Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/559 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Polonja biex tkompli tapplika l-miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/559@2022-04-05/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Permezz ta’ ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-26 ta’ Lulju 2021, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni sabiex tkompli tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE sabiex tapplika mekkaniżmu ta’ ħlas maqsum (il-miżura speċjali). Il-miżura speċjali tirrikjedi l-inklużjoni ta’ dikjarazzjoni speċjali li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) trid titħallas fil-kont tal-VAT imblukkat tal-fornitur fuq il-fatturi maħruġa fir-rigward tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u ġeneralment koperti minn mekkaniżmu tar-reverse charge u minn obbligazzjoni in solidum fil-Polonja. Il-Polonja talbet l-estensjoni tal-miżura speċjali għal perijodu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-28 ta’ Frar 2025.
(2) F’konformità mal-Artikolu 395(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba li għamlet il-Polonja lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ottubru 2021. Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tqis it-talba.
(3) Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/310, il-Polonja ppreżentat rapport lill-Kummissjoni rigward l-impatt globali tal-miżura speċjali fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli kkonċernati permezz ta’ ittra datata d-29 ta’ April 2021.
(4) Il-Polonja diġà ħadet bosta miżuri sabiex tiġġieled il-frodi. Hija introduċiet, fost oħrajn, il-mekkaniżmu tar-reverse charge u l-obbligazzjoni in solidum tal-fornitur u tal-klijent, il-Fajl Standard tal-Awditjar, ir-regoli aktar stretti għar-reġistrazzjoni u t-tneħħija tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-persuni taxxabbli, u żiedet l-għadd ta’ awditi. Madankollu, il-Polonja hija tal-fehma li dawk il-miżuri mhumiex biżżejjed sabiex tiġi pprevenuta l-frodi tal-VAT.
(5) Il-Polonja introduċiet il-mekkaniżmu volontarju ta’ ħlas maqsum fl-1 ta’ Lulju 2018 u l-mekkaniżmu obbligatorju ta’ ħlas maqsum fl-1 ta’ Marzu 2019.
(6) Il-merkanzija u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura speċjali huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 f’konformità mal-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Prodotti u s-Servizzi tal-2008 (PKWiU 2008). Il-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Merkanzija u s-Servizzi tal-2015 (PKWiU 2015) issostitwiet lil PKWiU 2008 mill-1 ta’ Lulju 2020. Taħt il-PKWiU 2015, is-simboli tal-klassifikazzjoni statistika u l-ismijiet editorjali ta’ ċerti merkanzija u servizzi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 ġew mibdula. Għalkemm is-sostituzzjoni ta’ PKWiU 2008 bi PKWiU 2015 ma kkawżat l-ebda bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi koperti mill-mekkaniżmu obbligatorju ta’ ħlas maqsum, jenħtieġ li l-Anness jiġi aġġornat u ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni għal raġunijiet ta’ ċertezza legali.
(7) Il-miżura speċjali ser ikompli tapplika għall-provvisti bejn il-persuni taxxabbli għall-merkanzija u s-servizzi elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310, kif aġġornat u sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni, għall-provvisti minn negozju għal negozju (B2B), u ser ikopri biss it-trasferimenti bankarji elettroniċi. Il-miżura speċjali ser tkompli tapplika għall-fornituri kollha, inkluż għall-fornituri li mhumiex stabbiliti fil-Polonja.
(8) Ir-rapport ippreżentat mill-Polonja kkonferma li l-miżura speċjali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi twassal għal riżultati effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa.
(9) Awtorizzazzjonijiet biex tiġi applikata miżura speċjali ġeneralment jingħataw għal perijodu ta’ żmien limitat biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-miżura speċjali hijiex adatta u effettiva. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-miżura speċjali tiġi estiża sat-28 ta’ Frar 2025.
(10) Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-miżura speċjali, jenħtieġ li l-Polonja, jekk titlob estensjoni ulterjuri tal-awtorizzazzjoni biex tapplika l-miżura speċjali, tippreżenta rapport fir-rigward tal-funzjonament u l-effettività tal-miżura speċjali fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli rigward, fost oħrajn, ir-rifużjonijiet tal-VAT, il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-persuni taxxabbli.
