Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1634 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1634@2023-06-05/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 15(8) tiegħu,
Billi:
(1) L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jipprovdi metodi dettaljati għall-kalkolu tal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief.
(2) Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 huma bbażati fuq id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 stabbilita f’konformità mal-proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151. L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2173 biex titqies l-introduzzjoni tad-WLTP, billi ġie ċċarat kif iridu jiġu ddeterminati l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ tipi partikolari ta’ manifatturi. Madankollu, hija meħtieġa kjarifika ulterjuri għall-manifatturi li huma membri ta’ konsorzju sabiex jiġi previst il-metodu ta’ kalkolu għall-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għas-snin kalendarji mill-2021 sal-2024.
(3) Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu għall-miri tad-deroga applikabbli fis-snin kalendarji mill-2021 sal-2024. Għaċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-metodu ta’ kalkolu wkoll għall-miri tad-deroga applikabbli fis-snin kalendarji 2025 sa 2028, kif imsemmi fl-Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (c) ta’ dak ir-Regolament.
(4) Sabiex issir distinzjoni bejn il-każ ta’ vetturi bażi kompluti u inkompleti, id-definizzjoni tal-massa tat-test (TM) għall-massa tat-test medja f’kilogrammi tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha stabbilita fil-Parti B, il-punt 6.2.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jenħtieġ li tiġi adattata.
(5) L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 jispeċifikaw it-tip u l-format tad-data li trid tinġabar mill-Istati Membri, jew mill-manifatturi, u trażmessa kull sena lill-Kummissjoni dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Abbażi tal-esperjenza miksuba, sar evidenti li ċerti parametri ta’ monitoraġġ jistgħu jitneħħew sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ monitoraġġ, peress li dawk il-parametri ma jintużawx għall-kalkolu tal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi jew tal-emissjonijiet speċifiċi medji, u għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mingħajr ma tiġi mxekkla l-valutazzjoni robusta tal-konformità tal-manifatturi mal-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tagħhom. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiżdiedu ċerti parametri ġodda, b’mod partikolari għall-fini tal-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fis-servizz. Dawk il-bidliet fil-parametri jeħtieġ li jiġu riflessi għat-tip ta’ data li trid tinġabar fil-Parti A tal-Anness II u fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 kif ukoll għall-formati għall-ġbir tad-data fil-Parti B tal-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.
(6) L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 jagħti dettalji dwar proċedura għall-manifatturi biex jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri tal-massa fil-każ ta’ vetturi kummerċjali ħfief li huma approvati skont it-tip fi stadji multipli. Fil-każ ta’ vettura bażi individwali inkompleta, il-massa tal-vettura trid tiġi kkalkolata f’konformità mal-Parti A, il-punt 1.2.4 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631, filwaqt li jitqies il-valur tal-massa tal-karozzerija (B0), li ġie stabbilit għal 1,375 għall-kalkoli relatati mas-sena kalendarja 2021. Għas-snin kalendarji mill-2022 sal-2024, dak il-valur jenħtieġ li jiġi rivedut abbażi tal-medja tal-massa fi stat ta’ tħaddim ta’ vetturi bażi inkompleti ġodda rreġistrati fl-Unjoni fis-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020.
(7) Fin-nuqqas tad-data finali ta’ monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2020, ir-reviżjoni tal-valur B0 ma setgħetx tiġi ffinalizzata sal-31 ta’ Ottubru 2021 kif previst fil-Parti A, il-punt 1.2.4 tal-Anness III għar-Regolament (UE) 2019/631. Meta jitqies li r-reviżjoni tal-valur B0 bl-użu tad-data għas-snin kalendarji 2018 u 2019 biss kienet tirriżulta f’valur li kien qrib ħafna tal-valur B0 attwali u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u tiġi pprovduta ċertezza legali għall-manifatturi kkonċernati, huwa xieraq li jinżamm il-valur B0 applikabbli bħalissa għas-sena kalendarja 2022. Għas-snin kalendarji 2023 u 2024, il-valur B0 rivedut ġie kkalkolat abbażi tad-data ta’ monitoraġġ finali għall-vetturi kummerċjali ħfief għas-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020. Barra minn hekk, biex tiġi pprovduta ċertezza legali għall-manifatturi wara l-2024, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-valur B0 rivedut jibqa’ applikabbli wkoll fis-snin ta’ wara l-2024.
(8) Hija meħtieġa kjarifika biex jitqiesu aħjar il-modi differenti biex tiġi ddeterminata l-influwenza ajrudinamika fil-każ ta’ vetturi bażi N1 inkompleti bħala parti mill-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ monitoraġġ tas-CO2.
