimenti oħra simili kollettivi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kapaċità massima li teċċedi l-ħames litri għall-imballaġġ, skont it-tip ta’ stabbiliment ikkonċernat.

Artikolu 5 Tikkettar

1. It-tikkettar tat-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 6 sa 9 għandu jkun obbligatorju.

2. L-isem legali msemmi fl-Artikolu 6(1) u, fejn applikabbli, il-post ta’ oriġini msemmi fl-Artikolu 8(1), għandhom jinġabru flimkien fil-kamp viżiv prinċipali, kif definit fl-Artikolu 2(2), il-punt (l), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, jew fuq l-istess tikketta jew fuq diversi tikketti mwaħħla mal-istess kontenitur, jew direttament fuq l-istess kontenitur. Dan it-tagħrif għandu jintwera bis-sħiħ f’korp ta’ test omoġenju.

3. It-tikkettar tat-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 10, 11 u 12 għandu jkun volontarju.

Artikolu 6 Isem legali u tikkettar tal-kategorija taż-żjut

1. Id-deskrizzjoni taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), għandha titqies bħala l-isem legali tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2), il-punt (n) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

2. It-tikketta ta’ dawk iż-żjut għandu jkollha, b’ittri ċari u li ma jitħassrux, minbarra d-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, iżda mhux neċessarjament, viċin tagħha, l-informazzjoni li ġejja dwar il-kategorija taż-żejt:

2.

(a) żejt taż-żebbuġa extra verġni: żejt taż-żebbuġa ta’ kategorija superjuri miksub direttament minn żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi;

(b) żejt taż-żebbuġa verġni: żejt taż-żebbuġa miksub direttament miż-żebbuġ u unikament b’mezzi mekkaniċi;

(c) żejt taż-żebbuġa magħmul minn żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa verġni: żejt magħmul esklużivament minn żjut taż-żebbuġa li jkunu għaddew minn proċess ta’ raffinar u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ;

(d) żejt mir-residwi taż-żebbuġ:

(d)

(i) żejt magħmul esklużivament minn żjut miksuba billi l-prodott miksub jiġi ttrattat wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ; jew

(ii) żejt magħmul esklussivament minn żjut miksuba bl-ipproċessar ta’ żejt mill-ilbieba taż-żebbuġa u żjut miksuba direttament miż-żebbuġ.

Artikolu 7 Kundizzjonijiet speċjali ta’ ħżin

L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet speċjali ta’ ħżin għaż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), jiġifieri li jridu jinħażnu ’l bogħod mid-dawl u mis-sħana, għandha tidher fuq il-kontenituri tagħhom jew fuq it-tikketti mwaħħla magħhom.

Artikolu 8 Post ta’ oriġini

1. Għaż-żejt taż-żebbuġa extra verġni u għaż-żejt taż-żebbuġa verġni, imsemmija fil-Parti VIII, il-punti 1(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-post ta’ oriġini għandu jidher fuq it-tikketta.

2. Għaż-żjut imsemmija fil-Parti VIII, il-punti 3 u 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-ebda post ta’ oriġini ma għandu jintwera fuq it-tikketta.

3. Il-post ta’ oriġini msemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti biss minn:

3.

(a) fil-każ taż-żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, f’konformità mal-paragrafi 6 u 7, minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, referenza għal dak l-Istat Membru, jew għall-Unjoni jew għall-pajjiż terz, kif xieraq; jew

(b) fil-każ ta’ taħlitiet ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw, f’konformità mal-paragrafi 6 u 7, minn aktar minn Stat Membru wieħed jew pajjiż terz, waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin, kif xieraq:

(b)

(i) taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea jew referenza għall-Unjoni;

(ii) taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li ma joriġinawx mill-Unjoni Ewropea, jew referenza għal oriġini barra mill-Unjoni;

(iii) taħlita ta’ żjut taż-żebbuġa li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea u li ma joriġinawx mill-Unjoni Ewropea, jew referenza għal oriġini fl-Unjoni u għal oriġini barra mill-Unjoni; jew

(c) denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

4. L-ismijiet ta’ marki jew ditti li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 1998 f’konformità mad-Direttiva 89/104/KEE jew sal-31 ta’ Mejju 2002 f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ma għandhomx jitqiesu bħala l-post ta’ oriġini kopert b’dan ir-Regolament.

5. Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiż terz, il-post ta’ oriġini għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Artikoli 59 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

6. Il-post ta’ oriġini li jsemmi Stat Membru jew l-Unjoni għandu jikkorrispondi maż-żona ġeografika li fiha nqata’ ż-żebbuġ u li fiha tinstab il-mitħna fejn ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ.

7. Jekk iż-żebbuġ ikun inħasad fi Stat Membru jew f’pajjiż terz għajr dak li fih tkun tinsab il-mitħna fejn ikun ġie estratt iż-żejt miż-żebbuġ, il-post ta’ oriġini għandu jkun fih il-kliem li ġej: żejt taż-żebbuġa (extra) verġni miksub fi (l-Unjoni jew l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat) minn żebbuġ maħsud fi (l-Unjoni jew l-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat).

Artikolu 9 Numru tal-impjant tal-imballaġġ

Għaż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), it-tikketta għandu jkollha, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni alfanumerika tal-impjant tal-imballaġġ approvat f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105.

Artikolu 10 Termini riżervati fakultattivi

Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu ta’ termini riżervati fakultattivi skont it-tifsira tal-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jistgħu jidhru fuq it-tikketta taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament:

(a) l-indikazzjoni l-ewwel ippressar kiesaħ tista’ tidher biss għal żjut taż-żebbuġa extra verġni jew verġni miksuba f’temperatura taħt is-27 °C mill-ewwel ippressar mekkaniku tal-pasta taż-żebbuġ minn sistema tradizzjonali ta’ estrazzjoni bl-użu ta’ pressi idrawliċi;

(b) l-indikazzjoni estrazzjoni kiesħa tista’ tidher biss għal żjut taż-żebbuġa extra verġni jew verġni miksuba f’temperatura taħt is-27 °C permezz ta’ perkolazzjoni jew ċentrifugazzjoni tal-pasta taż-żebbuġ;

(c) l-indikazzjonijiet tal-karatteristiċi organolettiċi li jirreferu għat-togħma jew għar-riħa jistgħu jidhru biss għaż-żjut taż-żebbuġa extra verġni u verġni. Il-karatteristiċi organolettiċi biss kif iddefiniti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jidhru fuq it-tikketta u biss jekk ikunu bbażati fuq valutazzjoni mwettqa skont il-metodu msemmi fl-Anness I, il-punt 5, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105. Id-definizzjonijiet u l-firxiet ta’ riżultati, li jippermettu indikazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi organolettiċi, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(d) l-indikazzjoni tal-aċidità massima mistennija sad-data ta’ durabbiltà minima msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, tista’ tidher biss jekk tkun akkumpanjata b’indikazzjoni, f’ittri tal-istess daqs u fl-istess kamp viżiv, tal-valuri massimu għall-kontenut tal-perossidu, il-kontenut tax-xama’ u l-assorbiment ultravjola, determinati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105, mistenni sal-istess data.

Artikolu 11 Indikazzjoni tas-sena tal-ħsad

1. Iż-żejt taż-żebbuġa extra verġni u ż-żejt taż-żebbuġa verġni biss, imsemmija fil-Parti VIII, il-punti 1(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jistgħu juru l-indikazzjoni tas-sena tal-ħsad.

2. Is-sena tal-ħsad tista’ tintwera biss jekk 100 % tal-kontenut tal-kontenitur ikun ġej minn dak il-ħsad u għandha tiġi indikata fuq it-tikketta jew fil-forma tas-sena tal-kummerċjalizzazzjoni rilevanti f’konformità mal-Artikolu 6, il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew fil-forma tax-xahar u s-sena tal-ħsad, f’dik l-ordni. Ix-xahar għandu jikkorrispondi max-xahar tal-estrazzjoni taż-żejt miż-żebbuġ.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li s-sena tal-ħsad imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata fuq it-tikketta taż-żjut taż-żebbuġa msemmija f’dak il-paragrafu, tal-produzzjoni domestika tagħhom, miksuba miż-żebbuġ maħsud fit-territorju tagħhom u maħsub għas-swieq nazzjonali tagħhom biss.

4. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tipprevjeni żjut taż-żebbuġa tikkettati qabel id-data li fiha dik id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ milli jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183.

Artikolu 12 Indikazzjoni tal-preżenza ta’ żejt taż-żebbuġa barra mil-lista ta’ ingredjenti f’taħlitiet u fl-ikel

1. Meta l-preżenza taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), f’taħlita ma’ żjut veġetali oħra tiġi enfasizzata fuq it-tikketta xi mkien ieħor minbarra fil-lista ta’ ingredjenti, bl-użu ta’ kliem, stampi jew grafika, it-taħlita kkonċernata għandu jkollha d-deskrizzjoni kummerċjali li ġejja: Taħlita ta’ żjut veġetali (jew l-ismijiet speċifiċi taż-żjut veġetali kkonċernati) u taż-żejt taż-żebbuġa, segwiti direttament mill-perċentwal ta’ tali żjut fit-taħlita.

2. Il-preżenza taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), tista’ tiġi enfasizzata permezz ta’ stampi jew grafika fuq it-tikketta ta’ taħlita kif imsemmija fil-paragrafu 1 biss fejn tkun tammonta għal aktar minn 50 % tat-taħlita konċernata.

3. Bl-eċċezzjoni tal-ikel solidu ppreservat esklużivament fiż-żejt taż-żebbuġa, b’mod partikolari l-prodotti msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 u (KEE) Nru 1536/92, u fejn il-preżenza taż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament tiġi ddikjarata fuq it-tikketta xi mkien ieħor għajr fil-lista ta’ ingredjenti, bl-użu ta’ kliem, stampi jew grafika, l-isem tal-ikel għandu jiġi segwit direttament mill-perċentwal ta’ żejt relattiv għall-piż nett totali tal-oġġett tal-ikel.

4. Il-perċentwal ta’ żjut miżjuda msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), meta mqabbel mal-piż nett totali tal-ikel imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi sostitwit bil-perċentwal ta’ żejt miżjud meta mqabbel mal-piż totali tax-xaħmijiet, iż-żieda tal-kliem perċentwal ta’ xaħmijiet.

5. Id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jiġu sostitwiti bil-kliem żejt taż-żebbuġa fuq it-tikketta tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, meta jkun hemm il-preżenza taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ, il-kliem żejt taż-żebbuġa għandu jiġi sostitwit bil-kliem żejt mir-residwi taż-żebbuġ.

6. Meta jiżdied ikel ieħor maż-żjut imsemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), l-ikel li jirriżulta ma għandu jkollu l-ebda wieħed mill-ismijiet legali msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 13 Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 jitħassru. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105 u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS I KARATTERISTIĊI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

A.

Karatteristiki tal-kwalità Kategorija Aċidità (%)(*) Valur tal-perossidu (mEq O2/kg) K232 K268 jew K270 ΔΚ Karatteristiċi organolettiċi Esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin (mg/kg) Valur medjan tad-difetti (Md)(*) Valur medjan tat-togħma ta’ frott (Mf) ≤ 0,80 ≤ 20,0 ≤ 2,50 ≤ 0,22 ≤ 0,01 Md = 0,0 Mf > 0,0 ≤ 35 ≤ 2,0 ≤ 20,0 ≤ 2,60 ≤ 0,25 ≤ 0,01 Md ≤ 3,5 Mf > 0,0 — > 2,0 — — — — Md > 3,5 — — ≤ 0,30 ≤ 5,0 — ≤ 1,25 ≤ 0,16 — — ≤ 1,00 ≤ 15,0 — ≤ 1,15 ≤ 0,15 — — — — — — — — — ≤ 0,30 ≤ 5,0 — ≤ 2,00 ≤ 0,20 — — ≤ 1,00 ≤ 15,0 — ≤ 1,70 ≤ 0,18 — —

