Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2543 tal-21 ta’ Diċembru 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

In forceVersion 2022-12-21from 2022-12-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/2543@2022-12-21/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK, u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2) Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-627/20, jenħtieġ li titħassar l-entrata għal entità elenkata.

(3) Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022. Għall-Kunsill Il-President M. Bek

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)), Parti B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:

1. Libyan Arab African Investment Company — LAAICO (magħrufa wkoll bħala LAICO).

Versions

  1. 2022-12-21