Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1472 tas-17 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1055/2008 fir-rigward tal-frekwenza li biha l-Istati Membri jipprovdu r-rapport tal-kwalità tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1472@2023-07-17/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) Il-valutazzjoni tal-kwalità tad-data fl-oqsma tal-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti (BOP), tal-istatistika dwar il-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali (IIP), l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tas-servizzi, u l-istatistika dwar l-investiment dirett barrani ssir f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 jistabbilixxi l-kriterji tal-kwalità u l-kontenut u l-frekwenza tar-rapporti tal-kwalità.
(2) Il-monitoraġġ tal-kwalità tad-data hu essenzjali u jenħtieġ li jsir fil-ħin. Jenħtieġ li jinkiseb il-bilanċ it-tajjeb bejn il-ħtieġa tal-monitoraġġ u l-frekwenza tar-rapportar tal-informazzjoni rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi evitat il-piż sproporzjonat.
(3) Għalhekk jenħtieġ li l-frekwenza annwali li biha l-Istati Membri jipprovdu rapport tal-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat) tinbidel għal rappurtar biennali.
(4) L-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw ir-rapport tal-kwalità li jmiss tagħhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2025, u mbagħad kull sentejn.
(5) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1055/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.
(6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1055/2008 huwamendat kif ġej:
Artikolu 1
(a) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: ;
(a)
Artikolu 1 Mis-sena 2025 ’il quddiem, u jibdew minn dik is-sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport tal-kwalità fuq bażi biennali mfassal skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness.
(b) L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: ;
(b)
Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rapporti tal-kwalità tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sentejn
(c) l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
ANNESS
1. Introduzzjoni Ir-rapport tal-kwalità għandu jinkludi indikaturi kwantitattivi u anki kwalitattivi tal-kwalità. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi r-riżultati tal-indikaturi kwantitattivi għal kull Stat Membru, ikkalkulati abbażi tad-data mogħtija. L-Istati Membri għandhom jinterpretaw u jikkummentaw dwarhom fid-dawl tal-metodoloġija tal-ġbir tagħhom.
2. Kronoloġija
Kull sentejn, sa tmiem l-ewwel kwart tas-sena, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi abbozzi ta’ dokumenti lill-Istati Membri għar-rapporti tal-kwalità, abbażi tad-data mibgħuta s-sena ta’ qabel, li jkunu diġà mimlija parzjalment minn qabel b’ħafna mill-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli lill-Kummissjoni (Eurostat).
Kull sentejn, fi żmien xahrejn minn meta jasal ir-rapport tal-kwalità mimli minn qabel u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rapport tal-kwalità lest lill-Kummissjoni (Eurostat).
3. Kriterji tal-kwalità Ir-rapport tal-kwalità għandu jkun fih indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkopru l-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.