1. Żejt taż-żebbuġa extra verġni

2. Żejt taż-żebbuġa verġni

3. Żejt taż-żebbuġ lampante

4. Żejt taż-żebbuġa raffinat

5. Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni

6. Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

7. Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

8. Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

B. Noti: (a)(b)(c)(d)

Karatteristiċi tal-purità Kategorija Kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi Total ta’ isomeri transolejċi (%) Total ta’ isomeri linolejċi + translinoleniċi (%) Stigmasta- dienes (mg/kg) ΔΕCN42 2-gliċeril monopalmitat (%) Miristiku (%) Linoleniku (%) Arakidiku (%) Ejkosenojku (%) Beeniku (%) Linjoċeriku (%) ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,05 ≤ 0,05 ≤ 0,05 ≤ |0,20| ≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00 % ≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00 % ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,05 ≤ 0,05 ≤ 0,05 ≤ |0,20| ≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00 % ≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00 % ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,10 ≤ 0,10 ≤ 0,50 ≤ |0,30| ≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00 % ≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00 % ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,30 — ≤|0,30| ≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00 % ≤ 1,1 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00 % ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,30 — ≤ |0,30| ≤ 0,9 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun ≤ 14,00 % ≤ 1,0 jekk il-perċentwal totali ta’ aċidu palmitiku jkun > 14,00 % ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,30 ≤ 0,20 ≤ 0,20 ≤ 0,10 — ≤ |0,60| ≤ 1,4 ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,30 ≤ 0,20 ≤ 0,40 ≤ 0,35 — ≤ |0,50| ≤ 1,4 ≤ 0,03 ≤ 1,00 ≤ 0,60 ≤ 0,50 ≤ 0,30 ≤ 0,20 ≤ 0,40 ≤ 0,35 — ≤ |0,50| ≤ 1,2 Tabella B (tkompli) Kategorija Kompożizzjoni tal-isteroli Total ta’ steroli (mg/kg) Eritrodijol u uvaol (%)(**) Xama’ (mg/kg)(**) Kole- sterol (%) Brassika -sterol (%) Kampesterol(%) Stigmasterol (%) β–sito-sterol evidenti(%) Δ-7-stigma-stenol%) ≤ 0,5 ≤ 0,1 ≤ 4,0 < Kamp. ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 1000 ≤ 4,5 C42 + C44 + C46 ≤ 150 ≤ 0,5 ≤ 0,1 ≤ 4,0 < Kamp. ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 1000 ≤ 4,5 C42 + C44 + C46 ≤ 150 ≤ 0,5 ≤ 0,1 ≤ 4,0 — ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 1000 ≤ 4,5 C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 300 ≤ 0,5 ≤ 0,1 ≤ 4,0 < Kamp. ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 1000 ≤ 4,5 C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350 ≤ 0,5 ≤ 0,1 ≤ 4,0 < Kamp. ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 1000 ≤ 4,5 C40 + C42 + C44 + C46 ≤ 350 ≤ 0,5 ≤ 0,2 ≤ 4,0 — ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 2500 > 4,5 C40 + C42 + C44 + C46 > 350 ≤ 0,5 ≤ 0,2 ≤ 4,0 < Kamp. ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 1800 > 4,5 C40 + C42 + C44 + C46 > 350 ≤ 0,5 ≤ 0,2 ≤ 4,0 < Kamp. ≥ 93,0 ≤ 0,5 ≥ 1600 > 4,5 C40 + C42 + C44 + C46 > 350 Ir-riżultati tal-analiżijiet għandhom jingħataw bl-istess għadd ta’ ċifri wara l-punt deċimali bħal dak użat għal kull karatteristika. L-aħħar ċifra trid tiżdied b’unità waħda jekk iċ-ċifra ta’ warajha tkun ta’ iktar minn 4. Jekk karatteristika waħda biss ma tkunx konformi mal-valuri ddikjarati, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kategorija taż-żejt għandha tinbidel jew iż-żejt għandu jiġi ddikjarat bħala mhux konformi. Għaż-żejt taż-żebbuġa lampante, iż-żewġ karatteristiċi tal-kwalità mmarkati b’asterisk (*) jistgħu jvarjaw b’mod simultanju mil-limiti stabbiliti għal dik il-kategorija. Jekk karatteristika tkun immarkata b’żewġ asterisks (**), dan ifisser li għaż-żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ, huwa possibbli li ż-żewġ limiti rilevanti jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess ħin. Għaż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u għaż-żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ wieħed mil-limiti rilevanti jista’ jkun differenti mill-valuri ddikjarati.

