Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1780 tal-15 ta’ Settembru 2023 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

In forceVersion 2023-09-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/1780@2023-09-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Persuni
  4. Entitajiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-12 ta’ April 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(2) Fil-25 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna l-użu mifrux u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti mhux vjolenti, filwaqt li tinnota li dan kien wassal għal imwiet u għadd kbir ta’ persuni midruba. Id-dikjarazzjoni stqarret ukoll li dawk responsabbli għall-qtil ta’ Mahsa Amini jridu jinżammu responsabbli, u appellat lill-awtoritajiet Iranjani biex jiżguraw investigazzjonijiet trasparenti u kredibbli biex jiċċaraw l-għadd ta’ persuni mejta u arrestati, biex jeħilsu lid-dimostranti mhux vjolenti kollha u biex jipprovdu proċess xieraq lid-detenuti kollha. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Iran li jirrestrinġi severament l-aċċess għall-Internet u jimblokka pjattaformi ta’ messaġġi istantanji tikser b’mod sfaċċat il-libertà tal-espressjoni. Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni stqarret li l-Unjoni ser tikkunsidra l-għażliet kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizza l-qtil ta’ Mahsa Amini u l-mod kif il-forzi tas-sigurtà Iranjani wieġbu għad-dimostrazzjonijiet li segwew.

(3) F’dan il-kuntest, u f’konformità mal-impenn tal-Unjoni li tindirizza l-kwistjonijiet kollha ta’ tħassib mal-Iran, fosthom is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ikkonfermat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2022, jenħtieġ li erba’ persuni u sitt entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

(4) Għalhekk id-Deċiżjoni 2011/235/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2023. Għall-Kunsill Il-President P. Navarro Ríos

ANNEX

ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK:

Persuni

Isem Informazzjoni ta’ identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 234. PARVAR Gholamhossein Gheib Funzjoni: Deputat għall-Kap Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) fl-Imam Ali Central Security Headquarters Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Gholamhossein Gheib Parvar huwa d-Deputat għall-Kap Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) fl-Imam Ali Central Security Headquarters. F’din il-kapaċità fl-Imam Ali Central Security Headquarters, li ġiet iffurmata bil-għan li jitrażżnu l-protesti popolari, huwa kien responsabbli għall-qtil u t-trażżin ta’ protestanti waqt il-protesti li saru mal-pajjiż kollu f’Novembru 2019. Fil-funzjoni li kellu qabel, bħala l-kap tal-Basij Organisation, huwa kien responsabbli mill-qtil u mit-trażżin brutali tal-protestanti minn forzi taħt il-kmand tiegħu waqt il-protesti li saru mal-pajjiż kollu fl-Iran minn Diċembru 2017sa Jannar 2018. Għaldaqstant, Gholamhossein Gheib Parvar huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 235. SHAHRESTANI Hassan Mofakhami حسن مفخمی شهرستانی (magħruf ukoll bħala: MOFAKHAMI-SHAHRESTANI Hassan; MOFAKHAMISHAHRESRANI Hassan) Funzjoni: Kmandant tal-Pulizija fil-Provinċja ta’ Mazandaran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Hassan Mofakhami Shahrestani huwa l-kmandant tal-pulizija fil-Provinċja ta’ Mazandaran. Il-passat tiegħu jmur lura għal żmien twil b’funzjonijiet marbuta mat-trażżin vjolenti ta’ protesti paċifiċi. F’Ġunju 2023, huwa ta ordni espliċita lil persuni biex lil dawk li jippruvaw jisfidaw ir-regoli tal-ħiġab jiksrulhom għonqhom. Għaldaqstant, Hassan Mofakhami Shahrestani huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 236. HABIBI Roham Bakhsh رهام بخش حبیبی (magħruf ukoll bħala: HABIBI Roham-Bakhsh; HABIBI Rohambakhsh) Funzjoni: Kmandant tal-Pulizija fil-Provinċja ta’ Fars Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Roham Bakhsh Habibi huwa l-kmandant tal-pulizija fil-Provinċja ta’ Fars u fil-passat kellu episodji marbuta mat-trażżin vjolenti ta’ protesti paċifiċi. Bħala l-kmandant tal-pulizija fil-Provinċja ta’ Fars, huwa responsabbli għall-arrest tal-massa tal-protestanti u għall-ordni li jintużaw armi letali kontra protestanti mhux armati f’din il-provinċja waqt il-protesti mal-pajjiż kollu ta’ Novembru 2019. Huwa rrappurtat li l-forzi taħt il-kmand tiegħu fil-Provinċja ta’ Fars rażżnu bi vjolenza il-protesti f’Novembru 2019 u qatlu lin-nies. Għaldaqstant, Roham Bakhsh Habibi huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 237. TAHAMI Seyyed Javad سید جواد تهامی (magħruf ukoll bħala: TAHAMI Seyed Javad (magħruf ukoll bħala سید جوادتهامی) Funzjoni: Uffiċjal tal-ħabs f’Fardis Prison/Kachui Prison (Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Seyyed Javad Tahami huwa l-kap ta’ Kachui Prison magħruf ukoll bħala Fardis Prison u, f’dik il-kapaċità, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha fil-ħabs. Kachui Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary u li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru eżekuzzjonijiet. Għaldaqstant, Seyyed Javad Tahami huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023

