Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1418 tat-30 ta’ Ġunju 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Pic Saint-Loup (DOP)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1418@2023-06-30/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) F’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem Pic Saint-Loup li ntbagħtitilha minn Franza u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(3) F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem Pic Saint-Loup jiġi protett u li jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament.
(4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-isem Pic Saint-Loup (DOP) huwa b’dan protett.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2023. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni