Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2425 tal-5 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Malta skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (notifikata bid-dokument C(2022) 8743) (It-testi bl-Ingliż u bil-Malti biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/2425@2022-12-05/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA Effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza
- QASAM EWLIENI TAl-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT Effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali
- QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ Dewmien medju tal-ATFM en route f’minuti għal kull titjira
- QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA Kost unitarju determinat għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3), il-punt (c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta’ prestazzjoni, fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (FABs), li għandhom jinkludu miri vinkolanti tal-prestazzjoni għal kull perjodu referenzjarju tal-iskema tal-prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-miri tal-prestazzjoni jridu jkunu konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha adottati mill-Kummissjoni għall-perjodu referenzjarju kkonċernat.
(2) Il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju (RP3) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903. Minħabba li dawk il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u l-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni tal-RP3 sussegwentement mressqin f’Ottubru 2019 mill-Istati Membri tfasslu qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 f’Marzu 2020, dawn ma qisux it-tnaqqis konsiderevoli fit-traffiku tal-ajru minħabba l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi biex jikkontrollaw il-pandemija.
(3) B’rispons għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ġew stabbiliti miżuri eċċezzjonali għall-RP3, li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627. Fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 li tistabbilixxi miri ta’ prestazzjoni riveduti għall-Unjoni kollha għall-RP3. Abbażi ta’ dan, f’Ottubru 2021, l-Istati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni li fihom miri ta’ prestazzjoni lokali riveduti għall-RP3.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/728 ġiet indirizzata lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lil Franza, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lir-Rumanija u lill-Iżvezja. F’dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza en route inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni għall-RP3 ta’ Malta mhumiex konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha u ħarġet rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta’ dawk il-miri.
(5) Bi tweġiba għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, li bdiet fl-24 ta’ Frar 2022, l-Unjoni imponiet miżuri restrittivi li jipprojbixxu lit-trasportaturi tal-ajru Russi, lil kwalunkwe inġenju tal-ajru rreġistrat fir-Russja u lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li ma huwiex irreġistrat fir-Russja li huwa proprjetà jew mikri b’lokazzjoni, jew inkella kkontrollat minn kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiku jew ġuridiku Russu milli jinżel u jitlaq minn territorju tal-Unjoni jew itir minn fuqu. Dawk il-miżuri restrittivi u l-kontromiżuri adottati mir-Russja wasslu għal bidliet fit-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru Ewropew. Ċerti Stati Membri ġew affettwati serjament minn tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ titjiriet fuq l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Madankollu, fil-livell tal-Unjoni kollha, l-impatt osservat fuq l-għadd ta’ titjiriet kien limitat b’kuntrast mat-tnaqqis qawwi tat-traffiku tal-ajru madwar l-Ewropa li rriżulta mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19.
(6) Fit-13 ta’ Lulju 2022, Malta ressqet abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni għall-RP3 (l-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni) għall-valutazzjoni lill-Kummissjoni.
(7) Il-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni, li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, ressaq rapport lill-Kummissjoni li fih il-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni.
(8) F’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni lokali li hemm fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni ta’ Malta abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali. Fir-rigward ta’ kull qasam ewlieni tal-prestazzjoni u l-miri tal-prestazzjoni relatati, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha billi rrieżaminat l-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(9) It-tbassir tat-traffiku bażi tas-Servizz tal-Istatistika u tat-Tbassir tal-Eurocontrol (STATFOR) ippubblikat f’Ġunju 2022 iqis iċ-ċirkostanzi mibdula msemmija fil-Premessa (5). Abbażi ta’ dak it-tbassir, il-Kummissjoni tinnota li mhuwiex previst li Malta tesperjenza bidliet avversi fit-traffiku matul l-RP3 bħala riżultat tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna.
(10) Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri mressqin minn Malta rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANSPs) abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.
(11) Il-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza lokali proposti minn Malta fir-rigward tal-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassmin skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej: Malta Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza 2022 2023 2024 Miri għall-Unjoni kollha (2024) MATS Politika u objettivi tas-sikurezza C C D C Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza C C D D Assigurazzjoni tas-sikurezza C C D C Promozzjoni tas-sikurezza C C D C Kultura tas-sikurezza C C C C
(12) Il-miri tas-sikurezza proposti minn Malta għall-MATS huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha u għall-2024, saħansitra jisbqu l-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fl-oqsma ta’ politika u objettivi tas-sikurezza, assigurazzjoni tas-sikurezza, u promozzjoni tas-sikurezza.
(13) Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Malta jistabbilixxi miżuri għall-MATS biex jintlaħqu l-miri tas-sikurezza lokali, bħall-introduzzjoni ta’ ċentru tal-operazzjonijiet tas-sigurtà u ċentru tal-operazzjonijiet tan-network, l-implimentazzjoni ta’ software ġdid tas-sikurezza, ir-reklutaġġ ta’ speċjalisti taċ-ċibersigurtà biex itejbu l-ġestjoni tar-riskju, u t-taħriġ tal-persunal biex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tat-tibdil stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373.
(14) Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-Premessi (11) u (13), u meta jitqies li l-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza mal-Unjoni kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891 għandhom jintlaħqu sal-aħħar sena tal-RP3, jiġifieri l-2024, jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni rivedut ta’ Malta jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza.
(15) Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri mressqin minn Malta rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri proposti li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni rivedut ta’ Malta tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti tal-effiċjenza tat-titjir orizzontali en route stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (ERNIP) disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għall-RP3, jiġifieri fit-2 ta’ Ġunju 2021.
(16) Dwar is-sena 2020, il-mira tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-RP3 fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, li inizjalment ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903, qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ma ġietx riveduta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891, meta wieħed iqis li l-perjodu għall-applikazzjoni ta’ dik il-mira kien skada u li għalhekk l-implimentazzjoni tagħha kienet saret definittiva u ma ħalliet l-ebda possibbiltà għal aġġustamenti retroattivi. Bl-istess mod, il-miri tal-prestazzjoni ambjentali lokali għas-sena 2021 stabbiliti mill-Istati Membri fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni mressqa f’Ottubru 2021 ma setgħux jiġu modifikati b’mod retroattiv fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni riveduti. Għalhekk, jenħtieġ li l-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni tal-ambjent lokali tiġi vvalutata mal-miri tal-prestazzjoni korrispondenti mal-Unjoni kollha fir-rigward tas-snin 2022, 2023 u 2024.
(17) Il-miri tal-prestazzjoni fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent proposti minn Malta u l-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għall-RP3 mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej: Malta 2022 2023 2024 Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali 1,80 % 1,80 % 1,80 % Valuri referenzjarji 1,80 % 1,80 % 1,80 %
(18) Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-ambjent proposti minn Malta huma ugwali għall-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja mill-2022 sal-2024.
(19) Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni, Malta ppreżentat miżuri għall-ilħuq tal-miri tal-ambjent lokali li jinkludu l-implimentazzjoni tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi ’l fuq mil-livell 195 tat-titjir, id-disinn ta’ żona ġdida ta’ kontroll tat-terminal, u proċeduri ġodda tal-wasla u tat-tluq.
(20) Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-Premessi (17) sa (19), jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni ta’ Malta jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent.
(21) Fir-rigward tal-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri mressqin minn Malta rigward id-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM) en route għal kull titjira ġie vvalutat abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri proposti li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni ta’ Malta tqabblu mal-valuri referenzjarji rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għall-RP3, fit-2 ta’ Ġunju 2021.
(22) Dwar is-sena 2020, il-mira tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għall-RP3 fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, li inizjalment ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903, qabel it-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, ma ġietx riveduta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891, meta wieħed iqis li l-perjodu għall-applikazzjoni ta’ dik il-mira kien skada u li għalhekk l-implimentazzjoni tagħha kienet saret definittiva u ma ħalliet l-ebda possibbiltà għal aġġustamenti retroattivi. Bl-istess mod, il-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali għas-sena 2021 stabbiliti mill-Istati Membri fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni mressqin f’Ottubru 2021 ma setgħux jiġu modifikati b’mod retroattiv fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni riveduti. Għalhekk, jenħtieġ li l-konsistenza tal-miri tal-prestazzjoni tal-kapaċità lokali tiġi vvalutata mal-miri tal-prestazzjoni korrispondenti mal-Unjoni kollha fir-rigward tas-snin 2022, 2023 u 2024.
(23) Il-miri tal-kapaċità en route proposti minn Malta għall-RP3, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, kif ukoll il-valuri referenzjarji korrispondenti mill-Pjan Operazzjonali tan-Network huma kif ġej: Malta 2022 2023 2024 Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira 0,01 0,01 0,01 Valuri referenzjarji 0,01 0,01 0,01
(24) Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità proposti minn Malta huma ugwali għall-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għal kull sena mill-2022 sal-2024.
