Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/408@2022-03-10/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.
(2) Fuq il-bażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-informazzjoni li tikkonċerna 37 individwu u sitt entitajiet fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li tiġi emendata.
(3) Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2022. Għall-Kunsill Il-President J.-Y. Le Drian
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
Persuni Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 4. Denis Valentinovich BEREZOVSKIY (Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ) Denys Valentynovych BEREZOVSKYY (Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.7.1974 Post tat-twelid: Kharkiv, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna) Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali Ukrena fl-1 ta’ Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, u b’hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna. Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015. Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Paċifiku tal-Federazzjoni Russa u Viċi Ammirall. 17.3.2014 8. Sergey Pavlovych TSEKOV (Сергей Павлович ЦЕКОВ) Serhiy Pavlovych TSEKOV (Сергiй Павлович ЦЕКОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953 Post tat-twelid: Simferopol, l-Ukrajna Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma’ Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f’dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja. Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea mill-2014, maħtur mill-ġdid f’Settembru 2019. Membru tal-Kunsill tal-Kumitat Federali għall-Affarijiet Barranin. 17.3.2014 17. Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 30.7.1970 Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kienet Leningrad), il-Federazzjoni Russa Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b’appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna. Eks Viċi President u eks membru tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali. Membru tal-Presidju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit Russja Magħquda. 17.3.2014 19. Aleksandr Viktorovich VITKO (Александр Викторович ВИТКО) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 13.9.1961 Post tat-twelid: Vitebsk, RSS Belarussa (illum il-Belarussja) Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. Eks Kap tal-Persunal u kien l-Ewwel Viċi Kap Kmandant tal-Forza Navali Russa. 17.3.2014 27. Alexander Mihailovich NOSATOV (Александр Михайлович НОСАТОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 27.3.1963 Post tat-twelid: Sevastopol, RSS Ukrena (illum l--Ukrajna) Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. Attwalment Ammirall, Kap tal-Persunal Ewlieni tal-Flotta Navali Russa. 21.3.2014 32. Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK (Игорь Николаевич ТУРЧЕНЮК) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 5.12.1959 Post tat-twelid: Osh, RSS Kirgiża (illum il-Kirgiżistan) Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, annessa illegalment, (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment milizzji lokali għall-awtodifiża). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Kap tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Gwardja Nazzjonali Russa. 21.3.2014 37. Sergei Ivanovich MENYAILO (Сергей Иванович МЕНЯЙЛО) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 22.8.1960 Post tat-twelid: Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR (illum il-Federazzjoni Russa) Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol. Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana mid-19 ta’ Settembru 2021. 29.4.2014 38. Olga Fyodorovna KOVITIDI (Ольга Фёдоровна КОВИТИДИ) Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 7.5.1962 Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa mill-2014, maħtura mill-ġdid fl-2019. Membru tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġiżlazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat. 29.4.2014 50. Vladimir Anatolievich SHAMANOV (Владимир Анатольевич ШАМАНОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.2.1957 Post tat-twelid: Barnaul, il-Federazzjoni Russa Eks Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta’ awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea. Eks President tal-Kumitat ta’ Difiża tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma tal-Istat, Kumitat għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili. 12.5.2014 60. Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA (Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ) Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 18.3.1980 Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta’ Voroshilovgrad, RSS Ukrena jew Yevpatoria, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna) Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Eks Prosekutriċi tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea. Implimentat b’mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja. Eks Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, membru tal-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni tal-interferenza barranija fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa, membru tal-Kumitat għas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Għandha pożizzjoni ta’ Ambaxxatriċi fil-korpi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa. 12.5.2014 62. Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич БОРОДАЙ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 25.7.1972 Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa Kien l-hekk imsejjaħ Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet governattivi separatisti tal-hekk imsejjaħ gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (eż. fit-8 ta’ Lulju 2014 iddikjara li l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-faxxisti Ukreni), firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-unjoni ta’ Novorossiya. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti; imexxi l-Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbas. President tal-Bord tal-Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbass. Involut b’mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-voluntiera mibgħuta jiġġieldu f’Donbas. Membru tad-Duma tal-Istat minn Settembru 2021. F’Ottubru 2021 iddikjara li l-forzi separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna huma forzi Russi. 12.7.2014 65. Alexander KHRYAKOV Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич ХРЯКОВ) Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр Вiталiйович ХРЯКОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 6.11.1958 Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna L-hekk imsejjaħ eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ Kunsill tal-Poplu tal-Kumitat dwar il-Baġit, il-Finanzi u l-Politika Ekonomika tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. Għadu attiv fl-appoġġ tal-azzjonijiet separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna. 12.7.2014 66. Marat Faatovich BASHIROV (Марат Фаатович БАШИРОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 20.1.1964 Post tat-twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa L-hekk imsejjaħ eks Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk, ikkonfermat fit-8 ta’ Lulju 2014. Responsabbli għall-attivitajiet governattivi separatisti tal-hekk imsejjaħ gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. Attwalment xjentist politiku fl-Istitut tal-Ġestjoni tal-Komunikazzjoni u Direttur taċ-Ċentru għall-Istudju tal-Problemi tar-Reġimi Internazzjonali ta’ Sanzjonijiet. Ikompli b’attivitajiet ta’ appoġġ għal strutturi separatisti tal-hekk imsejjaħ gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. 12.7.2014 77. Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.12.1950 Post tat-twelid: Vladivostok, il-Federazzjoni Russa Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa għadu president tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda u rappreżentant plenipotenzjarju tal-Federazzjoni Russa fil-Grupp ta’ Kuntatt dwar is-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-intrapriża tal-Istat Tactical Missiles Corporation JSC. 25.7.2014 79. Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV (Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 10.7.1981 Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), il-Federazzjoni Russa Eks Membru tad-Duma tal-Istat. Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-ambaxxata de facto tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk f’Moska, jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ. Mid-19 ta’ Settembru 2021, Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai. Mis-6 ta’ Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja. 25.7.2014 84. Fyodor Dmitrievich BEREZIN (Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН) Fedir Dmytrovych BEREZIN (Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 7.2.1960 Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna L-hekk imsejjaħ eks viċi Ministru għad-difiża tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. Huwa assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Membru tal-hekk imsejjaħ Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR. 25.7.2014 98. Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович РУДЕНКО) Myroslav Volodymyrovych RUDENKO (Мирослав Володимирович РУДЕНКО) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 21.1.1983 Post tat-twelid: Debaltsevo, l-Ukrajna Assoċjat mal-Milizzja tal-Poplu ta’ Donbass. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-Kumitat dwar l-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura tal-hekk imsejjaħ Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. 12.9.2014 108. Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 11.8.1949 Post tat-twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, Federazzjoni Russa Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol. Eks kap tar-Repubblika ta’ Dagestan. Eks Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma tal-Istat u mexxej tal-fazzjoni Russja Magħquda fid-Duma tal-Istat. 12.9.2014 114. Igor Vladimirovich LEBEDEV (Игорь Владимирович ЛЕБЕДЕВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 27.9.1972 Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol. 12.9.2014 119. Alexander Mikhailovich BABAKOV (Aлександр Михайлович БАБАКОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 8.2.1963 Post tat-twelid: Chisinau, RSS Moldovana (illum ir-Repubblika tal-Moldova) Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin. Huwa membru prominenti ta’ Russja Magħquda u negozjant b’investimenti kbar fl-Ukrajna u fil-Krimea. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol. Wara l-amalgamazzjoni tal-partiti politiċi – Russja Ġusta, Għall-Verità, u Patrijotti tar-Russja, Babakov sar is-Segretarju tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-entità amalgamata. Membru tad-Duma tal-Istat, membru tal-Kummissjonijiet dwar l-Enerġija, l-appoġġ għall-SMEs, l-Affarijiet tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti (CIS), l-integrazzjoni Ewro-Asjatika u l-appoġġ għall-kompatrijotti. 12.9.2014 121. Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV) (Олег Константинович АКИМОВ) Oleh Kostiantynovych AKIMOV (Олег Костянтинович АКIМОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.9.1981 Post tat-twelid: Luhansk, l-Ukrajna Deputat tal-Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk fil-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa elezzjonijiet tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Eks Kap tal-hekk imsejħa Federazzjoni tat-Trade Unions. Membru tal-hekk imsejjaħ Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. President attwali tal-Bord tal-Organizzazzjoni Pubblika Interreġjonali Unjoni tal-Komunitajiet ta’ Lugansk, rappreżentant tal-Kumitat ta’ Integrazzjoni Russja-Donbass. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-elezzjonijiet illegali, huwa appoġġa għaldaqstant b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Jappoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 29.11.2014 131. Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV) (Евгений Вячеславович ОРЛОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983 Post tat-twelid: Snezhnoye, oblast ta’ Donetsk, l-Ukrajna г. Снежное, Донецкой области, Украина Eks membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. Eks president tal-moviment pubbliku Donbass Ħieles. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna. Eks Viċi President tal-Kumitat dwar l-Industrija u l-Kummerċ tal-Assemblea Nazzjonali tad-DPR. 29.11.2014 137. Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович БАСУРИН) Eduard Oleksandrovych BASURIN (Едуард Олександрович БАСУРIН) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 27.6.1966 Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna Kelliem u Viċi Kap tal-Milizzja tal-Poplu tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna. Viċi Kap u rappreżentant uffiċjali tad-Dipartiment tal-Milizzja tal-Poplu tad-DPR. 16.2.2015 140. Sergey Yurevich KUZOVLEV (magħruf ukoll bħala IGNATOV, TAMBOV) (КУЗОВЛЕВ Сергей Юрьевич (magħruf ukoll bħala Сергей; ИГНАТОВ, ТAMБOB)) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 7.1.1967 Post tat-twelid: Michurinsk, oblast ta’ Tambov, Federazzjoni Russa Мичуринск, Тамбовская область, Российская Федерация L-hekk imsejjaħ eks Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna. Eks Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu. 16.2.2015 149. Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Андрей Валерьевич КАРТAПOЛOВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 9.11.1963 Post tat-twelid: l-eks Repubblika Demokratika tal-Ġermanja Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b’mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa kien involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Eks Viċi Ministru għad-Difiża. Membru tad-Duma tal-Istat mid-19 ta’ Settembru 2021. 16.2.2015 152. Ruslan Ismailovich BALBEK (Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 28.8.1977 Post tat-twelid: Bekabad, RSS tal-Użbekistan (illum l-Użbekistan) Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Eks Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi. Fl-2014, Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea u ħadem f’din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b’midalja Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fergħa tal-Krimea) u f’artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta’ Lulju 2016. 9.11.2016 154. Dmitry Anatolievich BELIK (Дмитрий Анатольевич БЕЛИК) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 17.10.1969 Post tat-twelid: Kular, id-distrett Ust-Yansky, RSS awtonoma ta’ Yakut (illum il-Federazzjoni Russa) Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta’ Sevastopol li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar l-affarijiet internazzjonali. Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta’ Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ Sindku tal-Poplu Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit web personali tiegħu u f’intervista ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2016 fuq is-sit web nation-news.ru. Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ Mertu lejn il-Patrija – it-tieni grad. 9.11.2016 155. Andrei Dmitrievich KOZENKO (Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 3.8.1981 Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji. F’Marzu 2014, Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fis-sit web gazetakrimea.ru fit-12 ta’ Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta’ annessjoni ġie ppremjat b’midalja Għad-difiża tar-Repubblika tal-Krimea mill-awtoritajiet lokali. 9.11.2016 156. Svetlana Borisovna SAVCHENKO (Светлана Борисовна САВЧЕНКО) Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 24.6.1965 Post tat-twelid: Belogorsk, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) Eks Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura. Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea sa mill-2012 u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F’Settembru 2014, Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f’għadd ta’ okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta’ April 2016 u l-20 ta’ Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-Istat Russu Għal servizzi lill-art tat-twelid– grad II fl-2014 u bl-ordni Għal-lealtà għad-dmir mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Krimea fl-2015. 9.11.2016 157. Pavel Valentinovich SHPEROV (Павел Валентинович ШПЕРОВ) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 4.7.1971 Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tas-CIS, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti. F’Settembru 2014, Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea. Huwa pubblikament ammetta, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit web ldpr-rk.ru fit-3 ta’ Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b’mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola. 9.11.2016 162. Inna Nikolayevna GUZEYEVA (Инна Николаевна ГУЗЕЕВА) Inna Nikolayevna GUZEEVA (Инна Николаевна ГУЗЕЕВА) Inna Mykolayivna HUZIEIEVA (Iнна Миколаївна ГУЗЄЄВА) Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 20.5.1971 Post tat-twelid: il-Krimea, l-Ukrajna Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 14.5.2018 163. Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO/Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO (Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО) Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO (Наталiя Iванiвна БЕЗРУЧЕНКО) Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 22.8.1979 Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 14.5.2018 167. Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA (Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА) Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA (Ольга Валерiївна ПОЗДНЯКОВА) Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 30.3.1982 Post tat-twelid: Shakhty, Oblast ta’ Rostov, USSR (illum il-Federazzjoni Russa) Eks President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk, u b’hekk appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Eks Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fl-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk. 10.12.2018 183. Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV (Александр Владимирович ДВОРНИКОВ) Ġeneru: maskil; Data tat-twelid: 22.8.1961 Post tat-twelid: Ussuriysk, Primorskiy Krai, Federazzjoni Russa Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, Kurunell Ġenerali u responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment. F’dan ir-rwol, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. 15.3.2019 184. Sergei Andreevich DANILENKO (Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 14.3.1960 Post tat-twelid: Krasnodar, USSR (illum il-Federazzjoni Russa) Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 28.1.2020 185. Lidia Aleksandrovna BASOVA (Лидия Александровна БАСОВА) Lidiya Oleksandrivna BASOVA (Лiдiя Олександрiвна БАСОВА) Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 1972 Eks Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 28.1.2020 192. Leonid Kronidovich RYZHENKIN (Леонид Кронидович РЫЖЕНЬКИН) Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 10.11.1967 Post tat-twelid: mhux magħruf Numru tal-passaport: 722706177 (fl-2015) Eks viċi direttur ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura fi Stroigazmontazh (SGM), li mill-2015 issorvelja l-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch (inkluż il-parti ferrovjarja tal-pont) li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. 1.10.2020
Entitajiet Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea Chernomorneftegaz (qabel kienet magħrufa bħala PJSC Chernomorneftegaz) Prospekt Kirov 52, Simferopol, Crimea, Ukraine 295000 пр. Кирова 52, г. Симферополь, Крым, Украина 295000 Nru tat-telefon: + 7 (3652) 66-70-00 + 7 (3652) 66-78-00 http://gas.crimea.ru/ office@chernomorneftegaz.ru Numru ta’ reġistrazzjoni: 1149102099717 Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-Parlament tal-Krimea adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f’isem ir-Repubblika tal-Krimea. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-awtoritajiet tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fid-29 ta’ Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-KrimeaChernomorneftegaz (Государственное унитарное предприятие Республики Крым Черноморнефтегаз). Fundatur: Il-Ministeru għall-Fjuwil u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство топлива и энергетики Республики Крым). 12.5.2014 19. Istituzzjoni tal-baġit tal-Istat Federali għax-xjenza u r-riċerka Istituzzjoni nazzjonali ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid, l-Akkademja tax-Xjenzi Russa Magarach Федеральное государственное бюджетное учреждение науки Всероссийский национальный научно-исследовательский институт виноградарства и виноделия Магарач РАН 298600, Kirov Street 31, Yalta, Crimea, Ukraine 298600, ул. Кирова, 31, г. Ялта, Крым, Украина priemnaya@magarach-institut.ru www.magarach-institut.ru + 7(3654) 32-05-91 Numru tar-reġistrazzjoni: 1159102130857 Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-Presidju tal-Parlament tal-Krimea adotta deċiżjoni Nru 1991 6/14 Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea tas-26 ta’ Marzu 2014 u Nru 1836 6/14 Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-entità statali Gosudarstvenoye predpriyatiye Agrofirma Magarach nacionalnogo instituta vinograda i vina Magarach f’isem ir-Repubblika tal-Krimea. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-awtoritajiet tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fil-15 ta’ Jannar 2015 bħala Istituzzjoni Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-Istitut Nazzjonali tal-Inbid Magarach. (Государственное бюджетное учреждение Республики Крым Национальный научно исследовательский институт винограда и вина Магарач). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство сельского хозяйства Республики Крым). 25.7.2014 (Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-Istitut Nazzjonali tal-Inbid Magarach Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid Государственное предприятие Агрофирма Магарач Национального института винограда и вина ‘Магарач Gosudarstvenoye predpriyatiye Agrofirma Magarach nacionalnogo instituta vinograda i vina Magarach) Fid-9 ta’ Frar 2015, l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-Istitut Nazzjonali tal-Inbid Magarach ġie ttrasformat f’faċilità xjentifika Baġitarja Federali Istitut ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid Magarach, fi ħdan l-Akkademja Russa tax-Xjenzi. 20. Kumpannija b’ishma konġunti Impjant tal-inbid effervexxenti Novy Svet Aкционерное общество Завод шампанских вин Новый Свет Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża statali unitarja tar-Repubblika tal-Krimea l-Impjant tal-inbid effervexxenti Novy Svet 298032, Crimea, Sudak, Novy Svet, str. Shalapina 1. 298032, Крым, г. Судак, пгт. Судак, пгт. Новый Свет, ул. 1 + 7-(365) 663-35-00 +7-(365) 663-35-22 +7-978-914- 00-10 http://nsvet-crimea.ru/ Numru tar-reġistrazzjoni: 1179102021460 Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014, il-Presidju tal-Parlament tal-Krimea adotta d-deċiżjoni Nru 1991-6/14 Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea tas-26 ta’ Marzu 2014, u Nru 1836-6/14 Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu għall-intrapriża tal-istat Zavod shampanskykh vin Novy Svet’ f’isem ir-Repubblika tal-Krimea. 25.7.2014 Государственное унитарное предприятие Республики Крым Завод шампанских вин Новый Свет Gosudarstvennoye unitarnoye predpriyatiye Respubliki Krym Zavod shampanskykh vin Novy Svet u bħala Intrapriża statali impjant tal-inbid effervexxenti Novy Svet Государственное предприятие Завод шампанских вин Новый свет (Gosudarstvenoye predpriyatiye Zavod shampanskykh vin Novy Svet) L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-awtoritajiet tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fl-4 ta’ Jannar 2015 bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea impjant tal-inbid effervexxenti Novy Svet (Государственное унитарное предприятие Республики Крым Завод шампанских вин Новый Свет). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство сельского хозяйства Республики Крым) Reġistrata mill-ġdid wara r-riorganizzazzjoni fid-29 ta’ Awwissu 2017 bħala Kumpannija b’ishma konġunti Impjant tal-inbid effervexxenti Novy Svet (Aкционерное общество Завод шампанских вин Новый Свет). Fundatur: il-Ministeru għar-Regolamenti dwar l-Art u l-Proprjetà tar-Repubblika tal-Krimea (Министерство земельных и имущественных отношений Республики Крым). 25. Il-moviment pubbliku Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk (Mir Luganschine) Общественное движение Мир Луганщине https://mir-lug.info/ Indirizz: Karl Marx Street 7, Luhansk, Ukraine улица Карла Маркса, 7, г. Луганск, Украина info@mir-lug.info Organizzazzjoni pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-elezzjonijiet huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Mis-17 ta’ Frar 2018, il-president tal-organizzazzjoni huwa Leonid PASECHNIK u għalhekk hi assoċjata ma’ persuna ddeżinjata mill-Kunsill. Bil-parteċipazzjoni formali fl-elezzjonijiet illegali, hi għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. 29.11.2014 26. Moviment pubbliku Donbass Ħieles (magħruf ukoll bħala Donbas Ħieles, Svobodny Donbass) Общественное движение Свободньιй Донбасс http://www.odsd.ru/ https://xn--d1aa2an.xn--p1ai/ Indirizz: 102, Khmelnitsky Ave., Donetsk (office 512) Донецк, пр. Б.Хмельницкого, 102, офис 512 press-odsd@yandex.ru Organizzazzjoni pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-elezzjonijiet huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bil-parteċipazzjoni formali fl-elezzjonijiet illegali, hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. 29.11.2014 33. Brigata Prizrak Бригада Призрак Indirizz: District 50 Year of the USSR, 18; c. of Kirovsk https://vk.com/battalionprizrak mail@prizrak.info + 38 (072) 199-86-39 Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Parti mill-hekk imsejjaħ It-tieni Korp tal-Armata tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Lugansk. Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini. Parti mill-hekk imsejħa Milizzja tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk. 16.2.2015