B.

1. Żejt taż-żebbuġa extra verġni

2. Żejt taż-żebbuġa verġni

3. Żejt taż-żebbuġa lampante

4. Żejt taż-żebbuġa raffinat

5. Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni

6. Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

7. Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

8. Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

1. Żejt taż-żebbuġa extra verġni

2. Żejt taż-żebbuġa verġni

3. Żejt taż-żebbuġ lampante

4. Żejt taż-żebbuġa raffinat

5. Żejt taż-żebbuġa magħmul minn żejt taż-żebbuġa raffinat u żjut taż-żebbuġa verġni

6. Żejt mhux raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

7. Żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ

8. Żejt mir-residwi taż-żebbuġ

Appendiċi Ġerarkija tad-deċiżjonijiet

Ġerarkija tad-deċiżjonijiet għall-kampesterol għaż-għaż-żjut taż-żebbuġa verġni u extra verġni: Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Ġerarkija tad-deċiżjonijiet ta’ Delta-7-stigmastenol għal: Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-parametri l-oħra għandhom ikunu konformi mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Żjut taż-żebbuġa verġni u extra verġni

Żjut taż-żebbuġa lampante

Żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa magħmulin minn żjut taż-żebbuġa raffinati u żjut taż-żebbuġa verġni

Żejt mir-residwi taż-żebbuġ mhux raffinat, żejt mir-residwi taż-żebbuġ raffinat u żejt mir-residwi taż-żebbuġ

ANNESS II Definizzjonijiet ta’ terminoloġija fakultattiva dwar il-karatteristiċi organolettiċi għall-finijiet tat-tikkettar

Fuq talba, il-kap tal-bord tad-dewqan stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105. jista’ jiċċertifika li ż-żjut li ġew ivvalutati huma konformi mad-definizzjonijiet u mal-gradi li jikkorrispondu biss mat-termini li ġejjin, skont l-intensità u l-perċezzjoni tal-attributi. Attributi pożittivi (togħma ta’ frott, morr u punġenti) skont l-intensità tal-perċezzjoni: Qawwi, meta l-valur medjan tal-attribut ikun aktar minn 6,0. Medju, meta l-valur medjan tal-attribut ikun aktar minn 3,0 u 6,0 jew inqas; Ħafif, meta l-valur medjan tal-attribut ikun 3,0 jew inqas. Togħma ta’ frott: sett ta’ sensazzjonijiet olfattivi li huma tipiċi taż-żejt, skont il-varjetà taż-żebbuġ u li jiġu minn żebbuġ frisk u b’saħħtu, u li fihom la tiddomina t-togħma tal-frott aħdar u lanqas dik tal-frott li jkun sar. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta’ wara tal-imnieħer. Togħma ta’ frott aħdar: sett ta’ sensazzjonijiet olfattivi li huma tipiċi taż-żejt u li jfakkru fil-frott aħdar, skont il-varjetà ta’ żebbuġ u li jiġu minn żebbuġ aħdar, frisk, u b’saħħtu. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta’ wara tal-imnieħer. Togħma ta’ frott misjur: sett ta’ sensazzjonijiet olfattivi li huma tipiċi taż-żejt u li jfakkru fil-frott misjur, skont il-varjetà taż-żebbuġ u li jiġu minn żebbuġ frisk u b’saħħtu. Dawn jiġu nnutati direttament u/jew permezz tan-naħa ta’ wara tal-imnieħer. Żejt ibbilanċjat: żejt li ma jurix nuqqas ta’ bilanċ, jiġifieri s-sensazzjoni tattili u olfattiva u tat-togħma li fiha l-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut punġenti ma jkunux iktar minn żewġ punti ogħla minn dak tat-togħma tal-frott. Żejt ta’ togħma mmoderata: żejt li l-valur medjan tal-attributi tat-togħma morra u punġenti jkun ta’ 2,0 jew inqas. Termini soġġetti għall-produzzjoni ta’ ċertifikat tat-test organolettiku Valur medjan tal-attribut Togħma ta’ frott — Togħma ta’ frott misjur — Togħma ta’ frott aħdar — Togħma ta’ frott ħafifa ≤ 3,0 Togħma ta’ frott medja 3,0 < Me ≤ 6,0 Togħma ta’ frott qawwija > 6,0 Togħma ħafifa ta’ frott misjur ≤ 3,0 Togħma medja ta’ frott misjur 3,0 < Me ≤ 6,0 Togħma qawwija ta’ frott misjur > 6,0 Togħma ħafifa ta’ frott aħdar ≤ 3,0 Togħma medja ta’ frott aħdar 3,0 < Me ≤ 6,0 Togħma qawwija ta’ frott aħdar > 6,0 Togħma ħafifa morra ≤ 3,0 Togħma medja morra 3,0 < Me ≤ 6,0 Togħma qawwija morra > 6,0 Togħma punġenti ħafifa ≤ 3,0 Togħma punġenti medja 3,0 < Me ≤ 6,0 Togħma punġenti qawwija > 6,0 Żejt ibbilanċjat Il-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma punġenti jkunu mhux aktar minn 2,0 punti ogħla mill-punt medjan tat-togħma tal-frott Żejt ta’ togħma moderata Il-valur medjan tal-attribut tat-togħma morra u l-valur medjan tal-attribut tat-togħma punġenti huma 2,0 jew anqas.

