Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/881 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2022/881@2022-06-03/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.
(2) Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni kontinwa tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, jenħtieġ li 12-il individwu u tmien entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.
(3) Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li jiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022. Għall-Kunsill Il-President C. Colonna
ANNEX
ANNESS
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1): Ismijiet (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa) Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) Informazzjoni ta' Identifikazzjoni Raġunijiet għall-elenkar Data tal-elenkar 184. Ihar Vasilievich KARPENKA Igor Vasilievich KARPENKO Iгар Васiльевiч КАРПЕНКА Игорь Васильевич КАРПЕНКО Pożizzjoni(jiet): President tal-Kummissjoni Ċentrali tar-Repubblika tal-Belarussja dwar l-Elezzjonijiet u t-Twettiq ta' Referenda Repubblikani Data tat-twelid: 28.4.1964 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Fil-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Ċentrali tar-Repubblika tal-Belarussja dwar l-Elezzjonijiet u t-Twettiq ta' Referenda Repubblikani mit-13 ta' Diċembru 2021, Ilhar Karpenka huwa responsabbli għall-organizzazzjoni u t-twettiq tar-referendum kostituzzjonali tas-27 ta' Frar 2022, li ma jissodisfax l-istandards internazzjonali tal-istat ta' dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni ta' Venezja. B'mod partikolari, il-proċess ta' abbozzar ma kienx trasparenti u ma nvolviex lis-soċjetà ċivili jew lill-oppożizzjoni demokratika fl-eżilju. Għaldaqstant huwa responsabbli li dgħajjef serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. 3.6.2022 185. Dzmitry Aliaksevich ALEKSIN Dmitry Alexeevich OLEKSIN Дзмiтрый Аляксеевiч АЛЕКСIН Дмитрий Алексеевич ОЛЕКСИН Pożizzjoni(jiet): Iben Aliaksei Aleksin, azzjonist ta' Belneftgaz, Energo-Oil u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest) Data tat-twelid: 25.4.1987 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Dzmitry Aleksin huwa iben Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti Belarussu. Fl-2021 sar koproprjetarju ta' kumpanniji proprjetà ta' missieru jew assoċjati ma' missieru, fosthom Energo-Oil, Bleneftgaz u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest). Dawk il-kumpanniji ngħataw trattament preferenzjali abbażi ta' digrieti presidenzjali ffirmati minn Aliaksandr Lukashenka: Inter Tobacco ingħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, filwaqt li Belneftgaz inħatret operatur nazzjonali ta' monitoraġġ tat-tranżitu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022 186. Vital Aliakseevich ALEKSIN Vitaliy Alexeevich OLEKSIN Вiталь Аляксеевiч АЛЯКСIН Виталий Алексеевич ОЛЕКСИН Pożizzjoni(jiet): Iben Aliaksei Aleksin, azzjonist ta' Belneftgaz, Energo-Oil u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest) Data tat-twelid: 29.8.1997 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Vital Aleksin huwa iben Aliaksei Aleksin, negozjant prominenti Belarussu. Fl-2021 sar koproprjetarju ta' kumpanniji proprjetà ta' missieru, jew assoċjati ma' missieru, fosthom Energo-Oil, Bleneftgaz, u Grantlo (li qabel kienet Energo-Oil-Invest). Dawk il-kumpanniji ngħataw trattament preferenzjali abbażi ta' digrieti presidenzjali ffirmati minn Aliaksandr Lukashenka: Inter Tobacco ingħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, filwaqt li Belneftgaz inħatret l-operatur nazzjonali ta' monitoraġġ tat-tranżitu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022 187. Bogoljub KARIĆ Богољуб КАРИЋ Боголюб КАРИЧ Pożizzjoni(jiet): Negozjant u politiku Serb, assoċjat mal-kumpannija Dana Holdings Data tat-twelid: 17.1.1954 Post tat-twelid: Peja/Pec, il-Kosovo) Sess: raġel Nazzjonalità: Serb Numru tal-passaport: 012830978 (validu sa 27.12.2026) Bogoljub Karić huwa negozjant u politiku Serb. Flimkien mal-membri tal-familja tiegħu, żviluppa network ta' kumpanniji tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja u kkultiva network ta' kuntatti mal-familja ta' Aliaksandr Lukashenka. B'mod partikolari, huwa kien assoċjat mill-qrib ma' Dana Holdings u s-sussidjarja preċedenti tagħha Dana Astra, u huwa allegatament irrappreżenta lil dawk l-entitajiet waqt laqgħat ma' Lukashenka. Il-proġett Minsk World, li ġie żviluppat minn kumpannija assoċjata ma' Karić, ġie deskritt minn Lukashenka bħala eżempju ta' kooperazzjoni tad-dinja Slavonika. Bis-saħħa ta' dawk ir-relazzjonijiet mill-qrib ma' Lukashenka u ma' dawk ta' madwaru, il-kumpanniji assoċjati ma’ Karić irċevew trattament preferenzjali mir-reġim ta' Lukashenka, inkluż ħelsien mit-taxxa u biċċiet ta' art għall-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah. 3.6.2022 188. Andrii SICH Andrey SYCH Андрiй СИЧ Андрей СЫЧ Pożizzjoni(jiet): Kopreżentatur tal-programm Platform fuq l-istazzjon televiżiv tal-istat Belarus 1 Membru tal-organizzazzjoni Rusj molodaja Data tat-twelid: 20.9.1990 Post tat-twelid: Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Andrii Sich huwa kopreżentatur tal-programm Platform fuq l-istazzjoni televiżiv tal-istat Belarus 1. F'dik il-pożizzjoni huwa appoġġa n-narrattiva tar-reġim li timmira li tiskredita l-media indipendenti, iddgħajjef id-demokrazija u tiġġustifika r-repressjoni. Huwa appoġġa n-narrattiva tar-reġim ta' Lukashenka dwar l-intenzjonijiet tal-istati tal-Punent li jorganizzaw kolp ta' stat fil-Belarussja u, appella għal kastigi ħorox għal dawk allegatament involuti, appoġġa kampanji ta' diżinformazzjoni dwar it-trattament ħażin tal-migranti li jaslu fl-Unjoni mill-Belarussja u ppromwova l-impressjoni li l-media indipendenti kienet aġent tal-influwenza barranija li l-attivitajiet tagħha għandhom jitrażżnu. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022 189. Dzianis Aliaksandravich MIKUSHEU Denis Alexandrovich MIKUSHEV Дзянiс Аляксандравiч МIКУШЭЎ Денис Александрович МИКУШЕВ Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f'Kawżi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fir-Reġjun/Oblast ta' Gomel; konsulent legali anzjan Data tat-twelid: 21.3.1980 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Dzianis Mikusheu huwa l-Kap tad-Dipartiment għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f'Kawżi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fir-Reġjun/Oblast ta' Gomel u konsulent legali anzjan. F'dik il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-bidu tal-prosekuzzjonijiet ta' Siarhei Tsikhanouski, Artsiom Sakau, Dzmitry Papou, lhar Losik, Uladzimir Tsyhanovich u Mikalai Statkevich. Huwa kkontribwixxa għad-detenzjoni arbitrarja ta' Siarhei Tsikhanouski, kif ippreżentat fir-rapport mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. 