Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1591 tat-3 ta’ Awwissu 2023 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

In forceVersion 2023-08-03
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1591@2023-08-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2) Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tagħha fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li jiġu inklużi 38 individwu u tliet entitajiet fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3) Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2023. Għall-Kunsill Il-President P. Navarro Ríos

ANNEX

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1): Ismijiet (Traslitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Traslitterazzjoni tal-ortografija Russa) Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni Raġunijiet għall-elenkar Data tal-elenkar “196. Aliaksandr Uladzimirovich KARNIENKA Alexander Vladimirovich KORNIENKO Аляксандр Уладзiмiравiч КАРНIЕНКА Александр Владимирович КОРНИЕНКО Pożizzjoni(jiet): Eks kap tal-kolonja penali IK-17 Shklov, Logutenent Kurunell tas-Servizz Intern. Pożizzjoni attwali: Spettur Distrettwali, Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Distrettwali ta’ Slutsk Data tat-twelid: 9.1.1979 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Fil-pożizzjoni tiegħu bħala eks kap tal-kolonja penali IK-17 f’Shklov, Aliaksandr Karnienka huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, ikkawżat lill-priġunieri politiċi u lil ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u fil-protesti paċifiċi sussegwenti. Kien il-kap tal-kolonja penali fil-perjodu tal-mewt tal-priġunier politiku Vitold Ashurak fil-21 ta’ Mejju 2021 f’dik il-kolonja penali, f’ċirkostanzi mhux spjegabbli. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 197. Andrei Siarheevich PALCHIK Andrei Sergeevich PALCHIK Андрэй Сяргеевiч ПАЛЬЧЫК Андрей Сергеевич ПАЛЬЧИК Pożizzjoni(jiet): eks kap tal-kolonja korrettiva Nru 1 f’Novopolotsk Data tat-twelid: 3.3.1981 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala kap tal-kolonja korrettiva Nru.-1 f’Novopolotsk, Andrei Palchik kien responsabbli għal u pparteċipa fi prattika sistematika ta’ tortura, ta’ trattament ħażin u pieni abbużivi, inkluż l-użu dewwiemi u ripetut ta’ reklużjoni solitarja, kontra l-priġunieri politiċi u ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali, b’mod partikolari wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u l-protesti paċifiċi sussegwenti. Bħala kap ta’ dik il-kolonja penali, Andrei Palchik mhux biss huwa responsabbli milli jordna u jissorvelja dawn l-abbużi, iżda għandu rekord dokumentat ta’ involviment personali f’atti ta’ tortura u vjolenza kontra l-priġunieri. Matul l-amministrazzjoni ta’ Andrei Palchik mill-2017 sa Marzu 2023, il-kolonja korrettiva Nru. 1 f’Novopolotsk saret magħrufa għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni estremament ħorox tagħha u t-trattament ħażin applikat lill-priġunieri, ħafna minnhom attivisti politiċi ewlenin u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, detenuti għall-oppożizzjoni tagħhom għar-reġim tal-President Lukashenka. Wara t-trasferiment tiegħu mill-kolonja penali Nru. 1, Palchik għadu jokkupa pożizzjoni għolja attiva f’faċilità oħra ta’ detenzjoni u għalhekk ikompli jaqdi s-sistema ripressiva. Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 198. Aliaksandr Uladzimiravich KAROL Aleksandr Vladimirovich KAROL Аляксандр Уладзiмiравiч КАРОЛЬ Александр Владимирович КОРОЛЬ Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Anzjan tad-Dipartiment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Data tat-twelid: 28.6.1992 Post tat-twelid: Bobruisk, Mogilev region, Republic of Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3280692M019PB8 Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Għoli fid-Dipartiment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja, Aliaksandar Karol huwa responsabbli għal diversi każijiet kriminali politikament motivati kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Belarussja. B’mod partikolari, huwa involut fil-prosekuzzjoni politikament motivata ta’ rappreżentanti mill-organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem Viasna, inkluż il-president ta’ Viasna Ales Bialiatski, il-Viċi President Valiantsin Stefanovic, l-avukat Uladzimir Labkovich, il-koordinatriċi tan-network ta’ voluntiera ta’ Viasna Marfa Rabkova, il-kap tal-uffiċċju ta’ Viasna f’Gomel Leanid Sudalenka u l-voluntier Andrei Chapiuk, kif ukoll il-voluntiera Tatsiana Lasitsa li nħelset mill-kolonja penali ta’ Gomel fl-24 ta’ Settembru 2022. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. 3.8.2023 199. Mikhail Mikhailavich MURASHKIN Mikhail Mikhailovich MURASHKIN Мiхаiл Мiхайлавiч МУРАШКIН Михаил Михайлович МУРАШКИН Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Muniċipali tal-Affarijiet Interni f’Zhodino - Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika L-ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni f’Borisov - Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika mid-29.10.2021 Data tat-twelid: 8.9.1989 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Fil-kapaċità tiegħu bħala eks kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika f’Zhodino, Mikhail Murashkin ordna lit-truppi tal-pulizija u lill-pulizija tal-irvellijiet OMON biex irażżnu b’mod brutali l-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2020, billi sawtu lid-dimostranti u użaw il-vjolenza kontrihom. Huwa involut ukoll fid-detenzjoni illegali ripetuta ta’ ġurnalisti indipendenti li jkopru l-protesti fit-tħejjija għall-elezzjonijiet presidenzjali. Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. Huwa jkompli jokkupa pożizzjoni għolja simili fid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni. 3.8.2023 200. Mikalai Vasilievich MAKSIMAVICH Nikolai Vasilievich MAKSIMOVICH Мiкалай Васiльевiч МАКСIМАВIЧ Николай Васильевич МАКСИМОВИЧ Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Milizzja tas-Sigurtà Pubblika, Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk Data tat-twelid: 25.2.1977 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Indirizz: Minsk, st. Yankee Brylya 21, apt. 224; Minsk, st. Kolesnikova 32, apt. 3 ID personali: 3250277M077PB2 Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Kap tal-Milizzja tas-Sigurtà Pubblika, id-Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk, Mikalai Maksimavich huwa responsabbli għar-repressjoni brutali tal-protesti paċifiċi qabel l-elezzjonijiet presidenzjali f’Awwissu 2020 u wara. Huwa personalment ta ordnijiet lill-pulizija tal-irvellijiet OMON biex b’mod vjolenti jrażżnu d-dimostrazzjonijiet, iżommu lid-dimostranti u lill-ġurnalisti indipendenti li jkopru dawn l-avvenimenti, u jissottomettuhom għal kundizzjonijiet ħorox ta’ detenzjoni. Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 201. Piotr Aleksandrovich ARLOU Petr Aleksandrovich ORLOV Пётр Александровiч АРЛОЎ Петр Александрович ОРЛОВ Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Minsk Data tat-twelid: 6.4.1967 Post tat-twelid: Minsk, Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3040667A088PB0 Indirizz: Minsk, st. Sharangovicha 78, apt. 60 Fil-pożizzjoni ta’ mħallef fil-Qorti tal-Belt ta’ Minsk, Piotr Arlou rrappreżenta lir-reġim ta’ Lukashenka f’bosta proċessi politikament motivati u huwa responsabbli għall-verdetti twal in absentia kontra diversi membri tal-oppożizzjoni demokratika; Sviatlana Tsikhanouskaya (15-il sena), Pavel Latushka (18-il sena), u Volha Kavalkova, Maryia Maroz u Siarhei Dyleuski (12-il sena kull wieħed). Piotr Arlou huwa responsabbli wkoll għat-tmexxija tal-proċess u l-verdetti politikament motivati kontra l-blogger Eduard Palchys (13-il sena ħabs) u l-ġurnalista Katsiaryna Andreyeva (sentejn). Dawn il-verdetti huma parti minn ċaħda u kastig sistematiku għall-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni mill-awtoritajiet Belarussi. Il-verdetti ta’ Piotr Arlou huma eżempji tar-repressjoni sistemika tad-dissens. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. 3.8.2023 202. Ruslan Khikmetavich MASHADZEOU Ruslan Khikmetovich MASHADIYEV Руслан Хiкметовiч МАШАДЗЕЎ Руслан Хикметович МАШАДИЕВ Pożizzjoni(jiet): Ex-Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 1 Kap attwali tal-Kolonja Penali Nru 1 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Kap u eks Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 1, Ruslan Mashadzeou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, ikkawżat lill-priġunieri politiċi u lil ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u fil-protesti paċifiċi sussegwenti. Kien il-kap tal-kolonja penali fil-perjodu tal-mewt tal-priġunier politiku Vitold Ashurak fil-21 ta’ Mejju 2021 fil-kolonja penali, f’ċirkostanzi mhux spjegabbli. Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 203. Siarhei Uladzimiravich KARCHEUSKY Sergey Vladimirovitch KARCHEVSKIY Сяргей Уладзiмiравiч КАРЧЭЎСКI Сергей Владимирович КАРЧЕВСКИЙ Pożizzjoni(jiet): Maġġur kap tad-dipartiment tar-reġim tal-Kolonja penali Nru 17 Shklow Data tat-twelid: 15.6.1983 Indirizz: 6 Fatina str, apt. 100, Mogilev, Belarus Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 3150683MO74PB5 Bħala kap tad-dipartiment tar-reġim tal-Kolonja Penali Nru 17 fi Shklow, Siarhei Kharcheusky huwa direttament responsabbli għall-kundizzjonijiet inumani ta’ detenzjoni fil-kolonja, għall-prattiki vjolenti u t-trattamenti ħżiena imposti fuq il-priġunieri, b’mod partikolari fuq il-priġunieri politiċi. Huwa kien involut personalment fit-twettiq ta’ swat u atti oħra ta’ vjolenza estrema kontra l-priġunieri u huwa direttament involut u responsabbli għall-mewt tal-priġunier politiku Vitold Ashurak f’dik il-kolonja penali, fil-21 ta’ Mejju 2021. Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 204. Siarhei Vasilyevich MASLIUKOU Sergey Vasilyevich MASLIUKOV Сяргей Васiльевiч МАСЛЮКОЎ Сергей Васильевич МАСЛЮКОВ Pożizzjoni(jiet): Kap Kurunell tas-servizz intern tal-Kolonja Edukattiva Nru 2 f’Bobruysk Post tat-twelid: Shklov, il-Belarussja Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Indirizz issuspettat: Bobruysk Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Kap Kurunell tas-servizz intern tal-Kolonja Edukattiva Nru 2 f’Bobruysk, Siarhei Masliukou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti ta’ minuri. Huwa responsabbli milli ssoġġetta tfal għall-ġuħ, it-tortura, ix-xogħol furzat, u diversi forom ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika. Huwa responsabbli wkoll milli ċaħħad lil ħabsin taħt l-età mill-aċċess għall-kura medika. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 205. Sviatlana Aliaksandrauna BANDARENKA Svetlana Aleksandrovna BONDARENKO Святлана Аляксандраўна БАНДАРЭНКА Светлана Александровна БОНДАРЕНКО Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-qorti tad-distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tad-distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk, Sviatlana Bandarenka hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament. Hija kkundannat diversi ċittadini Belarussi talli pparteċipaw fi protesti u ppubblikaw kummenti kontra l-gvern fuq Telegram. Hija kkundannat ukoll lill-ġurnalista Ekaterina Borisevich u lit-tabib tal-isptar ta’ emerġenza Artyom Sorokin talli żvelaw sigrieti mediċi dwar Roman Bondarenko, li ġie msawwat għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 206. Sviatlana Paulauna PAKHODAVA Svetlana Pavlovna POKHODOVA Святлана Паўлаўна ПАХОДАВА Светлана Павловна ПОХОДОВА Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Kolonja Penali Nru 4 għan-nisa f’Gomel Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa Post suspettat: Gomel Fil-pożizzjoni tagħha ta’ Kap tal-Kolonja Penali Nru 4 għan-nisa f’Gomel, Sviatlana Pakhodava hija responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, imposta fuq il-priġunieri politiċi u ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali femminili. Hija kienet diġà l-kap tal-kolonja penali fiż-żmien tal-prosekuzzjoni ta’ Maria Kalesnikava, priġuniera politika li ngħatat sentenza ta’ 11-il sena priġunerija għall-parteċipazzjoni tagħha fil-protesti kontra l-ħakma awtoritarja ta’ Aliaksander Lukashenko fil-kolonja penali. Hija ġiet imċaħħda mid-drittijiet kollha tal-priġunieri, inkluż id-dritt li tikkonsulta avukat. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 207. Tatsiana Valerieuna PIROZHNIKAVA Tatiana Valeryevna PIROZHNIKOVA Таццяна Валер’еўна ПIРОЖНIКАВА Татьяна Валерьевна ПИРОЖНИКОВА Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-qorti tad-distrett ta’ Moscovsky ta’ Minsk Data tat-twelid: 8.1.1987 Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa ID personali: 4010887M019PB2 Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tad-distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk, Tatsiana Pirozhnikava kkundannat diversi ċittadini Belarussi għal raġunijiet politiċi, inkluż għall-parteċipazzjoni tagħhom fi protesti u għall-pubblikazzjoni ta’ kummenti kontra l-gvern fuq Telegram. Huwa ddokumentat li xi kultant qed tagħti sentenzi aktar iebsa minn dawk mitluba mill-prosekutur. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 208. Tatsiana Aliaksandrauna GRAKUN Tatyana Alexandrovna GRAKUN Таццяна Аляксандраўна ГРАКУН Татьяна Александровна ГРАКУН Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Anzjan fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Reġjun ta’ Minsk għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f’Kawżi Kriminali, Kunsillier Superjuri tal-Ġustizzja Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa Tatsiana Grakun hija prosekutur Belarussu li sservi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Reġjun ta’ Minsk. F’din il-pożizzjoni hija rrappreżentat lir-reġim ta’ Lukashenka f’każijiet politikament motivati kontra ġurnalisti. B’mod partikolari, hija ħarrket lil Maryna Zolatava, kap editur ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs, u Liudmila Chekina, direttur ġenerali ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs f’Marzu 2023, abbażi tal-akkużi infondati ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja. Għalhekk Tatsiana Grakun hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 209. Valyantsina Mikalaeuna ZIANKEVICH Valentina Nikolaevna ZENKEVICH Валянцiна Мiкалаеўна ЗЯНКЕВIЧ Валентина Николаевна ЗЕНЬКЕВИЧ Pożizzjoni(jiet): Kulleġġ Ġudizzjarju għall-Kawżi Kriminali tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk, Imħallef Data tat-twelid: 8.1.1969 Sess: mara Nazzjonalità: Belarussa Valyantsina Ziankevich hija mħallef Belarussu li sservi f’Collegium Ġudizzjarju għal Każijiet Kriminali tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk. Hija ħarġet deċiżjonijiet motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Hija kkundannat mill-inqas seba’ ċittadini Belarussi għal raġunijiet politiċi, inkluż Maryna Zolatava, il-kap editur ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs, u Liudmila Chekina, direttur ġenerali ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs f’Marzu 2023. Mill-2022, hija għandha storja dokumentata ta’ ħruġ ta’ deċiżjonijiet politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 210. Yauhen Valerievich BUBICH Yevgeniy Valerievich BUBICH Яўген Валер’евiч БУБIЧ Евгений Валерьевич БУБИЧ Pożizzjoni(jiet): Kap tal-kolonja Penali Nru 2; Logutenent Kurunell tas-servizz intern Data tat-twelid: 3.6.1979 Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Indirizz: Bobruysk, st. Kovzana 60, apartment 42; Bobruysk, st. Kovzana 5/485; Bobruysk, st. Internationalnaya 66B, apartment 31 Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kap tal-Kolonja Penali Nru 2 f’Bobruysk, Yauhen Bubich huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, ix-xogħol furzat, il-vjolenza fiżika u psikoloġika, imwettqa fuq il-priġunieri. Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 211. Yuri Ivanavich VASILEVICH Yuriy Ivanovich VASILEVICH Юры Iванавiч ВАСIЛЕВIЧ Юрий Иванович ВАСИЛЕВИЧ Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Kolonja Penali Nru 14 f’Novosady Sess: raġel Nazzjonalità: Belarussa Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Kap tal-Kolonja Penali Nru 14, Yuri Vasilevich huwa responsabbli għat-trattament ħażin tad-detenuti miżmuma taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, imposta fuq il-priġunieri politiċi u ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali. Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 212. Raman Ivanavich BIZIUK Roman Ivanovich BIZYUK Раман Iванавiч БIЗЮК Роман Иванович БИЗЮК Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Data tat-twelid: 25.3.1986 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel ID personali: 3250386H012PB7 Indirizz: Minsk, 30 Masherova Ave., apt. 25 Fil-pożizzjoni ta’ prosekutur fil-Qorti Muniċipali ta’ Minsk, Raman Biziuk irrappreżenta lir-reġim ta’ Lukashenka f’bosta kawżi politikament motivati, b’mod partikolari kontra Marfa Rabkova u Andrei Chapiuk, li rċievew verdetti eċċezzjonalment twal ta’ 15 u sitt snin ħabs rispettivament, u t-tmien kokonvenuti tagħhom li rċevew verdetti tal-ħabs ta’ bejn ħamsa u 17-il sena. Marfa Rabkova ntbagħtet il-ħabs fuq akkużi politikament motivati ta’ taħriġ ta’ persuni biex jipparteċipaw f’irvellijiet tal-massa jew il-finanzjament ta’ attivitajiet bħal dawn għall-koordinazzjoni tas-servizz ta’ volontarjat fil-grupp tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment Viasna u l-organizzazzjoni tal-monitoraġġ tal-elezzjoni f’Awwissu 2020. Hija ddokumentat ukoll każijiet ta’ tortura u trattament ħażin ieħor kontra dimostranti detenuti. Marfa Rabkova kienet waħda mill-ewwel membri ta’ Viasna li kienet fil-mira tal-awtoritajiet b’akkużi kriminali politikament motivati wara l-protesti f’Awwissu 2020. Andrei Chapiuk ġie akkużat għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali u l-inċitament ta’ mibegħda fost affarijiet oħra, għall-impenn tiegħu bħala voluntier fi Viasna. Il-proċess tagħhom inżamm bil-bibien magħluqa fuq talba tal-prosekutur Raman Biziuk u l-approvazzjoni mill-imħallef Siarhei Khrypach minħabba l-eżistenza allegata ta’ materjal ta’ natura estremista fil-każ. Raman Biziuk huwa responsabbli wkoll għall-prosekuzzjoni politikament motivata kontra l-kokonvenuti fl-istess proċess, jiġifieri, Akihiro Haeuski-Hanada, Alyaksandr Frantaskevich, Alykaksei Galauko, Alyaksandr Kazlyanka, Pavel Shpteny, Mikita Dranets, Andrei Marach u Daniil Chul. Huwa responsabbli wkoll għall-akkużi politikament motivati kontra Andrei Linnik u Anton Bialenski kif ukoll kontra Dzmitry Kanapelka, Vitalii Kavalenka, Tsimur Pipiya, Dzianis Boltuts, Vital Shyshlou u Emil Huseinau. Għalhekk Raman Biziuk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja. 3.8.2023 213. Siarhei Fiodaravich KHRYPACH Sergey Fedorovich KHRIPACH Сяргей Фёдаравiч ХРЫПАЧ Сергей Федорович ХРИПАЧ Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Muniċipali ta’ Minsk Data tat-twelid: 16.4.1966 Post tat-twelid: Minsk, Belarussja Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel ID personali: 3160466A077PB2 Indirizz: Minsk, st. Odintsova 105, apt. 206 Fil-pożizzjoni ta’ mħallef fil-Qorti Muniċipali ta’ Minsk, Siarhei Khrypach irrappreżenta lir-reġim ta’ Lukashenka f’bosta kawżi politikament motivati, b’mod partikolari kontra Marfa Rabkova, Andrei Chapiuk li rċievew sentenzi eċċezzjonalment twal ta’ 15 u sitt snin ħabs, rispettivament, u t-tmien kokonvenuti tagħhom li rċevew sentenzi ta’ kustodja ta’ bejn ħamsa sa 17-il sena. Marfa Rabkova ntbagħtet il-ħabs fuq akkużi politikament motivati ta’ taħriġ ta’ persuni biex jipparteċipaw f’irvellijiet tal-massa jew il-finanzjament ta’ attivitajiet bħal dawn għall-koordinazzjoni tas-servizz ta’ volontarjat fil-grupp tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment Viasna u l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tal-elezzjoni f’Awwissu 2020. Hija ddokumentat ukoll każijiet ta’ tortura u trattament ħażin ieħor kontra dimostranti detenuti. Marfa Rabkova kienet waħda mill-ewwel membri ta’ Viasna li kienet fil-mira tal-awtoritajiet b’akkużi kriminali politikament motivati wara l-protesti f’Awwissu 2020. Andrei Chapiuk ġie akkużat għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali u l-inċitament għall-mibegħda fost affarijiet oħra, għall-impenn tiegħu bħala voluntier fi Viasna. Il-proċess tagħhom inżamm bil-bibien magħluqa fuq talba tal-prosekutur Raman Biziuk u bl-approvazzjoni tal-imħallef Siarhei Khrypach minħabba l-eżistenza allegata ta’ materjali ta’ natura estremista fil-każ. Siarhei Khrypach huwa responsabbli wkoll għat-tmexxija tal-proċess u l-verdetti politikament motivati kontra l-kokonvenuti fl-istess proċess, jiġifieri, Akihiro Haeuski-Hanada, Alyaksandr Frantaskevich, Alykaksei Galauko, Alyaksandr Kazlyanka, Pavel Shpteny, Mikita Dranets, Andrei Marach u Daniil Chul. Siarhei Khrypach huwa responsabbli wkoll għall-verdett politikament motivat kontra Yegor Dudnikov f’Mejju 2021. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja. 3.8.2023 214. Vadzim Frantzavich GIGIN Vadim Franzevich GIGIN Vadzim HIHIN Вадзiм Францавiч ГIГIН Вадим Францевич ГИГИН Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-Librerija Nazzjonali tal-Belarussja, eks Kap tas-soċjetà governattiva tal-Belarussja Knowledge u Dekan tal-Fakultà tal-Filosofija u x-Xjenzi Soċjali tal-Università tal-Istat tal-Belarussja, kandidat għax-Xjenza Storika. Data tat-twelid: 21.10.1977 Post tat-twelid: Minsk, qabel Belarussian SSR (issa Belarussja) Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Vadzim Gigin huwa wieħed mill-aktar membri vokali u influwenti tas-sistema tal-propaganda tal-istat Belarussu. Huwa jappoġġa sistematikament ir-reġim ta’ Lukashenka u spiss jippreżenta l-fehmiet tiegħu fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-istat ONT u l-Belarus 1. Vadzim Gigin appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili u tal-media indipendenti, b’mod partikolari wara l-elezzjonijiet presidenzjali f’Awwissu 2020. Vadzim Gigin ixerred in-narrattivi ta’ propaganda tiegħu dwar reġim nazista fl-Ukrajna, u jiddiskredita lill-Punent u jiġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Sa Ġunju 2023, Vadzim Gigin kien il-kap tas-soċjetà Belarussa Knowledge, li hija magħrufa bħala organizzazzjoni mhux governattiva sponsorjata mill-istat li tippromwovi lil Lukashenka u r-reġim tiegħu. Il-kontribut ta’ Gigin għar-reġim ġie rikonoxxut minn Lukashenka f’Settembru 2021 meta Gigin irċieva l-midalja For Labor Merits. Barra minn hekk, fi Frar 2023 inħatar bħala membru tal-Kummissjoni biex jikkunsidra l-appelli taċ-ċittadini Belarussi barra mill-pajjiż dwar reati mwettqa minnhom, immexxija mill-Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja Andrei SHVED. Għalhekk, Vadzim Gigin qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. 