(9) Il-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 fiha ċerta informazzjoni relatata b’mod partikolari mal-proċedura tat-test regolatorju tal-NEDC li ma għadhiex valida, u għalhekk jenħtieġ li titħassar.
(10) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) L-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
(2) L-Anness II huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
(3) L-Anness III huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-punti li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024:
Artikolu 2
(a) il-punt 1(a)(ii) u (iii) u l-punt 2(b) u (c) tal-Anness II;
(b) il-punt 1(a)(iii) u (v) u l-punt 3(c) u (e) tal-Anness III.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
(1) Il-Parti A hija emendata kif ġej:
(1)
(a) jiddaħħal il-punt 3d li ġej:
(a)
3d. Għal konsorzju ffurmat f’konformità mal-Artikolu 6, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target ikkalkolati għal dak il-konsorzju kollu kemm hu. Fil-każ ta’ konsorzju li jkun għadu kif ġie ffurmat fis-snin 2021 sa 2024 jew bidla fis-sħubija ta’ konsorzju li kien jeżisti fl-2020, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target għall-konsorzju l-ġdid kollu kemm hu.;
(b) fil-punt 5, jiżdied il-punt (c) li ġej:
(b)
(c) Għal manifattur li jkun ingħata deroga f’konformità mal-Artikolu 10(4) għal kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji mill-2025 sal-2028, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi (Mira tad-deroga2025-2028) għandha tiġi kkalkolata kif ġej: Mira tad-deroga2025-2028 = WLTPCO2,measuredWLTPCO2· WLTPCO2,indNEDCCO2,ind·Mira2021·(1 – reduction factor2025) Għal manifattur bħal dan li ma kienx responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-2020 jew li għalihom id-WLTPCO2 kif definit fil-punt 3 jew l-NEDCCO2 kif definit fil-punt 3 huwa żero, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi (Mira tad-deroga2025-2028) għandha tiġi kkalkolata kif ġej: Mira tad-deroga2025-2028 = WLTPCO2,measuredNEDCCO2 · Mira2021 · (1 – reduction factor2025) Fejn: WLTPCO2,measured hija l-valur medju fost il-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tad-WLTPCO2,measured kif definit fil-punt 6.0; WLTPCO2 huwa l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tan-WLTPCO2 kif definit fil-punt 3; NEDCCO2 huwa l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha li għalihom tapplika mira speċifika tal-emissjonijiet f’konformità mal-punt 4, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tan-NEDCCO2 kif definit fil-punt 3; WLTPCO2, ind hija ugwali għall-WLTPCO2 kif definita fil-punt 3; NEDCCO2, ind hija ugwali għall-NEDCCO2 kif definita fil-punt 3; reduction factor2025 huwa t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (a); Mira2021 hija tnaqqis ta’ 45 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 fl-2007 ta’ dak il-manifattur.;
(2) Il-Parti B hija emendata kif ġej:
(2)
(a) jiddaħħal il-punt 3d li ġej:
(a)
3d.Għal konsorzju ffurmat f’konformità mal-Artikolu 6, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target ikkalkolati għal dak il-konsorzju kollu kemm hu. Fil-każ ta’ konsorzju li jkun għadu kif ġie ffurmat fis-snin 2021 sa 2024 jew bidla fis-sħubija ta’ konsorzju li kien jeżisti fl-2020, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-valuri tad-WLTPCO2, tal-NEDCCO2 u tal-NEDC2020target għall-konsorzju l-ġdid kollu kemm hu.;
(b) fil-punt 6.2.1., il-kliem: TM hija l-massa medja tat-test f’kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti; huwa sostitwit b’dan li ġej: TM hija l-massa medja tat-test f’kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti. Fil-każ ta’ vettura bażi kompluta relatata ma’ vettura kompletata, il-massa tat-test li trid tiġi kkunsidrata hija l-massa tat-test ta’ dik il-vettura bażi. Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta relatata ma’ vettura kompletata, il-valur tal-massa tat-test li jrid jitqies huwa l-valur DMbase ddeterminat f’konformità mal-punt 1.2.4.(a) tal-Parti A tal-Anness III;.