3.6.2022 190. Mikalai Ivanavich DOLIA Nikolai Ivanovich DOLYA Мiĸалай Iванавiч ДОЛЯ Ниĸолай Иванович ДОЛЯ Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta' Gomel Data tat-twelid: 3.7.1979 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3070379H041PBI Mikalai Dolia huwa mħallef fil-Qorti Reġjonali ta' Gomel. F'dik il-pożizzjoni huwa responsabbli tas-sentenzi ta' pieni ta' priġunerija sproporzjonalment twal lil Siarhei Tsikhanouski, Artsiom Sakau, Dzmitry Papou , lhar Losik, Uladzimir Tsyhanovich u Mikalai Statkevich. Huwa kkontribwixxa għad-detenzjoni arbitrarja ta' Siarhei Tsikhanouski, kif ippreżentat fir-rapport mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għal dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. 3.6.2022 191. Andrei Yauhenavich PARSHYN Andrei Yevgenevich PARSHIN Андрэй Яўгенавiч ПАРШЫН Андрей Евгеньевич ПАРШИН Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni fil-Belorussja (GUBOPiK) Data tat-twelid: 19.2.1974 Indirizz: 4A Skryganova St., Apt. 211, Minsk, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Andrei Parshyn huwa l-Kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (GUBOPiK) fil-Ministeru għall-Intern mill-2021 'l hawn. GUBOPiK huwa wieħed mill-korpi ewlenin responsabbli għall-persekuzzjoni politika fil-Belarussja, inkluż l-arresti arbitrarji u illegali u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' attivisti u membri tas-soċjetà ċivili. Fuq il-profil tiegħu fuq Telegram, GUBOPiK ippubblika filmati ta' konfessjonijiet furzati minn attivisti Belarussi u ċittadini ordinarji, filwaqt li esponihom għall-pubbliku ġenerali Belarussu u użahom bħala għodda għal pressjoni politika. GUBOPiK żamm bħala detenut ukoll lil Mark Bernstein, wieħed mill-edituri ewlenin ta' Wikipedia bil-lingwa Russa, talli ppubblika informazzjoni dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, meqjusa bħala aħbar falza kontra r-Russja. Għalhekk Andrei Parshyn huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.6.2022 192. Ihar Piatrovich TUR Igor Petrovich TUR Iгар Пятровiч ТУР Игорь петрович ТУР Pożizzjoni(jiet): Impjegat tal-istazzjon televiżiv statali ONT, awtur u preżentatur prinċipali ta' diversi programmi (Propaganda, To be completed) Data tat-twelid: 26.3.1989 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Ihar Tur huwa impjegat tal-istazzjon televiżiv statali ONT u wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa l-preżentatur tal-programm Propaganda, li fih jappella għall-vjolenza, jiskredita lill-attivisti tal-oppożizzjoni u jippromwovi filmati b'konfessjonijiet furzati minn priġunieri politiċi. Huwa l-awtur ta' għadd ta' rapporti foloz dwar protesti mill-oppożizzjoni Belarussa, u ta’ diżinformazzjoni rigward avvenimenti fl-Unjoni u dwar attakki fuq is-soċjetà ċivili. Huwa responsabbli wkoll mit-tixrid tad-diżinformazzjoni u messaġġi online li jinċitaw il-vjolenza. Ingħata midalja minn Aliaksandr Lukashenka għall-ħidma tiegħu fil-media. Għaldaqstant qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah. 3.6.2022 193. Lyudmila Leanidauna HLADKAYA Lyudmila Leonidovna GLADKAYA Людмiла Леанiдаўна ГЛАДКАЯ Людмила Леонидовна ГЛАДКАЯ Pożizzjoni(jiet): Korrispondent speċjali tal-gazzetta SB Belarus Segodnya, preżentatriċi fuq l-istazzjon televiżiv statali Belarus 1 Data tat-twelid: 30.6.1983 Indirizz: 8A VodolazhskySt., apt. 45, Minsk, Belarus Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa Lyudmila Hladkaya hija waħda mill-aktar propagandisti prominenti tar-reġim ta' Lukashenka. Hija impjegata tal-gazzetta SB Belarus Segodnya u assoċjata ma' media oħra favur ir-reġim, inkluż l-istazzjon televiżiv statali Belarus 1. Hija spiss tuża diskors ta' mibegħda u lingwaġġ derogatorju waqt li tkun qed titkellem dwar l-oppożizzjoni demokratika. Hija wettqet ukoll bosta intervisti ma' ċittadini Belarussi detenuti inġustament, spiss studenti, li juruhom f'sitwazzjonijiet umiljanti u li jirridikolawhom. Hija ppromwoviet ir-repressjoni tal-apparat tas-sigurtà Belarussu u ħadet sehem f'kampanji ta' diżinformazzjoni u ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni. Hija qed tesprimi pubblikament appoġġ għal Aliaksandr Lukashenka u tesprimi kburija fil-qadi tar-reġim tiegħu. Hija ġiet imfaħħra pubblikament u ppremjata minn Lukashenka għal xogħolha. Għaldaqstant hija qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. 