Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2514 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 717/2014 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu

In forceVersion 2022-12-14from 2022-12-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/2514@2022-12-14/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1) Fl-2019, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-istrumenti settorjali applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura sa mill-adozzjoni tagħhom fl-2014-2015, inkluż ir-Regolament tal-Kumissjoni (UE) Nru 717/2014, bil-ħsieb li temendahom jew tħassarhom għall-perjodu 2021-2027. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni wrew li r-Regolament (UE) Nru 717/2014 jibqa’ għodda rilevanti, effiċjenti u effettiva, b’mod partikolari biex jippermetti lill-Istati Membri jittrattaw malajr l-impatti negattivi fuq perjodu qasir ta’ żmien li jirriżultaw minn sitwazzjonijiet mhux mistennija li jistgħu jipperikolaw il-prestazzjoni ekonomika tal-operaturi vijabbli kif ukoll l-impjiegi.

(2) Fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija fil-premessa (1) u wkoll biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu ammonti żgħar ta’ għajnuna sakemm jiġi adottat ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/2008 estenda l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 717/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(3) Wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat fl-11 ta’ Marzu 2022 u fid-9 ta’ Settembru 2022, u fid-dawl tal-preżentazzjonijiet li waslu fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni kompliet ir-riflessjoni tagħha dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-emenda tar-Regolament (UE) Nru 717/2014.

(4) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiffinalizza l-pożizzjoni tagħha dwar il-kwistjoni u tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu ammonti żgħar ta’ għajnuna f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 717/2014, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023 u sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(5) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna de minimis mingħajr ebda interruzzjoni, hemm bżonn li dan ir-Regolament jidħol b’urġenza.

(6) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 717/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 717/2014, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2023..

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2022-12-14