Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1700 tas-6 ta' Settembru 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2023-09-06from 2023-09-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1700@2023-09-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
  3. ANNEX
  4. (1)
  5. (2)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni.

(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4) B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni rispettivament ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5) Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-Iskozja, fiż-żoni amministrattivi ta’ Angus (1), Dumfries & Galloway (1), u l-Isle of Lewis (1) li ġew ikkonfermati fit-18 ta’ Awwissu 2023, fis-17 ta’ Awwissu 2023 u fit-22 ta’ Awwissu 2023 rispettivament b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6) Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10km madwar l-azjendi affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(7) Ir-Renju Unit ta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u dwar il-miżuri li ħa biex jipprevjeni aktar tixrid tal-HPAI.

(8) Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9) Il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti taw informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi fit-territorji tagħhom b’rabta mal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(10) Il-Kanada tat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam fil-provinċja ta’ British Colombia li ġiet ikkonfermata fl-20 ta’ Settembru 2022.

(11) Iċ-Ċilì tat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ ħames tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fir-reġjuni ta’ Biobío (3) u Maule (2), li ġew ikkonfermati bejn id-19 ta’ Marzu 2023 u l-20 ta’ April 2023.

(12) Ir-Renju Unit ta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam fil-kontea ta’ Kent, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fl-20 ta’ Lulju 2023.

(13) Finalment, l-Istati Uniti taw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ 21 tifqigħa tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ Colorado (1) u Pennsylvania (20), li ġew konfermati fl-1 ta’ Frar 2023 u fit-28 ta’ Marzu 2023.

(14) Il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti taw wkoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfettar wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom.

(15) Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Kanada, miċ-Ċilì, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam miż-żoni kkonċernati tal-Kanada, taċ-Ċilì, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(16) Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fiċ-Ċilì, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(17) Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit b’rabta mal-HPAI u biex ikun evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, maċ-Ċilì, mar-Renju Unit u mal-Istati Uniti, l-emendi li jenħtieġ li jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(18) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 203 Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1) L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(1)

(a) fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

(i) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.94 hija sostitwita b’dan li ġej: CA Il-Kanada CA-2.94 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 20.9.2022 24.8.2023;

(ii) fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.2 u CL-2.3 huma sostitwiti b’dan li ġej: CL Iċ-Ċilì CL-2.2 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 19.3.2023 28.8.2023 CL-2.3 N, P1 24.3.2023 28.8.2023;

(iii) fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.5 u CL-2.6 huma sostitwiti b’dan li ġej: CL Iċ-Ċilì CL-2.5 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 10.4.2023 28.8.2023 CL-2.6 N, P1 12.4.2023 28.8.2023;

(iv) fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringiela għaż-żona CL-2.10 hija sostitwita b’dan li ġej: CL Iċ-Ċilì CL-2.10 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 20.4.2023 28.8.2023;

(v) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.308 hija sostitwita b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.308 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 20.7.2023 23.8.2023;

(vi) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.315, GB-2.316 u GB-2.317 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.314: GB Ir-Renju Unit GB-2.315 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 17.8.2023 GB-2.316 N, P1 18.8.2023 GB-2.317 N, P1 22.8.2023;

(vii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.408 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.408 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 1.2.2023 31.8.2023;

(viii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.416 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.416 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 22.2.2023 31.8.2023;

(ix) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.418 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.418 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 23.2.2023 31.8.2023;

(x) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.422 u US-2.423 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.422 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 24.2.2023 31.8.2023 US-2.423 N, P1 27.2.2023 31.8.2023;

(xi) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.427, US-2.348 u US-2.429 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.427 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 3.3.2023 31.8.2023 US-2.428 N, P1 3.3.2023 31.8.2023 US-2.429 N, P1 3.3.2023 31.8.2023;

(xii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.432 sa US-2.441 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.432 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 6.3.2023 31.8.2023 US-2.433 N, P1 6.3.2023 31.8.2023 US-2.434 N, P1 6.3.2023 31.8.2023 US-2.435 N, P1 13.3.2023 31.8.2023 US-2.436 N, P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.437 N, P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.438 N, P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.439 N, P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.440 N, P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.441 N, P1 15.3.2023 31.8.2023;

(xiii) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.443 u US-2.444 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.443 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 16.3.2023 31.8.2023 US-2.444 N, P1 16.3.2023 31.8.2023;

(xiv) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.447 hija sostitwita b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.447 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 28.3.2023 25.8.2023;

(b) fil-Parti 2, fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.315, GB-2.316 u GB-2.317 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.314: Ir-Renju Unit GB-2.315 qrib Kirkcudbright, Dumfries u Galloway, l-Iskozja, GB Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, biċ-ċentru fil-koordinati deċimali WGS84 Lat: N54.80 u Lonġ: W4.05 GB-2.316 qrib Forfar, Angus, l-Iskozja, GB Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10 km, biċ-ċentru fil-koordinati deċimali WGS84 Lat: Lat: N56.69 u Lonġ: W2.87 GB-2.317 qrib Barvas, l-Isle of Lewis, l-Iskozja, GB Iż-żona li tinsab fiċ-ċirku ta’ raġġ ta’ 10km, biċ-ċentru fil-koordinati deċimali WGS84 Lat: Lat: N58.35 u Lonġ: W6.51

