Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/877 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/877@2022-06-03/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet biex jiġu implimentati aktar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2022 wara l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari mhux aċċettabbli u illegali Russa kontra l-Ukraina, li skont id-dritt internazzjonali tikkwalifika bħala att ta’ aggressjoni.
(4) Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 espandiet il-lista ta’ entitajiet soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha. Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/882 tespandi wkoll il-lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Belarussi u s-sussidjarji Belarussi tagħhom soġġetti għal miżuri restrittivi fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati.
(5) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Artikolu 1zb huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
Artikolu 1zb
1. Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness XV jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness XV.
2. Għal kull persuna ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness XV, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika sa mid-data imsemmija għaliha f’dak l-Anness. Il-projbizzjoni għandha tapplika minn dik l-istess data għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness XV.;
(2) fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(2)
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni, inkluż fejn xieraq pieni kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat ta’ tali ksur.;
(3) L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
(4) L-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum eara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022. Għall-Kunsill Il-President C. Colonna
ANNEX
ANNESS I
.
ANNESS V LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1e(7), 1f(7) U 1fa(1)
Il-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja 140 Repair Plant JSC 558 Aircraft Repair Plant JSC 2566 Radioelectronic Armament Repair Plant JSC AGAT - Control Systems - Il-Kumpanija Maniġerjali ta’ Geoinformation Control Systems Holding, JSC AGAT - Electromechanical Plant OJSC AGAT - SYSTEM ATE - Engineering LLC BelOMO Holding Belspetsvneshtechnika SFTUE Beltechexport, CJSC BSVT-New Technologies Id-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun ta’ Gomel Truppi Interni tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Belarussja KGB Alpha Kidma Tech OJSC Minotor-Service Minsk Wheeled Tractor Plant Oboronnye Initsiativy LLC OJS KB Radar Managing Company Peleng JSC L-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja Transaviaexport Airlines JSC Volatavto OJSC
ANNESS II
.
ANNESS XV LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1zb
Isem il-persuna ġuridika, entità jew korp Data tal-applikazzjoni Belagroprombank 20 ta’ Marzu 2022 Bank Dabrabyt 20 ta’ Marzu 2022 Development Bank of the Republic of Belarus (Bank għall-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Belarussja) 20 ta’ Marzu 2022 Belinvestbank (Bank Belarussu għall-Iżvilupp u r-Rikostruzzjoni) 14 ta’ Ġunju 2022