Entitajiet

Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data tal-elenkar 38. Tasnim Cultural Institution Organization (magħruf ukoll bħala: Tasnim News Agency) خبرگزاری تسنیم Tip ta’ entità: Entità tal-media Post ta’ reġistrazzjoni: Iran Data ta’ reġistrazzjoni: 30 ta’ Ġunju 2012 Tasnim News agency hija l-akbar entità tal-media affiljata mal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u sservi ta’ magna tal-propaganda tar-reġim Iranjan li x-xandiriet tagħha sikwit jirriflettu fehmiet Iranjani estremi.L-entità tal-media hija responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’ konfessjonijiet foloz ta’ protestanti fuq is-sit web tagħha u fuq il-kontijiet tal-media soċjali kif ukoll għall-pubblikazzjoni ta’ ritratti tal-protestanti fuq il-media soċjali b’talbiet għall-qarrejja biex jgħinu jidentifkawhom. Għaldaqstant, Tasmin News hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 39. Supreme Council of Cyberspace (SCC) Tip ta’ entità: Entità tal-Gvern Post ta’ reġistrazzjoni: Iran Data ta’ reġistrazzjoni: 2012 Is-Supreme Council of Cyberspace (SCC) huwa responsabbli għar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet tal-poplu Iranjan sabiex jiġu prevenuti jew imrażżna l-protesti u jiġi limitat l-aċċess għal informazzjoni miftuħa u ħielsa, u b’hekk bi ksur tal-libertà li persuna jkollha opinjonijiet mingħajr indħil u li tfittex, tirċievi u taqsam informazzjoni u idejat bi kwalunkwe mezz u irrispettivament mill-fruntieri. Għaldaqstant, l-SCC huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 40. Sanandaj Central Prison زندان مرکزی سنندج Tip ta’ entità: Ħabs Post ta’ reġistrazzjoni: Kordestan, majjistral tal-Iran Sanandaj Central Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru għadd ta’ eżekuzzjonijiet. Għaldaqstant, Sanandaj Central Prison huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 41. Zahedan Prison زندان مرکزی زاهدان Tip ta’ entità: Ħabs Post ta’ reġistrazzjoni: Zahedan, Iran Zahedan Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kondizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru għadd ta’ eżekuzzjonijiet tal-massa. Għaldaqstant, Zahedan Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 42. Isfahan Central Prison (magħruf ukoll bħala: Dastgerd Prison; Prison of Isfahan; Esfahan Prison; Isfahan Prison Tip ta’ entità: Ħabs Post ta’ reġistrazzjoni: Isfahan, Iran Isfahan Central Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru għadd ta’ eżekuzzjonijiet. Għaldaqstant, Isfahan Central Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023 43. Kachui Prison (magħruf ukoll bħala: Kachouii Prison; Kechoui Prison; Kachuyi Prison; Fardis Prison Tip ta’ entità: Ħabs Post ta’ reġistrazzjoni: Karaj, Provinċja ta’ Alborz, Iran Kachui Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru eżekuzzjonijiet. Għaldaqstant, Kachui Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. 15.9.2023

Versions

  1. 2023-09-15