ANNESS III Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 Dan ir-Regolament Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2105 ------ ------ Artikolu 1, il-punt (a) ------ ------ Artikolu 1 ------ ------ Artikolu 2(2) Artikolu 1(1) Artikolu 1, il-punt (b) u l-Artikolu 1(2) Artikolu 1(2) Artikolu 1, il-punt (b) Artikolu 2, l-ewwel paragrafu Artikolu 4(1) Artikolu 2, it-tieni paragrafu Artikolu 4(2) Artikolu 3, l-ewwel paragrafu Artikolu 6(1) Artikolu 3, it-tieni paragrafu, il-punti (a) sa (d) Artikolu 6(2), il-punti (a) sa (d) Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu Artikolu 8(1) Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 8(2) Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu - Artikolu 4(2) Artikolu 8(3) Artikolu 4(3) Artikolu 8(4) Artikolu 4(4) Artikolu 8(5) Artikolu 4(5), l-ewwel subparagrafu Artikolu 8(6) Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu Artikolu 8(7) Artikolu 4a Artikolu 7 Artikolu 4b Artikolu 5 Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) sa (d) Artikolu 10, il-punti (a) sa (d) Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, punt (e) Artikolu 11(1) u (2) Artikolu 5, it-tieni paragrafu - Artikolu 5a, l-ewwel paragrafu Artikolu 11(3) Artikolu 5a, it-tieni paragrafu Artikolu 11(4) Artikolu 5a, it-tielet paragrafu Artikolu 11(5) Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu Artikolu 12(1) Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 12(2) Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu Artikolu 3(3) Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu Artikolu 12(3) Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu Artikolu 12(4) Artikolu 6(3) Artikolu 12(5) - - Artikolu 12(6) Artikolu 6(4) - Artikolu 7 Artikolu 5(2) Artikolu 8(1) Artikolu 2(3) Artikolu 8(2) Artikolu 4(3) Artikolu 8(3) Artikolu 4(2) Artikolu 8(4) Artikolu 4(3) Artikolu 8a Artikoli 2(1) u 4(1) Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu Artikolu 13(1) Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 13(2) Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu ---- Artikolu 9(1), ir-raba’ subparagrafu ---- Artikolu 9(1), il-ħames subparagrafu ---- Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu Artikolu 6(1) Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) Artikolu 6(2), il-punti (a), (b) u (c) Artikolu 9(2), it-tielet subparagrafu Artikolu 9 ----- Artikolu 6(3) Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, is-sentenza tal-bidu Artikolu 14 Artikolu 10, l-ewwel paragrafu u l-punti (a) sa (d), u t-tieni paragrafu ----- Artikolu 10a Artikolu 14 Anness I - Anness II - Artikolu 1(1) Artikolu 2(1)(a) u 2(1)(b) Artikolu 1(2) Artikolu 2(1)(c) Artikolu 1(3) Artikolu 2(1)(d) Artikolu 1(4) Artikolu 2(1)(e) Artikolu 1(5) Artikolu 2(1)(f) Artikolu 1(6) Artikolu 2(1)(g) Artikolu 1(7) Artikolu 2(1)(h) ------- ------ Artikolu 2(2) ------- ------ Artikolu 3(1) u (2) Artikolu 2(1) Artikolu 7 Artikolu 2(1), il-punt (a) Anness I, il-punt 1 Artikolu 2(1), il-punt (b) Anness I, il-punt 2 Artikolu 2(1), il-punt (c) ----- Artikolu 2(1), il-punt (d) ----- Artikolu 2(1), il-punt (e) Anness I, il-punt 3 Artikolu 2(1), il-punt(f) Anness I, il-punt 4 Artikolu 2(1), il-punt (g) Anness I, il-punt 5 Artikolu 2(1), il-punt (h) ----- Artikolu 2(1), il-punt (i) Anness I, il-punt 6 Artikolu 2(1), il-punt (j) Anness I, il-punt 7 Artikolu 2(1), il-punt (k) Anness I, il-punt 8 Artikolu 2(1), il-punt (l) Anness I, il-punt 9 Artikolu 2(1), il-punt (m) Anness I, il-punt 10 Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu u parti mill-punt 9.4 tal-Anness XII Artikolu 10(1) Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu Artikolu 11(1) Artikolu 2(2), it-tielet subparagrafu Artikolu 11(2) - Artikolu 11(3) parti mill-punt 9.4 tal-Anness XII Artikolu 11(4) Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu Artikolu 3(1) Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu Artikolu 3(2) Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu Artikolu 9(2) Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu Artikolu 9(3) Artikolu 2(4), it-tielet subparagrafu Artikolu 9(4) Artikolu 2(5) Artikolu 9(5) Artikolu 2a(1) Artikolu 3(1) Artikolu 2a(2) Artikolu 3(3) Artikolu 2a(3) Artikolu 3(4) Artikolu 2a(4), l-ewwel subparagrafu Artikolu 3(5) Artikolu 2 a(4), it-tieni subparagrafu Artikolu 3(2) Artikolu 2a(5) Artikolu 9(1) Artikolu 3, l-ewwel paragrafu Artikolu 13(1) Artikolu 3, it-tieni paragrafu Artikolu 3(6) Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu Artikolu 10(1) Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 10(2) Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu Artikolu 10(3) Artikolu 4(2) Artikolu 10(4) Artikolu 4(3) - Artikolu 6(1) Artikolu 12(1) Artikolu 6(2) Artikolu 12(2) Artikolu 7 ---- Artikolu 7a, it-tieni paragrafu Artikolu 2(2) Artikolu 8(1) - Artikolu 8(2) Artikolu 14 Anness I Anness I Anness XII, il-punt 3.3 Anness II Anness Ia, minbarra l-punt 2.1 Anness II Anness Ia, il-punt 2.1 Artikolu 9(6) Anness Ib Anness III Anness III ---- Anness IV ---- Anness VII ---- Anness IX ---- Anness X ---- Anness XI ---- Anness XII, minbarra l-punt 3.3 u parti mill-punt 9.4 ---- Anness XV Anness IV Anness XVI ---- Anness XVII ---- Anness XVIII ---- Anness XIX ---- Anness XX ---- Anness XXI Anness V

Versions

  1. 2022-07-29