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
(1) Il-Parti A hija emendata kif ġej:
(1)
(a) il-punt 1a huwa emendat kif ġej:
(a)
(i) il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida rreġistrata bħala vettura M1 fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) fil-format stabbilit fil-Parti B, it-Taqsima 2 A:;
(ii) jiddaħħal il-punt (5a) li ġej:
(ii)
(5a) L-identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew l-identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq;;
(iii) jiddaħħal il-punt (9a) li ġej:
(iii)
(9a) Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip;;
(iv) jitħassru l-punti (19), (22), (23) u (24);
(v) jitħassar it-tieni paragrafu;
(b) il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(b)
2. Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1a. għandha tittieħed miċ-ċertifikat ta’ konformità tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-Parti B, it-Taqsima 2 A ta’ dan l-Anness.;
(2) fil-Parti B, it-Taqsima 2 A, it-tabella hija emendata kif ġej:
(2)
(a) fl-ewwel kolonna, fl-ewwel entrata, l-intestatura Referenza għall-punt 1 u 1a tal-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej: Referenza għall-punt 1a tal-Parti A;
(b) tiddaħħal l-entrata (5a) li ġejja: (5a) Identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq 0.2.3.4. 0.2.3.5;
(c) tiddaħħal l-entrata (9a) li ġejja: (9a) Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip 47;
(d) l-entrata (14) hija sostitwita b’dan li ġej: (14) It-tip ta’ fjuwil 26 Il-modalità tal-fjuwil 26.1 23 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi bil-batterija) 23.1 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi ibridi li jiġu ċċarġjati esternament);
(e) jitħassru l-entrati (19)((19), (22), (23) u (24);
(f) titħassar in-nota 4.
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:
(1) Il-Parti A hija emendata kif ġej:
(1)
(a) il-punt 1.1a huwa emendat kif ġej:
(a)
(i) l-intestatura u l-formulazzjoni introduttorja huma sostitwiti b’dan li ġej:
(i)
1.1a. Ir-rapportar mill-Istati Membri dwar vetturi rreġistrati bħala vetturi N1 L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida kompluta jew kompletata rreġistrata bħala vettura N1 fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(2) fil-format stabbilit fil-Parti C, it-Taqsima 2a:;
(ii) il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(ii)
(1) il-manifattur (fil-każ ta’ vetturi kompletati: il-manifattur tal-vettura bażi);;
(iii) jiddaħħal il-punt (5a) li ġej:
(iii)
(5a) L-identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew l-identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq;;
(iv) jiddaħħal dan il-punt (7a) li ġej:
(iv)
(7a) Vettura kompluta jew kompletata;;
(v) jiddaħħal il-punt (9a) li ġej:
(v)
(9a) Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip;;
(vi) il-punt (12) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
(vi)
(12) Il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura kompluta jew kompletata;;
(vii) jiddaħħal il-punt (12a) li ġej:
(vii)
(12a) Fil-każ ta’ vetturi kompletati, il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi;;
(viii) jitħassru l-punti (19), (23), (24) u (25);
(ix) jitħassar it-tieni paragrafu;
(b) jitħassru l-punti 1.2.1. u 1.2.1.2a.;
(c) il-punt 1.2.2. huwa emendat kif ġej:
(c)
(i) il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: Għal kull vettura kompletata ġdida rrapportata mill-Istati Membri f’konformità mal-punt 1.1a., il-manifattur tal-vettura bażi għandu jirrapporta lill-Kummissjoni d-data speċifikata fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt għal kull vettura bażi bl-istess numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura bħal dak tal-vettura kompletata. Id-data għandha tiġi rrapportata fi żmien 3 xhur minn meta l-manifattur jiġi nnotifikat bid-data provviżorja f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4).;
(ii) il-punt (a) huwa emendat kif ġej:
il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej: identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura kif imsemmi fil-paragrafu 6.2.6 tar-Regolament 154 tan-NU;
jitħassru l-punti (iv), (v) u (viii);
il-punt (vii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(ii)
pt_3
(vii) il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi inkompleta.;
(iii) fil-punt (b), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(iii)
(iv) il-massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura bażi kompluta.;
(d) fil-punt 1.2.3, it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: Meta d-data msemmija fil-punt 1.2.2 ma tiġix irrapportata mill-manifattur tal-vettura bażi, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u l-massa fi stat ta’ tħaddim irrapportati mill-Istati Membri għall-vettura kompletata relatata, f’konformità mal-punt 1.1a., għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk il-vettura taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur tal-vettura bażi kkonċernat.;
(e) il-punt 1.2.4 huwa emendat kif ġej:
(e)
(i) il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: Sa mill-bidu tas-sena kalendarja 2020, il-manifattur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ monitoraġġ għal kull waħda mill-vetturi bażi inkompleti individwali tiegħu, f’konformità mal-metodu ta’ interpolazzjoni msemmi fil-punt 3.2.3.2 jew 3.2.4 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU, billi juża l-istess metodu bħal dak applikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vettura bażi fir-rigward tal-emissjonijiet tagħha, fejn it-termini għandhom ikunu kif definiti f’dawk il-punti bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:;
(ii) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(ii)
(a) Il-massa tal-vettura individwali It-terminu TMind imsemmi fil-paragrafu 3.2.3.2.2.1 jew 3.2.4.1.1.1 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU għandu jiġi sostitwit bil-massa prestabbilita tal-vettura bażi, DMbase. Meta DMbase tkun anqas mill-massa tat-test tal-vehicle low tal-familja ta’ interpolazzjoni (TMl), TMind għandha tiġi sostitwita b’TMl. Meta DMbase tkun ogħla mill-massa tat-test tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni (TMH), TMind għandha tiġi sostitwita b’TMH. DMbase għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja: DMbase = MRObase × B0 + 25 kg + 0,28 × (TPMLM – MRObase × B0 – 25 kg) Fejn: MRObase hija l-massa fi stat ta’ tħaddimtal-vettura bażi kif definita fil-paragrafu 3.2.5 tal-Anness tar-Regolament Nru 154 tan-NU; B0 huwa l-valur tal-massa tal-karozzerija ta’ 1,375 sas-sena kalendarja 2022 u ta’ 1,351 għas-snin kalendarji 2023 sal-2034; TPMLM hija l-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli kif iddefinita fil-paragrafu 3.2.23 tar-Regolament 154 tan-NU.;
(iii) il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(iii)
(b) Reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali Ir-reżistenza għad-dawrien tal-vettura bażi għandha tintuża għall-finijiet tal-paragrafu 3.2.3.2.2.2 jew 3.2.4.1.1.2 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU.
