Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2440 tat-12 ta' Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/2440@2022-12-12/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fit-28 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.
(2) Fit-13 ta' Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208, li stabbiliet qafas ġdid li jippermetti miżuri restrittivi addizzjonali kontra individwi u entitajiet responsabbli għat-theddid tal-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali, jew għat-tfixkil jew l-imminar tat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.
(3) Fuq il-bażi ta' rieżami tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 1a(1) u l-Artikolu 2a, (1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-14 ta' Diċembru 2023 u li d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni għall-ħames persuni inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 jiġu emendati.
(4) Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) fl-Artikolu 6(2), fl-ewwel sentenza, id-data 14 ta’ Diċembru 2022 hija sostitwita bid-data 14 ta’ Diċembru 2023;:
(2) L-Anness II huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022. Għall-Kunsill Il-President J. Borrell Fontelles
ANNEX
ANNESS
L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS II A.
Lista ta' persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 1a(1) Isem Informazzjoni ta' Identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. DIAW, Malick Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2.12.1979 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Kurunell Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 (Karta tat-Tranżizzjoni) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. 4.2.2022 2. WAGUÉ, Ismaël Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2.3.1975 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw. Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f'idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP). Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021 u n-nuqqas ta' qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li huwa wieħed mill-missjonijiet tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. 4.2.2022 3. MAÏGA, Choguel Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali Data tat-twelid: 31.12.1958 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku Nru DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Prim Ministru Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta' Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta' stat tal-24 ta' Mejju 2021. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, f'Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, jiġifieri aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta' Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 4. MAÏGA, Ibrahim Ikassa Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali Data tat-twelid: 5.2.1971 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riformi u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, li hija aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 5. DIARRA, Adama Ben (magħruf ukoll bħala Ben Le Cerveau) Post tat-twelid: Kati, Mali Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali) Adama Ben Diarra, magħruf bħala Camarade Ben Le Cerveau, huwa wieħed mill-mexxejja żgħażagħ tal-M5-RFP (Mouvement du 5 Juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Adama Ben Diarra huwa wkoll il-mexxej ta' Yéréwolo, li hija l-organizzazzjoni prinċipali li tappoġġa lill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni, u membru tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) mit-3 ta' Diċembru 2021. Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dakid-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni. Adama Ben Diarra ppromwova u appoġġa b'mod attiv l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali waqt manifestazzjonijiet politiċi u fuq in-networks soċjali, filwaqt li ddikjara li l-estensjoni ta' ħames snin tal-perijodu ta' tranżizzjoni deċiż mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni wara l-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) kienet aspirazzjoni profonda tal-poplu ta' Mali. Għall-kuntrarju tal-iskeda tar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni, bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, li hija aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Adama Ben Diarra) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Adama Ben Diarra qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022
B.
Lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2a(1). Isem Informazzjoni ta' Identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. DIAW, Malick Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2.12.1979 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Kurunell Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 (Karta tat-Tranżizzjoni) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. 4.2.2022 2. WAGUÉ, Ismaël Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2.3.1975 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw. Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f'idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP). Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021 u n-nuqqas ta' qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li huwa wieħed mill-missjonijiet tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. 4.2.2022 3. MAÏGA, Choguel Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali Data tat-twelid: 31.12.1958 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku Nru DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Prim Ministru Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta' Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta' stat tal-24 ta' Mejju 2021. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, f'Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, jiġifieri aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta' Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 4. MAÏGA, Ibrahim Ikassa Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali Data tat-twelid: 5.2.1971 Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga. Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riformi u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, li hija aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 5. DIARRA, Adama Ben (magħruf ukoll bħala Ben Le Cerveau) Post tat-twelid: Kati, Mali Nazzjonalità: Maljana Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa Ġeneru: raġel Pożizzjoni: Membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali) Adama Ben Diarra, magħruf bħala Camarade Ben Le Cerveau, huwa wieħed mill-mexxejja żgħażagħ tal-M5-RFP (Mouvement du 5 Juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Adama Ben Diarra huwa wkoll il-mexxej ta' Yéréwolo, li hija l-organizzazzjoni prinċipali li tappoġġa lill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni, u membru tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) mit-3 ta' Diċembru 2021. Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dakid-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta' Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta' Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta' Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f'kontradizzjoni mal-Karta ta' Tranżizzjoni. Adama Ben Diarra ppromwova u appoġġa b'mod attiv l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali waqt manifestazzjonijiet politiċi u fuq in-networks soċjali, filwaqt li ddikjara li l-estensjoni ta' ħames snin tal-perijodu ta' tranżizzjoni deċiż mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni wara l-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) kienet aspirazzjoni profonda tal-poplu ta' Mali. Għall-kuntrarju tal-iskeda tar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni, bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. F'Ġunju 2022, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta lill-ECOWAS skeda riveduta li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Marzu 2024, li hija aktar minn sentejn wara l-iskadenza stabbilita fil-Karta ta' Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Adama Ben Diarra) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta' Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Adama Ben Diarra qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022.