Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/213 tat-8 ta’ Frar 2022 dwar il-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Luxembourg (IĠP)

In forceVersion 2022-02-08from 2022-03-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/213@2022-02-08/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 54(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 jipprevedi li l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tapplika mutatis mutandis għall-kanċellament ta’ reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2) L-applikazzjoni li bagħat il-Lussemburgu biex jikkanċella r-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Lussemburgu ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014.

(3) Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-isem Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Lussemburgu (IĠP) jenħtieġ li jiġi kkanċellat mir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti.

(4) Skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, tali kanċellament jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ta’ dak ir-Regolament.

(5) Il-miżura prevista f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-reġistrazzjoni tal-isem Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Lussemburgu (IĠP) hija b’dan ikkanċellata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2022-02-08