(11) Il-miżura speċjali mhux ser ikollha effett negattiv fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u ma hu ser ikollha l-ebda effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT.
(12) Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi mfittxija mill-miżura speċjali, inkluż l-applikazzjoni mingħajr interruzzjoni tal-miżura speċjali, u li tingħata ċertezza legali fir-rigward tal-perijodu tat-taxxa, huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni biex tiġi estiża l-miżura speċjali b’effett mill-1 ta’ Marzu 2022. Peress li fis-26 ta’ Lulju 2021 il-Polonja talbet l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali u kompliet tapplika r-reġim legali stabbilit taħt il-liġi nazzjonali tagħha abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 mill-1 ta’ Marzu 2022, l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati huma rispettati kif xieraq.
(13) Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/310 hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Fejn il-Polonja tqis li l-estensjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 1 hija meħtieġa, hija għandha tippreżenta talba għal estensjoni lill-Kummissjoni, flimkien ma’ rapport dwar l-impatt globali tagħha fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli kkonċernati.
(2) fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, id-data tat-28 ta’ Frar 2022 hija sostitwita bid-data tat-28 ta’ Frar 2025.
(3) l-Anness huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022. Għall-Kunsill Il-President B. Le Maire
ANNEX
ANNESS
ANNESS LISTA TAL-PROVVISTI TA’ MERKANZIJA U SERVIZZI KOPERTI MILL-ARTIKOLU 1
L-Artikolu 1 għandu japplika għall-provvisti li ġejjin ta’ merkanzija u servizzi deskritti skont il-Klassifikazzjoni Pollakka tal-Merkanzija u s-Servizzi (PKWiU 2015) Entrata PKWiU 2015 Isem tal-merkanzija (grupp ta’ merkanzija)/Isem tas-servizzi (grupp ta’ servizzi) 1 05.10.10.0 Faħam 2 05.20.10.0 Linjite 3 ex 10.4 Żjut u xaħmijiet veġetali u tal-annimali - esklussivament żejt tal-kolza 4 19.10.10.0 Kokk u semikokk tal-faħam u tal-linjite jew tal-pit; karbonju tal-istorta 5 19.20.11.0 Briquettes, ovojdi u fjuwils solidi simili manifatturati mill-faħam 6 19.20.12.0 Briketti, ovojdi u fjuwils solidi simili manifatturati mill-linjite 7 ex 20.59.12.0 Emulsjonijiet għas-sensitizzazzjoni tas-superfiċe għall-użu fil-fotografija; preparazzjonijiet kimiċi għall-użu fil-fotografija, mhux ikklassifikati band’oħra (m.k.b.) - esklussivament toners mingħajr print head għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data 8 ex 20.59.30.0 Linka tat-typewriter, draft ink u linka oħra - esklussivament cartridges tal-linka mingħajr print head għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data 9 ex 22.21.30.0 Pjanċi, folji, film, fojl, strixxi u strixxi tal-plastik, mhux ċellulari, mhux rinfurzati, illaminati jew ikkombinati ma’ materjal ieħor - esklussivament fojl li jiġġebbed 10 24.10.12.0 Ligi tal-ħadid 11 24.10.14.0 Ħadid fondut grezz u ħadid fondut grezz spekulari jew azzar spekulari 12 24.10.31.0 Prodotti llaminati ċatti tal-azzar bil-karbonju, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ >= 600 mm 13 24.10.32.0 Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ < 600 mm 14 24.10.35.0 Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi 15 24.10.36.0 Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati bis-sħana, b’wisa’ ta’ < 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi 16 24.10.41.0 Prodotti llaminati ċatti tal-azzar mhux illigat, illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ >= 600 