Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2123 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki tar-rekwiżiti nazzjonali ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2022-07-13from 2022-11-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/2123@2022-07-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Punt ta’ kuntatt
  3. Artikolu 2 Perjodu ta’ żmien
  4. Artikolu 3 Mudelli u sottomissjoni
  5. Artikolu 4 Dħul fis-seħħ
  6. ANNEX
  7. ANNESS I Mudell għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503
  8. TAQSIMA A Informazzjoni ġenerali
  9. TAQSIMA B Informazzjoni dwar il-liġijiet nazzjonali notifikati, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni
  10. ANNESS II Mudell għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503
  11. TAQSIMA A Informazzjoni ġenerali
  12. TAQSIMA B Informazzjoni dwar il- bidliet fil-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali notifikati applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(5) tiegħu,

Billi:

(1) Id-diverġenzi regolatorji bejn l-Istati Membri rigward ir-rekwiżiti nazzjonali dwar il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jistgħu joħolqu ostakli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv li joperaw madwar l-Unjoni. Formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-ESMA jiżguraw li l-pubblikazzjonijiet li għandhom isiru mill-ESMA skont l-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) 2020/1503 ikunu ċari u jnaqqsu l-inċertezza legali. Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar ta’ dawk in-notifiki u tiġi ffaċilitata l-ESMA biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) 2020/1503, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jinnotifikaw lill-ESMA, permezz ta’ indirizz iddedikat, f’perjodi ta’ żmien speċifiċi u bl-użu ta’ formoli u mudelli standard armonizzati.

(2) Sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tan-notifiki mill-ESMA, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw waħda miż-żewġ mudelli differenti, skont jekk jagħmlux notifika skont l-Artikolu 28(2) jew (3) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

(3) Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(4) L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li huma l-bażi ta’ dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta l-opinjoni tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Punt ta’ kuntatt

L-ESMA għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz elettroniku, li għandhom jintużaw għan-notifiki skont l-Artikolu 28(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2020/1503.

Artikolu 2 Perjodu ta’ żmien

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu n-notifika msemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 fi żmien xahrejn wara t-28 ta’ Novembru 2022.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu n-notifika msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503 qabel id-data tal-applikazzjoni fl-Istat Membru rilevanti tal-bidla li tkun qed tiġi nnotifikata.

Artikolu 3 Mudelli u sottomissjoni

1. Meta jagħmlu notifika skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2. Meta jagħmlu notifika skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu l-mudelli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 billi jużaw l-indirizz elettroniku pprovdut mill-ESMA skont l-Artikolu 1.

Artikolu 4 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS I Mudell għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503

TAQSIMA A Informazzjoni ġenerali

Data tan-notifika: MINGĦAND: Stat Membru: Awtorità kompetenti: Indirizz legali: Dettalji tal-persuna responsabbli għan-notifika:

Isem:

Telefon:

Indirizz Elettroniku:

TAQSIMA B Informazzjoni dwar il-liġijiet nazzjonali notifikati, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

Qasam Sottoqasam Deskrizzjoni 1 F’każ li notifika tinvolvi diversi miżuri nazzjonali, is-sottoqsma 1 sa 7 għandhom jiġu ripetuti u mimlija għal kull miżura nazzjonali notifikata. 1 Tip ta’ miżura nazzjonali Spjega jekk il-miżura nazzjonali notifikata hijiex liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva. 2 Titolu uffiċjali bil-lingwa oriġinali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali notifikata applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv 3 Traduzzjoni tat-titolu uffiċjali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva prevista fil-punt 2 f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali 4 Data tad-dħul fis-seħħ fis-sistema legali nazzjonali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva notifikati 5 Iperlink għat-taqsima rilevanti tas-sit web uffiċjali tal-Istat Membru li fiha t-test sħiħ tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali. 6 Traduzzjoni tat-titolu uffiċjali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali (f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali) 7 Informazzjoni addizzjonali (mhix obbligatorja)

ANNESS II Mudell għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2020/1503

TAQSIMA A Informazzjoni ġenerali

Data tan-notifika: MINGĦAND: Stat Membru: Awtorità kompetenti: Indirizz legali: Dettalji tal-persuna responsabbli għan-notifika: Isem: Telefon: Indirizz Elettroniku:

TAQSIMA B Informazzjoni dwar il- bidliet fil-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali notifikati applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

Qasam Sottoqasam Deskrizzjoni 1 Fil-każ li notifika tinvolvi bidliet multipli f’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali waħda, is-sottoqsma 1 sa 8 għandhom jimtlew darba u jinkludu l-bidliet kollha magħmula għal tali miżura nazzjonali. F’każ li notifika tinvolvi diversi miżuri nazzjonali, is-sottoqsma 1 sa 8 għandhom jiġu ripetuti u mimlija għal kull miżura nazzjonali notifikata. 1 Tip ta’ miżura nazzjonali Spjega jekk il-miżura nazzjonali notifikata li tbiddel il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali hijiex liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva. 2 Titolu uffiċjali bil-lingwa oriġinali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali notifikata applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv 3 Traduzzjoni tat-titolu uffiċjali tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva prevista fil-punt 2 f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali 4 Data tal-adozzjoni tal-liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ta’ att ieħor notifikat li jibdlu l-informazzjoni pprovduta inizjalment skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 5 Data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ta’ att ieħor notifikat li jbiddel l-informazzjoni pprovduta inizjalment skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 6 Iperlink għat-taqsima rilevanti tas-sit web uffiċjali tal-Istat Membru li fiha t-test sħiħ tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali jew att ieħor notifikat. 7 Sommarju tal-liġi, regolament, jew dispożizzjoni amministrattiva nazzjonali notifikata skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2020/1503 kif aġġornat wara l-bidliet innotifikati f’din il-formola (f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali) 8 Informazzjoni addizzjonali (mhix obbligatorja)

Versions

  1. 2022-07-13