(25) Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, Malta ppreżentat miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità lokali en route. Dawk il-miżuri jinkludu żieda fl-għadd ta’ ekwivalenti full-time tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru sa tmiem l-RP3 u l-implimentazzjoni tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi.
(26) Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-Premessi (23) sa (25), jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni ta’ Malta jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità.
(27) Fir-rigward tal-ajruporti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha tal-miri tal-kapaċità en route billi jiġu riveduti l-miri tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal f’konformità mal-punt 2.1.(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Ma nstabx li dawk l-abbozzi tal-miri jqajmu tħassib fir-rigward ta’ Malta.
(28) Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miri tal-kosteffiċjenza en route inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni ta’ Malta ppreżentat fl-2021 kienu inkonsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha. Malta pproponiet miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route bħala parti mill-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni tagħha.
(29) It-tabella ta’ hawn taħt turi l-miri inizjali ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza en route tal-RP3 għaż-żona tal-imposti ta’ Malta, kif jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, u l-miri tal-prestazzjoni riveduti korrispondenti li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni ppreżentat fl-2022. Żona tal-imposti en route ta’ Malta Valur bażi tal-2014 Valur bażi tal-2019 2020 - 2021 2022 2023 2024 Il-miri inizjali tal-kosteffiċjenza en route (li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021), espressi bħala kost unitarju ddeterminat en route (f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017) 21,50 EUR 22,98 EUR 44,08 EUR 31,85 EUR 24,83 EUR 24,85 EUR Miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route (li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni), espressi bħala kost unitarju ddeterminat en route (f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017) 21,50 EUR 22,98 EUR 44,08 EUR 27,44 EUR 21,61 EUR 22,09 EUR
(30) Il-Kummissjoni tosserva li Malta rrevediet il-miri tal-kosteffiċjenza lokali tagħha għall-perjodu ta’ żmien mill-2022 sal-2024, li meta mqabbel mal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021, jirriżulta f’kost unitarju determinat kumplessiv (DUC) aktar baxx b’12,3 % matul dawk it-tliet snin u aktar baxx b’8,7 % matul l-RP3 kollu kemm hu. Dak it-tnaqqis tad-DUC jirriżulta kemm mis-suppożizzjonijiet aġġornati tat-traffiku użati fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għal kull sena mill-2022 sal-2024 kif ukoll mir-reviżjoni ’l isfel tal-kostijiet determinati espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017.
(31) Il-bidliet fit-tbassir tat-traffiku għal kull sena mill-2022 sal-2024 huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-Kummissjoni tinnota li t-tbassir tat-traffiku użat fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni huwa bbażat fuq it-tbassir bażi tat-traffiku ta’ STATFOR tal-Eurocontrol ta’ Ġunju 2022. Żona tal-imposti en route ta’ Malta 2022 2023 2024 Tbassir inizjali tat-traffiku (li jinsab fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021), espress f’eluf ta’ unitajiet ta’ servizzi en route 714 957 1002 Tbassir aġġornat tat-traffiku (li jinsab fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni), espress f’eluf ta’ unitajiet ta’ servizzi en route 811 1006 1044 Differenza +13,6 % +5,1 % +4,3 %
(32) Il-kostijiet determinati riveduti għall kull sena mill-2022 sal-2024, espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017, huma murija fit-tabella ta’ hawn taħt. Żona tal-imposti en route ta’ Malta 2022 2023 2024 Kostijiet determinati inizjali f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017 (inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021) 23 M EUR 24 M EUR 25 M EUR Kostijiet determinati riveduti f’termini reali fil-prezzijiet tal-2017 (inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni) 22 M EUR 22 M EUR 23 M EUR Differenza -2,2 % -8,5 % -7,4 %
(33) L-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jinkludi prospettiva aġġornata tal-inflazzjoni għal Malta għal kull sena kalendarja mill-2022 sal-2024, kif deskritt fit-tabella ta’ hawn taħt. Żona tal-imposti en route ta’ Malta 2022 2023 2024 Indiċi tal-inflazzjoni inizjali, bil-bidla mbassra minn sena għal sena fl-inflazzjoni fil-parentesi (data li tinsab fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021) 106,7 (1,8 %) 108,8 (2,0 %) 111,0 (2,0 %) Indiċi tal-inflazzjoni rivedut, b’bidla minn sena għal sena fl-inflazzjoni fil-parentesi (data li tinsab fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni) 109,7 (4,7 %) 112,8 (2,8 %) 115,1 (2,1 %)
(34) Minħabba l-aġġornament tal-prospettiva tal-inflazzjoni, il-kostijiet iddeterminati riveduti f’termini nominali għas-sena 2022 baqgħu fil-biċċa l-kbira l-istess. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li Malta rrevediet ’l isfel il-kostijiet iddeterminati nominali għas-snin 2023 u 2024. Żona tal-imposti en route ta’ Malta 2022 2023 2024 Kostijiet determinati inizjali f’termini nominali (inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat fl-2021) 24 M EUR 25 M EUR 27 M EUR Kostijiet determinati riveduti f’termini nominali (inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni) 24 M EUR 24 M EUR 26 M EUR Differenza -0,2 % -5,8 % -4,5 %
(35) Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri riveduti tal-kosteffiċjenza proposti għaż-żona tal-imposti en route ta’ Malta abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.