mm 17 24.10.43.0 Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, minbarra l-prodotti tal-azzar siliċju msejħa elettriċi 18 24.10.51.0 Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar mhux illigat, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, indurati jew miksijin 19 24.10.52.0 Prodotti llaminati ċatti ta’ azzar illigat ieħor, b’wisa’ ta’ >= 600 mm, indurati jew miksijin 20 24.10.61.0 Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f’kojls mibruma b’mod irregolari, ta’ azzar mhux illigat 21 24.10.62.0 Staneg u vireg oħrajn tal-azzar, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni 22 24.10.65.0 Staneg u vireg, illaminati bis-sħana, f’kojls mibruma b’mod irregolari, ta’ azzar illigat ieħor 23 24.10.66.0 Staneg u vireg oħrajn ta’ azzar illigat ieħor, sempliċement mikwijin fil-forġa, illaminati jew estrużi bis-sħana, iżda inklużi dawk milwija wara l-laminazzjoni 24 24.10.71.0 Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta’ azzar mhux illigat 25 24.10.73.0 Sezzjonijiet miftuħin, sempliċement illaminati jew estrużi bis-sħana, ta’ azzar illigat ieħor 26 24.20.11.0 Pajpijiet għal linji ta’ tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar 27 24.20.12.0 Kejsing, tubi u pajp għat-tħaffir, ta’ tip użat fit-tħaffir għaż-żejt jew għall-gass, mingħajr saldatura, tal-azzar 28 24.20.13.0 Tubi u pajpijiet oħrajn, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari, tal-azzar 29 24.20.31.0 Pajpijiet għal linji ta’ tip użat għal pipelines taż-żejt jew tal-gass, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar 30 24.20.33.0 Tubi u pajpijiet oħrajn, ta’ sezzjoni trażversali ċirkolari, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar 31 24.20.34.0 Tubi u pajpijiet, ta’ sezzjoni trażversali mhux ċirkolari, iwweldjati, b’dijametru estern ta’ <= 406,4 mm, tal-azzar 32 24.20.40.0 Fittings tat-tubi u tal-pajpijiet tal-azzar, mhux fonduti 33 24.31.10.0 Staneg, angoli, sezzjonijiet u profili solidi ta’ azzar mhux illigat illaminati fil-kiesaħ 34 24.31.20.0 Staneg, angoli, sezzjonijiet u profili solidi ta’ azzar illigat illaminati fil-kiesaħ, minbara azzar inossidabbli 35 24.32.10.0 Prodotti tal-azzar ċatti, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ ta’ < 600 mm, mhux miksijin 36 24.32.20.0 Prodotti tal-azzar ċatti, sempliċement illaminati fil-kiesaħ, b’wisa’ < 600 mm, indurati jew miksijin 37 24.33.11.0 Sezzjonijiet miftuħin ta’ azzar mhux illigat iffurmati fil-kiesaħ jew mitwijin fil-kiesaħ 38 24.33.20.0 Pjanċi b’linji mqabbżin ta’ azzar mhux illigat 39 24.34.11.0 Wajer illaminat fil-kiesaħ ta’ azzar mhux illigat 40 24.41.10.0 Fidda mhux maħduma jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab 41 ex 24.41.20.0 Deheb mhux maħdum jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab, minbarra deheb ta’ investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att dwar it-taxxa ta’ merkanzija u servizzi, soġġett għall-entrata 43 42 24.41.30.0 Platinu mhux maħdum jew f’forma semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab 43 irrispettivament mis-simbolu ta’ PKWiU Deheb bħala investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tal-Att dwar it-taxxa ta’ merkanzija u servizzi 44 ex 24.41.40.0 Metalli komuni jew fidda, indurati bid-deheb, sempliċement f’forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda, bid-deheb, sempliċement f’forma semimanifatturata 45 ex 24.41.50.0 Metalli komuni miksija bil-fidda u metalli komuni, fidda jew deheb, miksija bil-platinu, f’forma semimanifatturata - esklussivament miksija bil-fidda u d-deheb, f’forma semimanifatturata 46 24.42.11.0 Aluminju mhux maħdum 47 24.43.11.0 Ċomb mhux maħdum 48 24.43.12.0 Żingu mhux maħdum 49 24.43.13.0 Landa mhux maħduma 50 24.44.12.0 Ram, mhux raffinat; anodi tar-ram għar-raffinar elettrolitiku 51 24.44.13.0 Ram raffinat u ligi tar-ram, mhux maħdumin; ligi prinċipali tar-ram 52 24.44.21.0 Trabijiet u laqx tar-ram u l-ligi tiegħu 53 24.44.22.0 Staneg ċatti, vireg u sezzjonijiet u vireg tal-wajer, tar-ram u l-ligi tiegħu 54 24.44.23.0 Wajers tar-ram u l-ligi tiegħu 55 24.45.11.0 Nikil mhux maħdum 56 ex 24.45.30.0 Metalli mhux ferrużi oħrajn u prodotti magħmulin mill-istess materjal; ċermiti; irmied u residwi li fihom metalli u komposti tal-metall — esklussivament skart u ruttam ta’ metall mhux prezzjuż 57 ex 25.11.23.0 Strutturi oħrajn u partijiet minn strutturi; pjanċi, vireg, angoli, forom u oġġetti simili, tal-ħadid, tal-azzar jew tal-aluminju — esklussivament tal-azzar 58 ex 25.93.13.0 Ċraret, grills, xbieki u lqugħ, magħmula minn wajer tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram; metall espandut, tal-ħadid, tal-azzar jew tar-ram — esklussivament tal-azzar 59 ex 26.11.30.0 Ċirkwiti integrati elettroniċi — esklussivament proċessuri 60 26.20.1 Kompjuters u magni oħrajn għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data u partijiet u aċċessorji tagħhom 61 ex 26.20.21.0 Unitajiet tal-memorja — esklussivament diski riġidi (HDDs) 62 ex 26.20.22.0 Apparat għall-ħżin fi stat solidu — esklussivament SSDs 63 ex 26.30.22.0 Telefons ċellulari jew networks bla fili oħrajn - mobiles biss, inklużi smartphones 64 26.40.20.0 Riċevituri tat-televiżjoni, kemm jekk ikkombinati ma’ riċevituri tax-xandir bir-radju jew apparat li jirrekordja jew jirriproduċi l-awdjo jew il-vidjo, kif ukoll jekk le 65 ex 26.40.60.0 Konsols tal-logħob vidjo (bħal dawk li jintużaw ma’ sett tat-televiżjoni jew skrin awtonomu) u apparat ieħor tal-logħob jew tal-logħob tal-azzard b’displej elettroniku - minbarra parts u aċċessorji 66 26.70.13.0 Kameras diġitali u camcorders diġitali 67 27.20.2 Akkumulaturi elettriċi u parts tagħhom 68 28.11.41.0 Parts għal magni b’kombustjoni interna ta’ tqabbid bl-ispark, minbarra parts għal magni ta’ inġenji tal-ajru 69 ex 28.23.22.0 Parts u aċċessorji għal magni tal-uffiċċju - esklussivament cartridges tal-linka u print heads għal printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data, toners bi print head għall-printers għal magni għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data 70 ex 29.31.10.0 Ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta’ wajers oħrajn ta’ tip użat f’vetturi, inġenji tal-ajru jew inġenji tal-baħar – esklussivament ċineg tal-kejbils tal-ignixin u settijiet ta’ wajers oħrajn ta’ tip użat fil-vetturi 71 29.31.21.0 Sparking plugs; manjeti tal-ignixin; manjeto dinamos; flajwils manjetiċi; distributuri; kojls tal-ignixin 72 29.31.22.0 Muturi tal-istartjar u ġeneraturi tal-istartjar bi skop doppju; ġeneraturi oħrajn u tagħmir ieħor għall-magni bil-kombustjoni 73 29.31.23.0 Tagħmir għal sinjali elettriċi, windscreen, defrosters u demisters għall-vetturi bil-mutur 74 29.31.30.0 Parts ta’ tagħmir elettriku ieħor għall-vetturi bil-mutur 75 29.32.20.0 Ċinturini tas-sikurezza, airbags u parts u aċċessorji tal-bodis 76 29.32.30.0 Parts u aċċessorji għall-vetturi bil-mutur, m.k.b., minbarra muturi 77 30.91.20.0 Parts u aċċessorji ta’ muturi u sidecars 78 ex 32.12.13.0 Ġojjellerija u ġojjellerija oħra u partijiet tagħha, magħmula minn metall prezzjuż jew miksija b’ metall prezzjuż - esklussivament partijiet ta’ ġojjellerija u partijiet ta’ ġojjellerija oħra tad-deheb, tal-fidda