(iv) il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(iv)
(c) L-influwenza ajrudinamika tal-vettura individwali Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, il-manifattur għandu jiddetermina t-terminu Af,ind imsemmi fil-paragrafu 3.2.4.1.1.3 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU f’konformità ma’ waħda mill-għażliet li ġejjin: Fil-każ ta’ vettura bażi inkompleta li ma tkunx tappartjeni għal familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, it-terminu f2,ind imsemmi fil-paragrafu 3.2.3.2.2.4 tal-Anness B7 tar-Regolament 154 tan-NU għandu jiġi stabbilit bħala ugwali għal wieħed minn dawn li ġejjin:
(c)
(i) l-erja ta’ quddiem tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq, f’m2;
(ii) il-valur medju tal-erja ta’ quddiem tal-vehicle high u tal-vehicle low tal-familja ta’ interpolazzjoni, f’m2;
(iii) l-erja ta’ quddiem tal-vehicle high tal-familja ta’ interpolazzjoni, fil-każ li ma jintużax il-metodu ta’ interpolazzjoni, f’m2.
(i) il-valur medju tat-termini f2,L u f2,H imsemmija f’dak il-punt;
(ii) it-terminu f2,H imsemmi f’dak il-punt.;
(f) il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(f)
2. Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1.1.a. għandha tittieħed miċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-Parti C, it-Taqsima 2a.;
(2) Il-Parti B titħassar;
(3) fil-Parti C, it-Taqsima 2a hija emendata kif ġej:
(3)
(a) l-intestatura tal-ewwel kolonna Referenza għall-punt 1 u 1a tal-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej: Referenza għall-Parti A, il-punt 1.1a;
(b) l-entrata (1) tinbidel b’dan li ġej: (1) Isem il-manifattur (denominazzjoni standard tal-UE) (1) L-isem assenjat mill-Kummissjoni Isem il-manifattur (2) 0.5, jew fil-każ ta’ vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji, 0.5.1 (isem il-manifattur tal-vettura bażi)
(c) tiddaħħal l-entrata (5a) li ġejja: (5a) Identifikatur tal-Familja tat-tagħbija fit-triq jew identifikatur tal-Familja tal-Matriċi tat-tagħbija fit-triq 0.2.3.4. 0.2.3.5.
(d) tiddaħħal l-entrata (7a) li ġejja: (7a) Vettura kompluta jew kompletata 0.4
(e) tiddaħħal l-entrata (9a) li ġejja: (9a) Karattru li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip 47
(f) l-entrata (12) tinbidel b’dan li ġej: (12) Massa fi stat ta’ tħaddim tal-vettura kompluta jew kompletata 13
(g) tiddaħħal l-entrata (12a) li ġejja: (12a) Massa fi stat ta’ tħaddimtal-vettura bażi (fil-każ ta’ vettura kompletata) 14
(h) l-entrata (14) hija sostitwita b’dan li ġej: (14) It-tip ta’ fjuwil 26 Il-modalità tal-fjuwil 26.1 23 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi bil-batterija) 23.1 (fil-każ ta’ vetturi elettriċi ibridi li jiġu ċċarġjati esternament)
(i) l-entrata (22) tinbidel b’dan li ġej: (22) Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (TPMLM) 16.1
(j) jitħassru l-entrati (19), (23), (24) u (25);
(k) in-nota 4 titħassar.