(36) Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -1,0 % matul l-RP3 tisboq ix-xejra mal-Unjoni kollha ta’ +1,0 % matul l-istess perjodu. Il-Kummissjoni tinnota li dan jikkostitwixxi titjib mix-xejra tad-DUC ta’ +2,0 % ikkalkolata abbażi tal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq fl-2021.
(37) Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti matul it-tieni perjodu ta’ referenza (RP2) u l-RP3 ta’ +0,3 % hija anqas tajba mix-xejra fit-tul mal-Unjoni kollha ta’ -1,3 % matul l-istess perjodu. Il-Kummissjoni tinnota li dan, madankollu, jikkostitwixxi titjib mix-xejra fit-tul tad-DUC ta’ +1,6 % ikkalkolata abbażi tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat fl-2021.
(38) Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur ta’ bażi tad-DUC ta’ EUR 22,98 ta’ Malta f’EUR2017 huwa 19,7 % inqas mill-valur ta’ bażi medju ta’ EUR 28,64 fl-2017 tal-grupp komparatur rilevanti.
(39) Kif speċifikat fil-Premessa (36), il-miri tal-kosteffiċjenza riveduti ta’ Malta jirriżultaw f’xejra tad-DUC matul l-RP3 li tisboq b’mod sinifikanti x-xejra korrispondenti mal-Unjoni kollha u turi tnaqqis tad-DUC matul il-perjodu referenzjarju. Barra minn hekk, b’referenza għall-Premessa (38), Malta turi prestazzjoni tajba tal-kosteffiċjenza fir-rigward tal-valur ta’ bażi tagħha għall-2019, li huwa ferm aktar baxx mill-medja korrispondenti tal-grupp komparatur. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li Malta rrevediet ’l isfel il-kostijiet iddeterminati għall-RP3 kemm f’termini reali kif ukoll nominali, filwaqt li qed tippjana li sservi traffiku addizzjonali abbażi tal-previżjoni tat-traffiku aġġornata għall-RP3. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-devjazzjoni mix-xejra tad-DUC fit-tul mal-Unjoni kollha osservata fil-premessa (37) ma tipprekludix l-istabbiliment ta’ konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza mal-Unjoni kollha fir-rigward ta’ Malta.
(40) Wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li Malta indirizzat b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728.
(41) Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-Premessi (29) sa (40), jenħtieġ li l-miri proposti inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni ta’ Malta jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza.
(42) Fir-rigward tal-ajruporti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkomplementat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozzi tal-miri tal-kosteffiċjenza en route bir-rieżami tal-abbozzi tal-miri tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal f’konformità mal-punt 2.1(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.
(43) Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, il-Kummissjoni qajmet tħassib dwar il-miri tal-kosteffiċjenza fit-terminal proposti minn Malta fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni ppreżentat fl-2021, u qieset li Malta jenħtieġ li tiġġustifika aktar dawk il-miri jew tirrevedihom ’l isfel. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li Malta, għall-kuntrarju, irrevediet dawk il-miri ’l fuq, ħlief għas-sena 2023, mingħajr ma pprovdiet ġustifikazzjonijiet relatati.
(44) Il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC fit-terminal ta’ Malta ta’ +5,0 % matul l-RP3 għadha ogħla mix-xejra tad-DUC en route ta’ -1,0 % matul l-RP3 u għadha ogħla mix-xejra reali tad-DUC fit-terminal ta’ + 0,6 % osservata matul l-RP2. Barra minn hekk, ix-xejra tad-DUC fit-terminal RP3 marret għall-agħar meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni ppreżentat fl-2021, li fih ġiet osservata xejra tad-DUC fit-terminal ta’ +4,3 %.
(45) Abbażi tas-sejbiet fil-Premessi (43) u (44), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri riveduti tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza fit-terminal ta’ Malta għadhom iqajmu tħassib. Għalhekk, il-Kummissjoni ttenni l-fehma tagħha, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/728, li Malta jenħtieġ li tirrevedi ’l isfel dawk il-miri jew tipprovdi ġustifikazzjonijiet adegwati għal dawk il-miri, inkluż għaż-żidiet addizzjonali fil-kostijiet applikati fis-snin 2022 u 2024. Il-Kummissjoni tistieden lil Malta tindirizza din l-osservazzjoni b’rabta mal-adozzjoni tal-pjan tal-prestazzjoni finali tagħha f’konformità mal-Artikolu 16, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.
(46) F’konformità mal-punt 2.1(f) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, b’rabta mal-valutazzjoni tal-miri tal-kapaċità lokali, il-Kummissjoni rrieżaminat l-iskemi ta’ inċentivi li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni ta’ Malta. Il-Kummissjoni eżaminat, b’mod partikolari, jekk dawk l-iskemi ta’ inċentivi jissodisfawx ir-rekwiżiti sostantivi stabbiliti fl-Artikolu 11(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Il-Kummissjoni tinnota li Malta ma għamlet l-ebda bidla f’dawk l-iskemi ta’ inċentivi meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni ppreżentat fl-2021.
(47) Fir-rigward tal-iskemi ta’ kapaċità fit-terminal en route proposti minn Malta, abbażi tal-parir espert ipprovdut mill-korp ta’ rieżami tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha dubji kbar dwar jekk l-iżvantaġġi finanzjarji massimi proposti, li jammontaw għal 0,5 % u għal 0,25 % tal-kostijiet determinati rispettivament, humiex se jkollhom xi impatt materjali fuq id-dħul f’riskju, kif meħtieġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.
(48) Għalhekk, jenħtieġ li l-Malta tirrevedi, b’rabta mal-adozzjoni tal-pjan tal-prestazzjoni finali tagħha f’konformità mal-Artikolu 16, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, l-iskemi ta’ inċentivi tagħha għall-ilħuq tal-miri tal-kapaċità en route u fit-terminal sabiex l-iżvantaġġi finanzjarji massimi li jirriżultaw minn dawk l-iskemi ta’ inċentivi jiġu stabbiliti f’livell li jkollu impatt materjali fuq id-dħul f’riskju, kif meħtieġ b’mod dirett skont l-Artikolu 11(3), il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, li fil-fehma tal-Kummissjoni jenħtieġ li jwassal għal żvantaġġ finanzjarju massimu li jkun daqs jew ogħla minn 1 % tal-kostijiet determinati.
(49) Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Malta huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-miri tal-prestazzjoni li jinsabu fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni mressaq minn Malta, skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, u elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/891.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2022. Għall-Kummissjoni Adina Vălean Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS Miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, imressqa mil-Litwanja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li nstabu li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tielet perjodu referenzjarju
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA Effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza
Malta Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza 2022 2023 2024 MATS Politika u objettivi tas-sikurezza C C D Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza C C D Assigurazzjoni tas-sikurezza C C D Promozzjoni tas-sikurezza C C D Kultura tas-sikurezza C C C
QASAM EWLIENI TAl-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT Effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali
Malta 2022 2023 2024 Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali 1,80 % 1,80 % 1,80 %
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ Dewmien medju tal-ATFM en route f’minuti għal kull titjira
Malta 2022 2023 2024 Miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira 0,01 0,01 0,01
QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA Kost unitarju determinat għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route
Żona tal-imposti en route ta’ Malta Valur bażi tal-2014 Valur bażi tal-2019 2020 - 2021 2022 2023 2024 Miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route, espressi bħala kost unitarju determinat en route (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2017) 21,50 EUR 22,98 EUR 44,08 EUR 27,44 EUR 21,61 EUR 22,09 EUR