Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/61 tal-14 ta’ Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-xogħol għal terminu ġdid ta’ kariga
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/61@2022-01-14/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/319/KE tat-12 ta’ Lulju 1995 biex tistabbilixxi Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 95/319/KE, il-Kumitat jeħtieġ ikun jikkonsisti minn membru sħiħ minn kull Stat Membru u jista’ jinħatar membru sostitut għal kull membru sħiħ.
(2) Skont l-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jeħtieġ taħtar membri sħaħ u sostituti tal-Kumitat fuq proposta mill-Istat Membru.
(3) L-Artikolu 5(3) ta’ dik id-Deċiżjoni jipprevedi li t-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat jeħtieġ ikun ta’ tliet snin u li l-ħatra tagħhom tkun tiġġedded.
(4) Il-mandat attwali tal-Kumitat intemm fil-31 ta’ Diċembru 2021.
(5) Għaldaqstant il-Kummissjoni jenħtieġ li taħtar il-membri tal-Kumitat abbażi tal-proposti mill-Istati Membri għal perjodu ta’ tliet snin.
(6) Sabiex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni f’waqtha tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-membri sħaħ u sostituti tal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024, f’konformità mal-Anness. Il-lista tal-membri għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal finijiet ta’ informazzjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
Stat Membru Membru sħiħ Membru sostitut Il-Belġju Is-Sur Paul TOUSSEYN Is-Sinjura Maria-Cristina RIBAS Y RIBAS Il-Bulgarija Is-Sinjura Tsvetomila FILIPOVA Is-Sinjura Irena DIMITROVA Ir-Repubblika Ċeka Is-Sur Rudolf HAHN Is-Sur Pavel HEISIG Id-Danimarka Is-Sinjura Sine FREDERIKSEN Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN Il-Ġermanja Is-Sur Kai-Michael SCHÄFER Is-Sur Helmut GOTTWALD L-Estonja Is-Sinjura Maret MARIPUU Is-Sinjura Silja SOON L-Irlanda Is-Sur Mark CULLEN Is-Sur Dermot O’BRIEN Il-Greċja Is-Sinjura Chrysoula TOUFEKOULA Is-Sinjura Panagiota KATSAKIORI Spanja Is-Sur Héctor ILLUECA BALLESTER Is-Sur Gonzalo GIMÉNEZ COLOMA Franza Is-Sinjura Annaick LAURENT Is-Sur Imed BENTALEB Il-Kroazja Is-Sur Miroslav BABIĆ Is-Sur Božica BREŠKI DŽODAN L-Italja Is-Sur Orazio PARISI Is-Sinjura Roberta FABRIZI Ċipru Is-Sur Anastassios YIANNAKI Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES Il-Latvja Is-Sur Renārs LŪSIS Is-Sinjura Linda MATISĀNE Il-Litwanja Is-Sur Jonas GRICIUS Is-Sinjura Dalia LEGIENE Il-Lussemburgu Is-Sur Marco BOLY Is-Sinjura Patrice FURLANI L-Ungerija Is-Sur Péter NESZTINGER Is-Sinjura Nóra KISSNÉ PÁLMAI Malta Is-Sur Mark GAUCI Is-Sur Vincent ATTARD In-Netherlands Is-Sur Rits DE BOER Is-Sinjura Frances DIEPSTRATEN L-Awstrija Is-Sinjura Gertrud BREINDL Is-Sinjura Alexandra MARX Il-Polonja Is-Sinjura Katarzyna ŁAŻEWSKA-HRYCKO Is-Sur Michal WYSZKOWSKI Il-Portugall Is-Sinjura Maria Fernanda FERREIRA CAMPOS Is-Sur Nelson FERREIRA Ir-Rumanija Is-Sur Dantes Nicolae BRATU Is-Sur Cristian Bogdan CĂLINA Is-Slovenja Is-Sur Jadranko GRLIC Is-Sur Slavko KRIŠTOFELC Ir-Repubblika Slovakka Is-Sinjura Hedviga MACHAYOVÁ Is-Sur Stanislav KRAJŇÁK Il-Finlandja Is-Sur Raimo ANTILA Is-Sur Arto TERONEN L-Iżvezja Is-Sur Håkan OLSSON Is-Sinjura Pia ZÄTTERSTRÖM