Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/420 tal-14 ta’ Marzu 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

In forceVersion 2022-03-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/420@2022-03-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ENTITAJIET 1.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK.

(2) Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2140 (2014) żied entità waħda fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3) L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2022. Għall-Kunsill Il-President É. Borne

ANNEX

ANNESS

Is-subintestatura u l-entità li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK (Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikoli 1(1), 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2)):

ENTITAJIET 1.

THE HOUTHIS (magħrufin ukoll bħala: (a) ANSARALLAH; (b) ANSAR ALLAH; (c) PARTISANS OF GOD; (d) SUPPORTERS OF GOD). Informazzjoni: The Houthis involvew ruħhom f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 24.2.2022.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

The Houthis involvew ruħhom f'attakki li laqtu ċ-ċittadini u l-infrastruttura ċivili fil-Jemen, implimentaw politika ta' vjolenza sesswali u repressjoni fil-konfront ta' nisa politikament attivi u professjonisti, involvew ruħhom fir-reklutaġġ u l-użu ta' tfal, inċitaw il-vjolenza kontra gruppi inkluż abbażi tar-reliġjon u n-nazzjonalità, u użaw b'mod indiskriminat mini tal-art u apparat esplożiv improvviżat fil-Kosta tal-Punent tal-Jemen. The Houthis xekklu wkoll il-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen, jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha. The Houthis wettqu attakki fuq it-trasport marittimu kummerċjali fil-Baħar l-Aħmar bl-użu ta' apparat esplożiv improvviżat fuq l-ilma u mini tal-baħar. The Houthis wettqu wkoll attakki terroristiċi transfruntiera ripetuti li laqtu ċ-ċittadini u l-infrastruttura ċivili fir-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda u heddew li jolqtu intenzjonalment siti ċivili.

Versions

  1. 2022-03-14