3.6.2022 194. Ryhor Yur'yevich AZARONAK Grigoriy Yurevich AZARYONOK Рыгор Юр'евiч АЗАРОНАК Григорий Юрьевич АЗАРЁНОК Pożizzjoni(jiet): Impjegat tal-istazzjon televiżiv statali CTV, awtur u preżentatur ta' diversi programmi (Secret Springs of Politics, Order of Judas, Panopticon) Grad: Logutenent kurunell (riżerva) Data tat-twelid: 18.10.1995 Post tat-twelid: Minsk, Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Ryhor Azaronak huwa wieħed mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa artikolista politiku, awtur u l-preżentatur ta' programmi ta' propaganda ta' kull ġimgħa fuq l-istazzjon televiżiv statali CTV. Fix-xandiriet tiegħu huwa approva l-vjolenza kontra dawk li ma jaqblux mar-reġim ta' Lukashenka, u sistematikament uża lingwaġġ derogatorju dwar attivisti, ġurnalisti u avversarji oħra tar-reġim ta' Lukashenka. Huwa rċieva premju bil-midalja Għall-Kuraġġ mingħand Aliaksandr Lukashenka. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah. 3.6.2022 195. Ivan Ivanavich GALAVATYI Ivan Ivanovich GOLOVATY Iван Iванавiч ГАЛАВАТЫ Иван Иванович ГОЛОВАТЫЙ Pożizzjoni(jiet): Direttur Ġenerali tal-Open Joint Stock Company Belaruskali Membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà Nazzjonali Data tat-twelid: 15.6.1976 Post tat-twelid: Pogost Settlement, Soligorsk District, Minsk Province, il-Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Ivan Galavatyi huwa d-Direttur Ġenerali tal-intrapriża statali Belaruskali, li hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Huwa membru tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali u għandu diversi pożizzjonijiet għolja oħra fil-Belarussja. Huwa rċieva diversi premjijiet statali, inkluż direttament mingħand Aliaksandr Lukashenka, matul il-karriera tiegħu. Huwa kien assoċjat mill-qrib ma' Lukashenka u membri tal-familja tiegħu. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed jappoġġah. L-impjegati tal-Belaruskali li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew imċaħħda minn primjums u sfaw imkeċċa. Lukashenka nnifsu personalment hedded li jissostitwixxi lil dawk li strajkjaw b'minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant, Ivan Galavatyi huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili. 3.6.2022
(2) il-persuni ġuridiċi li ġejjin jiżdiedu mat-tabella B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1): Ismijiet Trażlitterazzjoni tal-ortografija Belarussa Trażlitterazzjoni tal-ortografija Russa Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet għall-elenkar Data tal-elenkar 28. Open Joint-Stock Company Belaruskali Адкрытае акцыянернае таварыства Беларуськалiй Открытое акционерное общество Беларуськалий Indirizz: 5 Korzha St 5, Soligorsk, 223710 Minsk Region, /Oblast, Belarus, Data tar-reġistrazzjoni: 23.12.1996 Numru tar-reġistrazzjoni: 600122610 OJSC Belaruskali hija intrapriża statali u waħda mill-akbar produtturi tal-potassa fid-dinja li tipprovdi 20 % tal-esportazzjonijiet globali tal-potassa. Bħala tali, hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Aliaksandr Lukashenka ddeskriviha bħala teżor nazzjonali, turija ta' kburija, wieħed mill-pilastri tal-esportazzjonijiet Belarussi. Għaldaqstant Belaruskali tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah. Impjegati ta' Belaruskali li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew intimidati u tkeċċew mill-maniġment tal-kumpannija. Lukashenka nnifsu t hedded personalment li jissostitwixxi lil dawk li strajkaw b'minaturi mill-Ukrajna. Għaldaqstant Belaruskali hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022 29. Joint Stock Company Belarusian Potash Company ААТ Беларуская “калiйная кампанiя ОАО Белорусская калийная компания Indirizz: 35 Masherova Ave. 220002 Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 13.9.2013 Numru tar-reġistrazzjoni: 192050251 Tel. +375 (17)-309-30-10; +375 (17)-309-30-30 Indirizz elettroniku: info@belpc.by JSC Belarusian Potash Company hija l-fergħa esportatriċi tal-produttur tal-potassa statali tal-Belarussja Belaruskali. Belaruskali hija waħda mill-akbar sorsi ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. Il-provvisti mill-Belarusian Potash Company jammontaw għal 20 % tal-esportazzjonijiet globali tal-potassa. L-istat jiggarantixxi d-drittijiet ta' monopolju tal- Belarusian Potash Company biex tesporta fertilizzanti tal-potassju. Bis-saħħa tat-trattament preferenzjali mill-awtoritajiet Belarussi, il-kumpannija taqla' dħul sostanzjali. Għaldaqstant, il-Belarusian Potash Company tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah. 3.6.2022 30. Inter Tobacco LLC Таварыства з абмежаванай адказнасцю Iнтэр Табак Общество с ограниченной ответственностью Интер Тобако Indirizz: (, 131 Novodvorskiy village, Novodvorskiy village council, Minsk District, 223016 Minsk Region/Oblast, Belarus (Minsk Free Economic Zone Data tar-reġistrazzjoni: 10.10.2002 Numru tar-reġistrazzjoni: 808000714 Inter Tobacco LLC hija parti mill-Industrija tal-Manifattura tat-tabakk fil-Belarussja. Hija għandha sehem sinifikanti mis-suq tas-sigaretti domestiċi profittabbli fil-Belarussja. Il-kumpannija ngħatat privileġġi esklussivi biex timporta prodotti tat-tabakk fil-Belarussja, abbażi ta' digriet iffirmat minn Aliaksandr Lukashenka. Barra minn hekk, Lukashenka ħareġ digriet Presidenzjali biex ifassal mill-ġdid il-konfini tal-kapitali tal-Belarussja, Minsk, biex ineħħi l-art għall-fabbrika ta' Inter Tobacco, probabbilment għal raġunijiet relatati mal-evażjoni tat-taxxa. Inter Tobacco tappartjeni għal Alexei Oleksin u membri tal-familja qrib tiegħu (hija proprjetà tal-kumpannija Energo-Oil ta' Oleksin). Għaldaqstant, Inter Tobacco qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022 31. Open Joint-Stock Company Naftan Адкрытае акцыянернае таварыства НАФТАН Открытое акционерное общество НАФТАН Indirizz: Novopolotsk 1, 211440 Vitebsk Region/Oblast, Belarus, Data tar-reġistrazzjoni: 1992 Numru tar-reġistrazzjoni: 300042199 Bħala intrapriża statali, OJSC Naftan hija sors ewlieni ta' dħul u munita barranija għar-reġim ta' Lukashenka. Għaldaqstant, Naftan tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. Impjegati ta' Naftan li ħadu sehem fi strajks u protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti ta' Awwissu 2020 fil-Belarussja, ġew intimidati u tkeċċew mill-maniġment tal-kumpannija. Għaldaqstant Naftan hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022 32. Open Joint-Stock Company Grodno Tobacco Factory Neman Адкрытае акцыянернае таварыства Гродзенская тытунёвая фабрыка Нёман Oткрытое акционерное общество Гродненская табачная фабрика Неман Indirizz: 18 Ordzhonikidze St, 230771 Grodno/ Hrodna, Belarus, Data tar-reġistrazzjoni: 30.12.1996 Numru tar-reġistrazzjoni: 500047627 OJSC Grodno Tobacco Factory Neman hija intrapriża statali tal-Belarussja u waħda mis-sorsi ewlenin ta' dħul