Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/788 tas-16 ta’ Mejju 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/788@2022-05-16/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.
(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella ppreżentata fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna (3) ta’dik it-tabella.
(4) Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.
(5) Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif ippreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2 L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2022. Għall-Kummissjoni Gerassimos Thomas Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Banju bid-doċċa, fil-forma ta’ trej ċatt, magħmul min taħlita ta’ minerali u plastik u b’kisja esterna bajda tal-plastik. Il-prodott huwa kompost skont il-piż minn dawn li ġejjin: Il-komponenti minerali (karbonat tal-kalċju u diossidu tas-siliċju) huma magħmulin minn laqx tal-irħam, kwarz jew granit imfarrak fin. Il-proċess tal-produzzjoni jinvolvi l-ewwel it-taħlit tal-komponent minerali mal-materjal tal-plastik (reżina ta’ poliester). Dik it-taħlita tiġi mferra’ f’forma, li hi miksija b’gel-coat tal-poliester, u r-reżina tal-poliester fl-aħħar tiġi kkurata. Ara l-istampa 39221000 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(b) u 6 għal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3922 u 39221000. Sakemm il-kisi tal-plastik ikopri s-superfiċe utli tal-prodott, il-prodott mhuwiex imitazzjoni tal-ġebla naturali. Għalhekk ma jistax jiġi ikkonsidrat bħala oġġett tal-ġebel artifiċjali tat-titlu 6810 (ara ukoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għat-titlu 6810, it-tielet paragrafu). Il-materjal tal-plastik huwa l-komponent l-aktar importanti f’termini tal-użu tal-prodott. Huwa jagħti t-trej tad-doċċa reżistenza għat-tensjoni, reżistenza kimika u impermeabbilità għal-ilma u b’hekk il-karattru essenzjali tiegħu. Il-minerali li jinsabu fih iservu għall-mili. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi ikklassifikat taħt il-kodiċi NM 39221000 bħala banju bid-doċċa magħmul mill-plastik.
65 % karbonat tal-kalċju;
28 % reżina tal-poliester;
5 % diossidu tas-siliċju;
2 % gel-coat tal-poliester (superfiċe esterna).