Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1156 tad-9 ta’ Ġunju 2023 li tawtorizza metodi ta’ gradazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fis-Slovakkja u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/622/KE (notifikata bid-dokument C(2023) 3684) (It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1156@2023-06-09/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (p), tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandhom japplikaw f’konformità mal-punt B tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. It-Taqsima B.IV, il-punt 1, tal-Anness IV, ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li, għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali, il-kontenut tal-laħam dgħif għandu jiġi vvalutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, li jistgħu jiġu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-kejl fiżiku ta’ waħda jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal u li l-metodi ta’ gradazzjoni huma soġġetti għall-konformità ma’ tolleranza massima għal errur statistiku fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija ddefinita fil-Parti A, il-punt 1, il-paragrafu 2, tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/622/KE awtorizzat l-użu ta’ tliet metodi għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fis-Slovakkja.
(3) Sakemm ma jkunux ġew awtorizzati b’mod espliċitu minn Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni jew tal-apparati ma jkunux permessi.
(4) Is-Slovakkja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza l-metodu l-ġdid li ġej: Fat-O-Meater II (FOM II). Għal dak l-iskop, is-Slovakkja ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan il-metodu l-ġdid, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjoni użata għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll imsemmi fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182.
(5) Is-Slovakkja talbet ukoll lill-Kummissjoni tawtorizza formula aġġornata għall-metodu Two-Point (Zwei punkte — ZP) awtorizzat bid-Deċiżjoni 2009/622/KE għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha.
(6) L-eżami ta’ dawk it-talbiet żvela li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni tal-metodi l-ġodda ta’ gradazzjoni u għall-aġġornament tal-metodu tal-ekwazzjoni Two-Point (Zwei Punkte — ZP) kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182 huma ssodisfati. Għalhekk jenħtieġ li dak il-metodu ta’ gradazzjoni u l-formula l-ġdida jiġu awtorizzati fis-Slovakkja.
(7) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/622/KE titħassar.
(8) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-użu tal-metodi ta’ gradazzjoni li ġejjin huwa awtorizzat għall-valutazzjoni tal-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi tal-majjali skont it-Taqsima B.IV, il-punt 1, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-Slovakkja:
Artikolu 1
(a) il-metodu Two-point method (Zwei-punkte, ZP) u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti I tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;
(b) l-apparat Fat-O-Meater II (FOM II) u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;
(c) l-apparat Fat-O-Meater II (FOM II) u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti III tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;
(d) l-apparat UltraFOM 300 (UFOM) u l-metodi tal-valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom huma stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Il-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati jew tal-apparati tagħhom imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu awtorizzati b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 2009/622/KE tħassret.
Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2023. Għall-Kummissjoni Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
METODI TA’ GRADAZZJONI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIS-SLOVAKKJA
PARTI I 1.2.3. Two-Point (Zwei Punkte — ZP)
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir bl-użu tal-kejl b’riga Two-point method (Zwei-punkte, ZP). Dan il-metodu jista’ jiġi implimentat bl-użu ta’ riga, u l-gradazzjoni tiġi ddeterminata abbażi tal-ekwazzjoni ta’ tbassir. Huwa bbażat fuq il-kejl manwali mal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tal-muskolu u tal-ħxuna tax-xaħam. Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Y = 60.45 – 0.4 × F + 0.075 × M fejn: Y il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa; F il-ħxuna tax-xaħam (inkluż il-ġilda ta’ barra), f’millimetri, imkejla mal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma fil-post l-aktar irqiq ’il fuq mill-musculus gluteus medius; M il-ħxuna tal-muskolu f’millimetri, imkejla mal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma fil-post l-aktar qasir mit-tarf minn quddiem (in-naħa kranjali) tal-musculus gluteus medius sat-tarf ta’ fuq (in-naħa dorsali) tal-kanal tal-ispina. Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.
PARTI II 1.2.3. Fat-O-Meater (FOM)
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat imsejjaħ Fat-O-Meater (FOM). L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda li għandha dijametru ta’ sitt millimetri li tinkludi fotodijod tat-tip Siemens SFH 950 u fotodetettur” (tat-tip SFH 960) u li jkollha distanza ta’ operat ta’ bejn 3 u 103 millimetri. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz ta’ kompjuter. Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja: Y = 61.213 + 0.152 × M – 0.624 × F fejn: Y il-kontenut tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa; M il-ħxuna tal-muskolu f’millimetri mkejla bejn it-tieni u t-tielet kustilji ta’ qabel tal-aħħar, 70 mm maġenb il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma; F il-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla bejn it-tieni u t-tielet kustilja ta’ qabel tal-aħħar, 70 mm maġenb il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma; Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramma.
PARTI III 1.2.3. Fat-O-Meater II (FOM II)
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat imsejjaħ Fat-O-Meater II (FOM II). L-apparat huwa tagħmir tat-tip Fat-O-Meater u għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ sitt mm li jkun fiha fotodetettur (Siemens tat-tip SFH 960 — BP 103 jew simili) u li jkollha fond operatorju sa 125 mm konnessa mal-ħżin fit-tul tad-data miġbura. Il-ġbir u l-analiżi kollha li jkunu legalment rilevanti huma miżmuma fil-pistola tal-FOM II. Il-kontenut tal-laħam dgħif ta’ karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Y = 63.21 – 0.643 × F + 0.089 × M fejn: Y il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat f’karkassa; M il-ħxuna tal-muskolu mkejla f’millimetri bejn it-tieni u t-tielet kustilji ta’ qabel tal-aħħar, 70 mm maġenb il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma; F il-ħxuna tax-xaħam f’millimetri, imkejla bejn it-tieni u t-tielet kustilji ta’ qabel tal-aħħar, 70 mm maġenb il-linja tan-nofs tal-linja maqsuma; Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.
PARTI IV 1.2.3. UltraFOM 300 (UFOM)
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala UltraFOM 300 (UFOM). L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ultrasonika bi frekwenza ta’ 4 MHz (Krautkrämer MB 4 SE). Is-sinjal ultrasoniku jinqaleb għal wieħed diġitali, u jiġi rreġistrat u pproċessat permezz ta’ mikroproċessur (Intel tat-tip 80 C 32). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Ultrafom innifsu. Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja: Y = 64.436 + 0.073 × M – 0.742 × F fejn: Y il-kontenut tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa; M il-ħxuna tal-muskolu f’millimetri mkejla bejn it-tieni u t-tielet kustilji ta’ qabel tal-aħħar, 70 mm maġenb il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma; F il-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla bejn it-tieni u t-tielet kustilja ta’ qabel tal-aħħar, 70 mm maġenb il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma; Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kilogramma.