għar-reġim ta' Lukashenka. Il-kumpannija għandha 70-80 % tas-sehem mis-suq tat-tabakk fil-Belarussja. Grodno Tobacco Factory Neman għalhekk tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u tappoġġah. Immanifatturati fil-Belarussja, il-marki Grodno Tobacco Factory Neman huma fost l-aktar sigaretti komuni li jiddaħħlu b'kuntrabandu fl-Unjoni bħala parti mill-kummerċ tat-tabakk bil-kuntrabandu li jħalli qligħ. Vaguni tal-ferrovija li jappartjenu għal kumpanniji statali tal-Belarussja Belaruskali u Grodno Azot jintużaw fl-iskema tal-kuntrabandu. Grodno Tobacco Factory Neman għalhekk tikkontribwixxi għall-faċilitazzjoni tat-trasferiment illegali ta' oġġetti ristretti fit-territorju tal-Unjoni. 3.6.2022 33. Beltamozhservice Рэспублiканскае унiтарнае прадпрыемства БЕЛМЫТСЭРВIС Республиканское унитарное предприятие БЕЛТАМОЖСЕРВИС Indirizz: 17th km. Minsk-Dzerzhinsk, administrative building, office 75, Shchomyslitsky 223049 Minsk Region/Oblast, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 9.6.1999 Numru tar-reġistrazzjoni: 101561144 Beltamozhservice hija kumpannija statali u waħda mill-akbar kumpanniji tal-loġistika fil-Belarussja. Hija assoċjata mill-qrib mal-awtoritajiet Belarussi u hija involuta fil-kuntrabandu u l-esportazzjoni mill-ġdid ta' oġġetti mill-Belarussja lejn ir-Russja. Il-kumpannija tibbenefika minn rabtiet mal-awtoritajiet Belarussi u tipprovdi dħul sinifikanti lir-reġim ta' Lukashenka. Beltamozhservice għaldaqstant qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka u qed tappoġġah. 3.6.2022 34. Open Joint Stock Company Managing Company of Holding Belkommunmash Адкрытае акцыянернае таварыства Кiруючая кампанiя холдынгу Белкамунмаш Открытое акционерное общество Управляющая компания холдинга Белкоммунмаш Indirizz: 64B-2 Perekhodnaya St., 220070 Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 13.08.1991 Numru tar-reġistrazzjoni: 100205408 Belkommunmash hija manifattur Belarussu ta' vetturi tat-trasport pubbliku. Aliaksandr Lukashenka qed jippromwovi minn-negozju ta’ Belkommunmash, filwaqt li jiggarantixxi l-konformità tal-kumpannija mal-obbligi kuntrattwali tagħha lejn is-sħab tagħha u qed juża l-influwenza tiegħu biex jappoġġa l-attività kummerċjali tagħha. Għalhekk Belkommunmash qed tibbenefika mir-reġim ta' Lukashenka. Belkommunmash keċċiet lill-ħaddiema b'ritaljazzjoni għall-protesta tagħhom kontra r-riżultati ffalsifikati tal-elezzjoni presidenzjali fl-2020, u għalhekk hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tappoġġa lir-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022 35. Belteleradio Company / National State Television and Radio Company of the Republic of Belarus Нацыянальная дзяржаўная тэлерадыёкампанiя Рэспублiкi Беларусь / Белтэлерадыёкампанiя Национальная государственная телерадиокомпания Республики Беларусь / Белтелерадиокомпания Indirizz: 9. Makayonka St, Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 14.9.1994 Numru tar-reġistrazzjoni: 100717729 Sit web: tvr.by Belteleradio Company hija l-kumpannija statali tax-xandir televiżiv u tar-radju u tikkontrolla seba' stazzjonijiet tat-televiżjoni u ħames stazzjonijiet tar-radju fil-Belarussja. Wara l-elezzjonijiet presidenzjali frodulenti f'Awwissu 2020, Belteleradio Company keċċiet lill-ħaddiema tal-mezzi tax-xandir li tikkontrolla li pprotestaw u ssostitwiethom b'impjegati tal-media Russi. Għaldaqstant hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili L-istazzjonijiet televiżivi u tar-radju ssorveljati minn Belteleradio Company qed ixerrdu b'mod attiv il-propaganda u b'hekk qed jappoġġaw lir-reġim ta' Lukashenka. 3.6.2022.