u tal-platinu, jiġifieri ġojjellerija mhux lesta jew inkompleta u partijiet distinti ta’ ġojjellerija inklużi dawk mgħottija jew miksija b’metall prezzjuż 79 38.11.49.0 Vetturi, kompjuters, televixins u apparat użat ieħor maħsub għall-iskrappjar 80 38.11.51.0 Skart tal-ħġieġ 81 38.11.52.0 Skart tal-karti u l-kartun 82 38.11.54.0 Skart tal-gomma ieħor 83 38.11.55.0 Skart tal-plastik 84 38.11.58.0 Skart li fih il-metall minbarra skart perikoluż 85 38.12.26.0 Skart tal-metall perikoluż 86 38.12.27 Skart u ċelloli u akkumulaturi tal-elettriku difettużi; ċelloli u batteriji galvaniċi u akkumulaturi tal-elettriku użati 87 38.32.2 Materja prima sekondarja tal-metall 88 38.32.31.0 Materja prima sekondarja tal-ħġieġ 89 38.32.32.0 Materja prima sekondarja tal-karti u l-kartun 90 38.32.33.0 Materja prima sekondarja tal-plastik 91 38.32.34.0 Materja prima sekondarja tal-gomma 92 Petrol għall-magni, żejt diżil, gass tal-fjuwil — skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa 93 Żejt għat-tisħin u żejt lubrifikanti — skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet dwar id-dazju tas-sisa 94 ex 58.29.11.0 Pakketti ta’ softwer tas-sistema operattiva — esklussivament SSD 95 ex 58.29.29.0 Pakketti ta’ softwer oħrajn - esklussivament SSDs 96 ex 59.11.23.0 Vidjos u reġistrazzjonijiet bil-vidjo fuq diski, tejps manjetiċi u mezzi simili — esklussivament SSDs 97 irrispettivament mis-simbolu ta’ PKWiU Servizzi ta’ trasferiment ta’ kwota tal-emissjonijiet ta’ GHG imsemmija fl-Att tat-12 ta’ Ġunju 2015 dwar Skema ta’ Skambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gass Serra (Ġurnal Uffiċjali tal-2021, entrata 332) 98 41.00.3 Xogħol ta’ kostruzzjoni fuq bini residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti) 99 41.00.4 Xogħol ta’ kostruzzjoni fuq bini mhux residenzjali (xogħlijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, rikostruzzjoni jew rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti) 100 42.11.20.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq u toroq oħrajn għal vetturi u persuni bil-mixi u l-kostruzzjoni ta’ runways 101 42.12.20.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji ferrovjarji u metrò 102 42.13.20.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pontijiet u mini 103 42.21.21.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pipelines tat-trażmissjoni 104 42.21.22.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni, inklużi xogħlijiet awżiljarji 105 42.21.23.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni (kanali tad-drenaġġ), linji tat-trażmissjoni tal-ilma, faċilitajiet għat-trattament tal-ilma u t-trattament tad-drenaġġ u stazzjonijiet tal-ippumpjar 106 42.21.24.0 Xogħlijiet li jinvolvu t-tħaffir ta’ bjar u bokok tal-ilma u l-installazzjoni ta’ tankijiet settiċi 107 42.22.21.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji tat-telekomunikazzjoni u tat-trażmissjoni tal-enerġija 108 42.22.22.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ linji tat-telekomunikazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija 109 42.22.23.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija 110 42.91.20.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ mollijiet, portijiet, digi, magħluq u faċilitajiet idrotekniċi relatati 111 42.99.21.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni u tat-tħaffir fil-minjieri 112 42.99.22.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ stadji u grawnds sportivi 113 42.99.29.0 Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġenerali li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ strutturi oħrajn tal-inġinerija ċivili, m.k.b. 114 43.11.10.0 Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqigħ tal-bini 115 43.12.11.