3.8.2023 215. Ksenia Piatrouna LEBEDZEVA Ksenia Petrovna LEBEDEVA Ксенiя Пятроўна ЛЕБЕДЗЕВА Ксения Петровна ЛЕБЕДЕВА Pożizzjoni(jiet): Propagandista u impjegata tal-istazzjon tal-istat Belarus 1 u Belarus News Agency Data tat-twelid: 12.12.1987 Post tat-twelid: Mogilev, qabel Belarussian SSR (issa Belarus) Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Ksenia Lebedzeva hija waħda mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta’ Lukashenka u hija assoċjata mill-qrib mal-media tar-reġim. Hija preżentatriċi tat-TV Belarussu fl-istazzjon tal-Istat Belarus 1. Minn Lulju 2021, hija ospitat il-programm ta’ informazzjoni u analiżi This is different fl-istazzjon televiżiv proprjetà tal-Istat Belarus 1. Fil-kolonna u r-rapporti tagħha għall-istazzjon televiżiv Belarus 1, hija tippromwovi propaganda Russa rigward il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u propaganda tal-istat tal-Belarussja diretta kontra l-oppożizzjoni u l-pajjiżi ġirien. Ksenia Lebedzeva qed tippromwovi l-idea li l-Ukrajna, flimkien man-NATO, ilha tniedi operazzjonijiet speċjali ta’ informazzjoni u psikoloġiċi kontra l-Belarussja mill-2020 u n-narrattiva ta’ Lukashenka li r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni huma ffinanzjati mill-pajjiżi tal-Punent. Fis-16.1.2021, Ksenia Lebedzeva ngħatat bi gratitudni mill-President Lukashenka għal kontribut sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ informazzjoni tal-istat, professjonaliżmu għoli, kopertura oġġettiva u komprensiva tal-avvenimenti tal-ħajja soċjopolitika u soċjokulturali tal-pajjiż. Għalhekk, Ksenia Lebedeva qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. 3.8.2023 216. Zinaida Vasilieuna BALABALAVA Zinaida Vasilievna BALABALAVA Зiнаiда Васiльеўна БАЛАБАЛАВА Зинаида Васильевна БАЛАБОЛАВА Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Navapolatsk Sess: mara Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Navapolatsk, Zinaida Balabalava hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna tal-mexxej tat-trade unions Volha Bytsikava, u tal-attivisti Hanna Tukava u Andrei Halavyryn. Hija ssoġġettat persuni għal multi u arresti talli ppubblikaw sinjali li jgħidu le għall-gwerra jew għar-rappurtar indipendenti ta’ proċessi kriminali. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 217. Halina KNIZHONAK Galina KNIZHONAK Галiна КНIЖОНАК Галина КНИЖОНАК Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Mazyr Sess: mara Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti distrettwali ta’ Mazyr, Halina Knizhonak hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Hleb Koipish, Uladzislau Hancharou, Aliaksandr Tsimashenka u Daniil Skipalski. Hija kkundannat persuni għall-ħabs talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim ta’ Lukashenka. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 218. Hanna Barisauna LIAVUSIK Anna Borisovna LEUSIK Ганна Барысаўна ЛЯВУСIК Анна Борисовна ЛЕУСИК Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-qorti distrettwali ta’ Leninsky ta’ Hrodna/Grodno Data tat-twelid: 7.10.1973 Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Indirizz: Grodno, st. Soviet Border Guards 120, apt. 47 ID personali: 4071073K000PB2 Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti distrettwali ta’ Leninski ta’ Hrodna, Hanna Liavusik hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Alexander Tyelega. Hija kkundannat persuni billi tat multi u sentenzi ta’ ħabs talli tkellmu kontra l-vjolenza u r-repressjoni. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 219. Henadz Ivanavich KUDLASEVICH Gennadiy Ivanovich KUDLASEVICH Генадзь Iванавiч КУДЛАСЕВIЧ Геннадий Иванович КУДЛАСЕВИЧ Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Ivanovsky Data tat-twelid: 5.5.1973 Post tat-twelid: Tereblychi, Stolin District, qabel Belarussian SSR (issa Belarussja) Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Ivanovsky, Henadz Kudlasevich huwa responsabbli għal diversi sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Yuryi Holik. Huwa kkundanna persuni billi ta sentenzi ta’ ħabs, detenzjoni domiċiljari u multi talli pprotestaw kontra l-gvern jew għal rappurtar indipendenti. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 220. Ina Leanidauna PAULOUSKAYA Inna Leonidovna PAVLOVSKAYA Iна Леанiдаўна ПАЎЛОЎСКАЯ Инна Леонидовна ПАВЛОВСКАЯ Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Baranovichi Data tat-twelid: 29.7.1975 Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Indirizz: Baranovichi, st. Mikolskaya 32 ID personali: 4290775C016PB9 Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Baranovichi, Ina Paulouskaya hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Vitaly Korsak u Anatoly Pugach. Hija kkundannat persuni billi tat sentenzi ta’ ħabs u multi talli kkritikaw lill-President Lukashenka u pprotestaw kontra l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 221. Aliaksandr Mikalaevich TARAKANAU Alexander Nikolaevich TARAKANOV Аляксандр Мiкалаевiч ТАРАКАНАЎ Александр Николаевич ТАРАКАНОВ Pożizzjoni(jiet): Qorti Distrettwali ta’ Shklov, Reġjun ta’ Mogilev, Imħallef Data tat-twelid: 19.5.1965 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Aliaksandr Tarakanau huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Shklov fir-Reġjun ta’ Mogilev. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka b’mod indefinit fl-2017. Huwa ta prinċipalment sentenzi li żiedu l-pieni kontra l-avversarji politiċi tal-awtoritajiet Belarussi, speċjalment fil-kuntest tat-tibdil ta’ sentenzi imposti għal priġunerija assoluta jew reġim aktar strett għall-iskontar ta’ tali sentenzi. Deċiżjoni bħal din ittieħdet fil-każ tal-filosfu u l-ġurnalist Uladzimir Matskievich li huwa assoċjat mal-istazzjoni televiżiv indipendenti Belsat. Għalhekk Aliaksandr Tarakanau huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 222. Dzmitriy Vitalevich BUBENCHIK Dmitriy Vitalievich BUBENCHIK Дзмiтрый Вiтальевiч БУБЕНЧЫК Дмитрий Витальевич БУБЕНЧИК Pożizzjoni(jiet): Qorti Reġjonali ta’ Grodno, Imħallef Data tat-twelid: 15.7.1985 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Dzmitriy Bubenchik huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Grodno. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Fit-8 ta’ Frar 2023 huwa kkundanna lil Andrzej Poczobut, ġurnalist indipendenti u attivist ta’ minoranza Pollakka li jikkritika lill-gvern tar-Repubblika tal-Belarussja, għal tmien snin ħabs. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 223. Aleg Uladzimiravich KHOROSHKA Oleg Vladimirovich KHOROSHKO Алег Уладзiмiравiч ХОРОШКА Олег Владимирович ХОРОШКО Pożizzjoni(jiet): Qorti Reġjonali ta’ Gomel, Imħallef Data tat-twelid: 22.5.1977 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Aleg Khoroshka huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Gomel. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi, li jinkludu ġurnalist tal-istazzjon televiżiv indipendenti Belsat, Katsiaryna Andreyeva li rċeviet senenza ta’ tmien snin u tliet xhur f’kolonja penali. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 224. Anastasia Uladzimirouna BENEDZISIUK Anastasia Vladimirovna BENEDISYUK Анастасiя Уладзiмipаўна БЕНЕДЗIСЮК Анастасия Владимировна БЕНЕДИСЮК Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tar-Reporters tal-Aġenzija tal-Aħbarijiet tat-TV fl-istazzjon televiżiv tal-Istat Nazzjonali Belarus 1 TV Data tat-twelid: 31.10.1992 Post tat-twelid: Oshmyan, Belarussja Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Anastasia Benedzisiuk hija waħda mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta’ Lukashenka u l-Kap tad-Dipartiment tar-Reporters fl-Aġenzija tal-Aħbarijiet tat-TV, li tħejji rapporti għall-istazzjon televiżiv Belarus 1. Hija tospita l-programm ta’ informazzjoni Plan B fl-istazzjon televiżiv Belarus 1 li huwa proprjetà tal-istat. Fil-programm u r-rapporti tagħha għall-istazzjon televiżiv Belarus 1, hija qed ixxerred in-narrattivi tal-propaganda Russa dwar reġim nazi fl-Ukrajna, il-forzi armati Ukreni, kif ukoll l-propaganda tal-President Lukashenka kontra l-oppożizzjoni Belarussa u r-reġim ta’ Kalinousky. Hija qed ixxerred propaganda kontra s-sanzjonijiet tal-Punent. Fl-2023, Anastasia Benedzisiuk ingħatat premju uffiċċjali bi gratitudni minn Lukashenka għal kontribut sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ informazzjoni tal-istat, professjonaliżmu għoli, kopertura oġġettiva u komprensiva tal-avvenimenti tal-ħajja soċjopolitika u soċjokulturali tal-pajjiż. Għaldaqstant hija qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. 3.8.2023 225. Yauhen PUSTAVY Yevgeniy PUSTOVOY Яўген ПУСТАВЫ Евгений ПУСТОВОЙ Funzjoni: Propagandista u xandar Belarussu Data tat-twelid: 29.2.1984 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Yauhen Pustavy huwa propagandist Belarussu li jaħdem għal Stolichnoye Televideniye, wieħed mit-tliet stazzjonijiet televiżivi nazzjonali fil-Belarussja, u għal Minskaya Prauda, gazzetta tal-istat. Huwa responsabbli għat-tixrid tal-propaganda b’appoġġ għall-politiki ta’ Lukashenka u li tiġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huwa ngħata premju minn Lukashenka għall-merti tiegħu fl-iżvilupp tal-politika ta’ informazzjoni tal-Istat. Barra minn hekk, huwa membru tal-Kummissjoni tal-Istat bl-għan li jivverifika r-refuġjati politiċi li jixtiequ jirritornaw lejn il-Belarussja. Din il-kummissjoni nħolqot minn Lukashenka bl-għan politiku li turi r-refuġjati li jirritornaw lejn il-Belarussja bħala persuni li jiddispjaċihom dwar l-azzjonijiet tagħhom kontra r-reġim ta’ Lukashenka. Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. 3.8.2023 226. Alena Stanislavauna HARMASH Alena Stanislavovna GORMASH Алена Станiславаўна ГОРМАШ Елена Станиславовна ГОРМАШ Funzjoni: Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk, Imħallef Data tat-twelid: 10.9.1967 Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Alena Harmash hija mħallef Belarussa li sservi f’Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk. Hija ħarġet sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Hija kkundannat sitt sostenituri u attivist tal-oppożizzjoni għal raġunijiet politiċi. Hija għandha passat dokumentat sa mill-2020 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 227. Andrei Ramanavich TARASEVICH Andrei Romanovich TARASEVICH Андрэй Раманавiч ТАРАСЕВIЧ Андрей Романович ТАРАСЕВИЧ Funzjoni: Qorti Distrettwali ta’ Glubokoye, Imħallef Data tat-twelid: 10.11.1974 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Andrei Tarasevich huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Glubokoye. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Huwa kkundanna mill-inqas 13-il ċittadin Belarussu għal raġunijiet politiċi. Huwa għandu passat dokumentat mill-2017 sal-2023 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 228. Hanna Mikhailauna ASIPENKA Anna Mikhailovna OSIPENKO Ганна Мiхайлаўна АСIПЕНКА Анна Михайловна ОСИПЕНКО Funzjoni: Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk Data tat-twelid: 7.12.1982 Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Hanna Asipenka hija mħallef Belarussa li sservi f’Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk. Hija ħarġet sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Bejn l-2020 u l-2023, ħadet sehem attiv fis-sentenzi ta’ avversarji politiċi tar-reġim. Matul dak il-perjodu, hija tat mill-inqas 13-il sentenza, inkluż fil-każijiet ta’ żewġ ġurnalisti tal-media indipendenti. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 229. Iryna Uladzimirauna PADKAVYRAVA Irina Vladimirovna PODKOVYROVA Iрына Уладзiмiраўна ПАДКАВЫРАВА Ирина Владимировна ПОДКОВЫРОВА Funzjoni: Prosekutur Data tat-twelid: 22.9.1972 Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Iryna Padkavyrava hija prosekutur Belarussa. Hija ilha assoċjata mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni mill-inqas mill-2009, meta serviet bħala prosekutur anzjan fir-reġjun ta’ Gomel. Fl-2022, hija aġixxiet bħala prosekutur fil-proċess ta’ ġurnalist indipendenti affiljat ma’ TVP u Belsat TV. Dak iż-żmien, hija talbet sentenza ta’ erba’ snin ħabs għall-ġurnalista. Hija ħadet sehem ukoll fil-kunsiderazzjoni ta’ appelli kontra sentenzi mogħtija għal interventi fuq il-media soċjali Belarussa li ma kinux favorevoli għall-gvern u għall-uffiċjali tiegħu. Bħala prosekutur, hija appoġġat il-penali, filwaqt li kkunsidrathom adegwati u ġusti. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 230. Ludmila Stsiapanauna VASHCHANKA Ludmila Stiepanovna VASHCHENKO Людмiла Сцяпанаўна ВАШЧАНКА Людмила Степановна ВАЩЕНКО Funzjoni: Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Glubokoye Data tat-twelid: 22.9.1972 Nazzjonalità: Belarussa Sess: mara Liudmila Vashchanka hija mħallef Belarussa li sservi f’Qorti Distrettwali ta’ Glubokoye. Hija ħarġet sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Hija għandha passat dokumentat mill-2007 sal-2023 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Matul dan il-perjodu, hija kkundannat mill-inqas disa’ ċittadini Belarussi, inkluż partitarji u attivisti tal-oppożizzjoni, għal raġunijiet politiċi. Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 231. Uladzimir Aliaksandravich DAVYDAU Vladimir Alexandrovich DAVYDOV Уладзiмiр Аляксандравiч ДАВЫДАЎ Владимир Александрович ДАВЫДОВ Funzjoni: Imħallef tal-Qorti Suprema tal-Belarussja Data tat-twelid: 11.4.1967 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Uladzimir Davydau huwa mħallef Belarussu li jservi fil-Qorti Suprema tal-Belarussja. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka b’mod indefinit fl-2014. L-imħallef Davydau qata’ sentenzi prinċipalment dwar appelli rigward sentenzi ta’ ħabs għal attivisti politiċi u ġurnalisti. Huwa ma bidel xejn minn dawk is-sentenzi. Tali deċiżjoni ttieħdet fil-każ tal-ġurnalist ta’ Belsat, Pavel Vinahradau. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 232. Viachaslau Uladzimiravich YELISEENKA Vyacheslav Vladimirovich ELISEENKO Вячаслаў Уладзiмiравiч ЕЛIСЕЕНКА Вячеслав Владимирович ЕЛИСЕЕНКО Funzjoni: Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Dokshitsy Data tat-twelid: 10.4.1979 Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Viachaslau Yeliseenka huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Dokshitsy. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Huwa kkundanna għaxar ċittadini Belarussi għal raġunijiet politiċi. Huwa għandu storja dokumentata mill-2018 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023 233. Anton Uladzimiravich KALYAGA Anton Vladimirovich KOLYAGO Антон Уладзiмiравiч КАЛЯГА Антон Владимирович КОЛЯГО Funzjoni: Investigatur prinċipali - investigatur għal każijiet partikolarment importanti tad-Direttorat Ewlieni għall-Investigazzjoni ta’ Reati fl-Isfera tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Investigattiv, Maġġur tal-Ġustizzja Data tat-twelid: 2.10.1989 Post tat-twelid: Minsk, Republic of Belarus Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel Anton Kalyaga huwa investigatur tad-Direttorat Ewlieni għall-Investigazzjoni ta’ Reati fl-Isfera tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Investigattiv tar-Repubblika tal-Belarussja. Hu jmexxi l-kawża kriminali kontra l-membri ta’ Viasna. Il-proċedimenti ġudizzjarji kontra Ales Bialiatski, Valianstin Stefanovich u Uladzimir Labkovich jinkludu għadd kbir ta’ irregolaritajiet u l-perjodu ta’ investigazzjoni ġie estiż artifiċjalment mill-awtoritajiet f’tentattiv ta’ fabbrikazzjoni ta’ evidenza, li jaqbeż il-limitu ta’ żmien stabbilit mil-liġi tal-Belarus u l-istandards internazzjonali li jirregolaw id-dritt għal smiegħ xieraq. L-investigazzjoni u l-proċess tal-kawża ta’ Viasna ma kkonformawx mal-istat tad-dritt. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja. 3.8.2023

