Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/161 tat-23 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tas-Segretarjat tat-TKA b’appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

In forceVersion 2023-01-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/161@2023-01-23/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fis-16 ta’ April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/649.

(2) L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 jistipula li d-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3), jiġifieri fl-20 ta’ Mejju 2023.

(3) Fit-23 ta’ Settembru 2022, is-Segretarjat tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649, talab permezz ta’ ittra estensjoni mingħajr spejjeż ta’ ħames xhur tal-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Din l-estensjoni tippermetti lis-Segretarjat tat-TKA jlesti l-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649, li l-implimentazzjoni tagħhom intlaqtet b’mod negattiv minn dewmien fir-reklutaġġ, kif ukoll mill-pandemija tal-COVID-19.

(4) L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 sal-20 ta’ Ottubru 2023 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(5) Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/649 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/649, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-20 ta’ Ottubru 2023..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023. Għall-Kunsill Il-President J. Borrell Fontelles

Versions

  1. 2023-01-23