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-preparazzjoni tas-sit għall-kostruzzjoni, minbarra xogħlijiet ta’ ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija 116 43.12.12.0 Xogħlijiet ta’ ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija: xogħol ta’ tħaffir, tħaffir ta’ foss u ċaqliq ta’ terrapien jew ħamrija 117 43.13.10.0 Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ta’ skavar u tħaffir b’inġinerija ġeoloġika 118 43.21.10.1 Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ installazzjonijiet tas-sikurezza elettrika 119 43.21.10.2 Xogħlijiet li jinvolvu l-implimentazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi oħrajn 120 43.22.11.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet tas-sistemi tal-pajpijiet tal-ilma u tad-drenaġġ 121 43.22.12.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata 122 43.22.20.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-gass 123 43.29.11.0 Xogħol ta’ iżolazzjoni 124 43.29.12.0 Installazzjoni ta’ lqugħ 125 43.29.19.0 Xogħlijiet oħrajn ta’ installazzjoni m.k.b. 126 43.31.10.0 Xogħlijiet ta’ tikħil 127 43.32.10.0 Xogħol ta’ installazzjoni tal-mastrudaxxa 128 43.33.10.0 Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u l-wiċċ tal-ħitan 129 43.33.21.0 Xogħlijiet li jinvolvu t-tqegħid ta’ terrazzo, irħam, granit jew lavanja fuq l-art u l-ħitan 130 43.33.29.0 Xogħlijiet oħrajn li jinvolvu t-tqegħid tal-madum u tal-ħitan (inkluż twaħħil ta’ wallpaper), m.k.b. 131 43.34.10.0 Xogħlijiet ta’ żebgħa 132 43.34.20.0 Xogħlijiet ta’ produzzjoni tal-ħġieġ 133 43.39.11.0 Xogħlijiet li jinvolvu d-dekorazzjoni 134 43.39.19.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet oħrajn ta’ finitura, m.k.b. 135 43.91.11.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ strutturi tas-soqfa 136 43.91.19.0 Xogħlijiet li jinvolvu xogħol ieħor ta’ tisqif 137 43.99.10.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-installazzjoni ta’ iżolazzjoni għall-prevenzjoni tal-umdità u d-dħul tal-ilma 138 43.99.20.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u ż-żarmar ta’ scaffolding 139 43.99.30.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż it-tqegħid ta’ pontuni 140 43.99.40.0 Xogħlijiet tal-konkrit 141 43.99.50.0 Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta’ strutturi tal-azzar 142 43.99.60.0 Xogħlijiet li jinvolvu t-twaqqif ta’ strutturi tal-briks u tal-ġebel 143 43.99.70.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-assemblaġġ u t-twaqqif ta’ strutturi prefabbrikati 144 43.99.90.0 Xogħlijiet li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet speċjalizzati oħrajn, m.k.b. 145 45.31.1 Servizzi kummerċjali ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi 146 45.32.1 Servizzi kummerċjali bl-imnut ta’ ħwienet speċjalizzati ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi 147 45.32.2 Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta’ parts u aċċessorji ta’ vetturi bil-mutur, minbarra muturi 148 ex 45.40.10.0 Servizzi kummerċjali bl-ingrossa ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ ta’ parts u aċċessorji għall-muturi 149 ex 45.40.20.0 Servizzi kummerċjali bl-imnut ta’ ħwienet speċjalizzati ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ ta’ parts u aċċessorji għall-muturi 150 ex 45.40.30.0 Servizzi kummerċjali bl-imnut oħrajn ta’ muturi u parts u aċċessorji relatati — esklussivament bejgħ bl-imnut ta’ parts u aċċessorji għall-muturi