(2) fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(2)

(a) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.94 huma sostitwiti b’dan li ġej: CA Il-Kanada CA-2.94 POU, RAT N, P1 20.9.2022 24.8.2023 GBM P1 20.9.2022 24.8.2023;

(b) fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.2 u CL-2.3 huma sostitwiti b’dan li ġej: CL Iċ-Ċilì CL-2.2 POU, RAT N, P1 19.3.2023 28.8.2023 GBM P1 19.3.2023 28.8.2023 CL-2.3 POU, RAT N, P1 24.3.2023 28.8.2023 GBM P1 24.3.2023 28.8.2023;

(c) fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żoni CL-2.5 u CL-2.6 huma sostitwiti b’dan li ġej: CL Iċ-Ċilì CL-2.5 POU, RAT N, P1 10.4.2023 28.8.2023 GBM P1 10.4.2023 28.8.2023 CL-2.6 POU, RAT N, P1 12.4.2023 28.8.2023 GBM P1 12.4.2023 28.8.2023;

(d) fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringieli għaż-żona CL-2.10 huma sostitwiti b’dan li ġej: CL Iċ-Ċilì CL-2.10 POU, RAT N, P1 20.4.2023 28.8.2023 GBM P1 20.4.2023 28.8.2023;

(e) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.308 huma sostitwiti b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.308 POU, RAT N, P1 20.7.2023 23.8.2023 GBM P1 20.7.2023 23.8.2023;

(f) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.315, GB-2.316 u GB-2.317 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.314: GB Ir-Renju Unit GB-2.315 POU, RAT N, P1 17.8.2023 GBM P1 17.8.2023 GB-2.316 POU, RAT N, P1 18.8.2023 GBM P1 18.8.2023 GB-2.317 POU, RAT N, P1 22.8.2023 GBM P1 22.8.2023;

(g) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.408 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.408 POU, RAT N, P1 1.2.2023 31.8.2023 GBM P1 1.2.2023 31.8.2023;

(h) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.416 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.416 POU, RAT N, P1 22.2.2023 31.8.2023 GBM P1 22.2.2023 31.8.2023;

(i) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.418 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.418 POU, RAT N, P1 23.2.2023 31.8.2023 GBM P1 23.2.2023 31.8.2023;

(j) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.422 u US-2.423 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.422 POU, RAT N, P1 24.2.2023 31.8.2023 GBM P1 24.2.2023 31.8.2023 US-2.423 POU, RAT N, P1 27.2.2023 31.8.2023 GBM P1 27.2.2023 31.8.2023;

(k) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.427, US-2.348 u US-2.429 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.427 POU, RAT N, P1 3.3.2023 31.8.2023 GBM P1 3.3.2023 31.8.2023 US-2.428 POU, RAT N, P1 3.3.2023 31.8.2023 GBM P1 3.3.2023 31.8.2023 US-2.429 POU, RAT N, P1 3.3.2023 31.8.2023 GBM P1 3.3.2023 31.8.2023;

(l) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.432 sa US-2.441 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.432 POU, RAT N, P1 6.3.2023 31.8.2023 GBM P1 6.3.2023 31.8.2023 US-2.433 POU, RAT N, P1 6.3.2023 31.8.2023 GBM P1 6.3.2023 31.8.2023 US-2.434 POU, RAT N, P1 6.3.2023 31.8.2023 GBM P1 6.3.2023 31.8.2023 US-2.435 POU, RAT N, P1 13.3.2023 31.8.2023 GBM P1 13.3.2023 31.8.2023 US-2.436 POU, RAT N, P1 14.3.2023 31.8.2023 GBM P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.437 POU, RAT N, P1 14.3.2023 31.8.2023 GBM P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.438 POU, RAT N, P1 14.3.2023 31.8.2023 GBM P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.439 POU, RAT N, P1 14.3.2023 31.8.2023 GBM P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.440 POU, RAT N, P1 14.3.2023 31.8.2023 GBM P1 14.3.2023 31.8.2023 US-2.441 POU, RAT N, P1 15.3.2023 31.8.2023 GBM P1 15.3.2023 31.8.2023;

(m) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.443 u US-2.444 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.443 POU, RAT N, P1 16.3.2023 31.8.2023 GBM P1 16.3.2023 31.8.2023 US-2.444 POU, RAT N, P1 16.3.2023 31.8.2023 GBM P1 16.3.2023 31.8.2023;

(n) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.447 huma sostitwiti b’dan li ġej: US L-Istati Uniti US-2.447 POU, RAT N, P1 28.3.2023 25.8.2023 GBM P1 28.3.2023 25.8.2023;

Versions

  1. 2023-09-06