(2) il-persuni ġuridiċi li ġejjin jiżdiedu mat-tabella B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1): Ismijiet (Translitterazzjoni tal-ortografija Belarussa) (Translitterazzjoni tal-ortografija Russa) Ismijiet (ortografija Belarussa) (ortografija Russa) Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni Raġunijiet għall-elenkar Data tal-elenkar 36. Open Joint Stock Company MINSK ELECTROTECHNICAL PLANT NAMED AFTER V. I. KOZLOV Адкрытае акцыянернае таварыства МIНСКI ЭЛЕКТРАТЭХНIЧНЫ ЗАВОД IМЯ В.I.КАЗЛОВА Открытое акционерное общество МИНСКИЙ ЭЛЕКТРОТЕХНИЧЕСКИЙ ЗАВОД ИМЕНИ В.И.КОЗЛОВА/ОАО МЭТЗ ИМ. В.И.КОЗЛОВА Indirizz: Room 502, 4, Uralskaya st., Minsk 220037, Republic of Belarus Tip ta’ entità:Kumpanija proprjetà tal-Istat Post tar-reġistrazzjoni: 4, Uralskaya st., Minsk 220037, Republic of Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 1.3.1994 Numru tar-reġistrazzjoni: 100211261(УНП) Post prinċipali tan-negozju: Belarus Sit web tal-kumpanija: www.metz.by Posta elettronika tal-kumpanija: urist@metz.by Telefown tal-kumpanija: 8017 230 11 22 OJSC Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov hija intrapriża tal-istat, waħda mill-akbar produtturi ta’ tagħmir tal-elettriku fl-Ewropa u waħda mill-ġganti industrijali tal-Belarussja. Bħala tali, hija sors ewlieni ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. L-impjegati ta’ OJSC Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov li ħadu sehem fi protesti u strajkijiet paċifiċi wara l-elezzjonijiet frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew mhedda b’sensji u intimidati mill-maniġment tal-kumpanija. Aktar tard il-ħaddiema tkeċċew minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fl-istrajkijiet. Għalhekk, OJSC Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Barra minn hekk, OJSC Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 37. Open joint stock company Byelorussian Steel Works – management company of Byelorusssian Metallurgical Company holding a.k.a. OJSC BSW (BMZ) - management company of BMC holding Адкрытае акцыянернае таварыства “Беларускi металургiчны завод - кiруючая кампанiя холдынгу Беларуская металургiчная кампанiя a.k.a. ААТ “БМЗ - кiруючая кампанiя холдынгу БМК Открытое акционерное общество “Белорусский металлургический завод- управляющая компания холдинга Белорусская металлургическая компания a.k.a. ОАО “БМЗ- управляющая компания холдинга БМК Indirizz: 37, Promyshlennaya Street, Zhlobin,Gomel region, Belarus, 247210 Tip ta’ entità: Kumpanija b’ishma konġunti miftuħa Post tar-reġistrazzjoni: Zhlobin, Gomel region, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 24.4.1991 bħala БЕЛОРУССКИЙ МЕТАЛЛУРГИЧЕСКИЙ ЗАВОД, 11.9.1996 bħala Государственное предприятие - Белорусский металлургический завод, 1.12.1997 bħala Белорусский металлургический завод, 3.11.1999 bħala Республиканское унитарное предприятие Белорусский металлургический завод, 1.1.2012 bħala Открытое акционерное общество Белорусский металлургический завод". Numru tar-reġistrazzjoni: 400074854 Post prinċipali tan-negozju: Zhlobin, Gomel region, Belarus OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża BMC hija intrapriża statali unika fl-industrija metallurġika fil-Belarussja u fost l-akbar kumpaniji fil-pajjiż. Bħala tali, hija sors sostanzjali ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. L-Istat Belarussu qed jagħmel profitt dirett mill-qligħ magħmul minn OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża BMC. Barra minn hekk, il-kumpanija tirċievi għotjiet kbar mill-gvern u appoġġ politiku mir-reġim ta’ Lukashenka. Id-direttur ġenerali ta’ OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża BMC inħatar personalment mill-President Lukashenka. L-impjegati ta’ OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-azjenda BMC li pprotestaw u bdew strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja tkeċċew. Minn dakinhar ’l hawn, l-intrapriża għadha tieħu miżuri kontra l-impjegati li qed jippruvaw jorganizzaw strajks permezz ta’ theddid u sensji. Għalhekk, OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża BMC qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Għaldaqstant, hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. 3.8.2023 38. Belneftekhim -Belarusian State Concern for Oil and Chemistry Белнафтахiм — Беларускi дзяржаўны канцэрн па нафце i хiмii Белнефтехим, Белорусский государственный концерн по нефти и химии Indirizz: 73, Dzerzhinskogo Street, Minsk, 220116 Tip ta’ entità: Entità statali Post tar-reġistrazzjoni: 73 Dzerzhinskogo Street, Minsk, 220116 Data tar-reġistrazzjoni: 21.7.1997. Numru tar-reġistrazzjoni: 101272253 Post prinċipali tan-negozju: Minsk, Belarus L-Entità Statali tal-Belarussja għaż-Żejt u l-Kimika (Belneftekhim) hija waħda mill-akbar kumplessi industrijali tar-Repubblika tal-Belarussja u tikkonsisti minn diversi kumpaniji oħra tal-Istat stabbiliti fl-1997. Aliaksandr Lukashenka jqis lil Belneftekhim hija waħda mill-aktar entitajiet importanti u strateġiċi fil-Belarussja. B’mod partikolari, Belneftekhim tirrappreżenta assi fundamentali għall-ekonomija u l-politika barranija tal-Belarussja, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn ir-Russja u l-Belarussja fl-iżvilupp ta’ suq komuni taż-żejt. Isiru konsultazzjonijiet regolari bejn l-entità u l-President Lukashenka. Belneftekhim tibbenefika mill-appoġġ ipprovdut mir-reġim ta’ Lukashenka, speċjalment fir-rigward tal-effetti tas-sanzjonijiet tal-Punent. Għaldaqstant, Belneftekhim qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. 3.8.2023

Versions

  1. 2023-08-03