Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1650 tal-15 ta’ Mejju 2023 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2023-05-15from 2023-09-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1650@2023-05-15/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 98(4), it-tieni subparagrafu tagħha,

Billi:

(1) Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 fiha żbalji fl-Artikoli 30, 31 u 36 fir-rigward tat-tipi ta’ fornituri ta’ servizzi kkonċernati minn rekwiżit speċifiku. Dawn l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(2) Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 (Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2023-05-15