Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1653 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż (Borzag pálinka)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1653@2023-08-17/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-applikazzjoni tal-Ungerija għar-reġistrazzjoni tal-isem Borzag pálinka ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2019/787.
(3) Għalhekk, huwa xieraq li l-isem Borzag pálinka jiġi rreġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Indikazzjoni Ġeografika Borzag pálinka hija b’dan irreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787 lill-indikazzjoni ġeografika Borzag pálinka.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2023. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni