Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/206 tal-5 ta’ Ottubru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli u l-kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2022-10-05from 2023-02-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/206@2022-10-05/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Tipi ta’ fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli
  3. 1.
  4. 2.
  5. 3.
  6. 5.
  7. Artikolu 2 Kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi tal-LGD għall-iskoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli
  8. 1.
  9. 2.
  10. Artikolu 3 Valutazzjonijiet għal segmenti tal-proprjetà jew partijiet speċifiċi tat-territorju ta’ Stat Membru
  11. Artikolu 4 Użu ta’ sorsi oħra ta’ data
  12. Artikolu 5 Dħul fis-seħħ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 124(4), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 164(8), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 124(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, minn naħa, jittratta l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali u proprjetà immobbli kummerċjali. L-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, min-naħa l-oħra, jittratta l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD) għal skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali. Iż-żewġ dispożizzjonijiet għalhekk jittrattaw il-kalibrazzjoni tal-parametri għall-iskoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli. Huwa għalhekk xieraq li t-tipi ta’ fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ dawk il-piżijiet tar-riskju u l-kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ dawk il-valuri minimi tal-LGD jiġu speċifikati b’mod koerenti.

(2) Meta jiġu speċifikati dawk il-fatturi u l-kundizzjonijiet, jeħtieġ li tiġi żgurata l-proporzjonalità u li titqies l-eteroġeneità tas-swieq tal-proprjetà immobbli fl-Istati Membri kollha, filwaqt li fl-istess ħin jiġi stabbilit qafas armonizzat biżżejjed għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju u l-valuri minimi tal-LGD għall-iskoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi evitat approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd.

(3) Meta tiġi speċifikata l-aspettattiva tat-telf għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati għadd ta’ fatturi li jipprovdu għarfien dwar l-iżviluppi tas-suq li jħarsu ’l quddiem, inklużi l-karatteristiċi strutturali tal-imgħoddi u tal-preżent tas-swieq tal-proprjetà immobbli u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali relatati mal-finanzjament tal-proprjetà immobbli.

(4) Minħabba r-rilevanza ekonomika tas-swieq tal-proprjetà immobbli għall-Istati Membri, jenħtieġ li meta jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-valuri minimi tal-LGD, jitqiesu s-sorsi ta’ riskju sistemiku, aktar milli sempliċiment it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u r-riskji idjosinkratiċi. Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-valuri minimi tal-LGD, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati għadd ta’ kundizzjonijiet relatati mas-sorsi ta’ riskju sistemiku li jaffettwaw l-iżviluppi l-iżviluppi tas-suq li jħarsu ’l quddiem fir-rigward tal-proprjetà, fosthom jekk l-iżbilanċi makroekonomiċi humiex relatati ma’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, jekk hemmx fis-seħħ miżuri makroprudenzjali oħra, u speċifiċitajiet nazzjonali relatati mas-swieq tal-proprjetà immobbli u l-finanzjament tagħhom.

(5) Barra minn hekk, minħabba d-differenzi sinifikanti bejn is-swieq tal-proprjetà immobbli tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-ispeċifiċitajiet relatati esklussivament ma’ suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli u l-finanzjament tiegħu jitqiesu meta jiġu vvalutati kemm l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli, kif ukoll l-adegwatezza ta’ valuri minimi ta’ telf fil-każ ta’ inadempjenza għal tali skoperturi.

(6) L-Artikolu 124(2) u l-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermettu l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju jew tal-valuri minimi tal-LGD għal segment tal-proprjetà wieħed jew aktar jew għal parti waħda jew aktar tat-territorju ta’ Stat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst li t-tipi ta’ fatturi jew il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju jew il-valuri minimi tal-LGD jistgħu jiġu applikati għal segment tal-proprjetà wieħed jew aktar jew għal parti waħda jew aktar tat-territorju ta’ Stat Membru. Madankollu, huwa possibbli li d-data miġbura permezz ta’ rapportar armonizzat tal-Unjoni ma tkunx granulari biżżejjed biex tippermetti l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju jew tal-valuri minimi tal-LGD fil-livell ta’ tali segment tal-proprjetà jew ta’ parti minn territorju ta’ Stat Membru. Jekk dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 124(1a) u l-Artikolu 164(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu jistgħu jużaw sorsi addizzjonali ta’ data għal dawk il-valutazzjonijiet.

(7) Peress li kemm l-Artikoli 124 kif ukoll 164 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jittrattaw il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza tal-parametri tal-input għad-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għat-tipi ta’ skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza bejn iż-żewġ valutazzjonijiet. Għalhekk ikun xieraq li ż-żewġ settijiet tal-istandards tekniċi regolatorji rilevanti meħtieġa minn dawk l-Artikoli jiġu inklużi f’Regolament wieħed.

(8) Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, EBA).

(9) L-EBA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Tipi ta’ fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli

1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 124(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 124 (1a) ta’ dak ir-Regolament għandhom jiddeterminaw dan kollu li ġej: Għall-finijiet tal-punt (b), l-aspettattiva tat-telf għandha tiġi ddeterminata bħala l-medja tat-telf stmat għal kull sena matul il-perjodu prospettiv magħżul.

1.

(a) l-esperjenza tat-telf bħala l-proporzjon ta’ dawn li ġejjin:

(a)

(i) fil-każ ta’ skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-telf irrapportat skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament u l-valur tal-iskopertura rrapportat skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(ii) fil-każ ta’ skoperturi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-telf irrapportat skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament u l-valur tal-iskopertura rrapportat skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (f), ta’ dak ir-Regolament;

(b) l-aspettattiva tat-telf bħala l-aħjar stima tat-telf, li għandha titwettaq matul perjodu prospettiv ta’ mill-inqas sena u, jekk jiġi ddeterminat hekk minn dik l-awtorità, sa tliet snin.

2. L-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 124(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiddeterminaw l-aspettattiva ta’ telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), b’wieħed mill-modi li ġejjin: Meta jiddeterminaw l-aspettattiva ta’ telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-awtoritajiet għandhom jirriflettu l-iżviluppi tas-suq li jħarsu ’l quddiem fir-rigward tal-proprjetà immobbli imsemmija fl-Artikolu 124(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 matul perjodu prospettiv ta’ mill-inqas sena u, jekk dan ikun iddeterminat minn dik l-awtorità, sa tliet snin.

2.

(a) billi tiġi aġġustata l-esperjenza tat-telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a),‘il fuq jew’ l isfel;

(b) billi l-esperjenza tat-telf tibqa’ l-istess.

3. L-aspettattiva ta’ telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), u ddeterminata skont il-paragrafu 2, għandha tkun ibbażata fuq dawn kollha li ġejjin:

3.

(a) l-evoluzzjoni storika u l-karatteristiċi ċikliċi tas-suq tal-proprjetà immobbli kif riflessi fit-tranżazzjonijiet u l-prezzijiet tas-suq tal-proprjetà immobbli, u fil-volatilità ta’ dawk il-prezzijiet, kif evidenzjati mill-indikaturi tad-data rilevanti jew mill-informazzjoni kwalitattiva;

(b) il-karatteristiċi strutturali tal-passat u tal-preżent tas-suq tal-proprjetà immobbli, u l-evoluzzjoni futura ta’ dawk il-karatteristiċi strutturali relatati mad-daqs tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-ispeċifiċitajiet tal-finanzjament tal-proprjetà immobbli, is-sistemi ta’ tassazzjoni nazzjonali u d-dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali għax-xiri, iż-żamma jew il-kiri ta’ proprjetà immobbli;

(c) il-muturi fundamentali tad-domanda u l-provvista fis-suq tal-proprjetà immobbli, kif evidenzjati minn kwalunkwe indikatur tad-data jew informazzjoni kwalitattiva rilevanti, inklużi l-istandards ta’ self, l-attivitajiet ta’ kostruzzjoni, ir-rati ta’ postijiet battala jew it-tranżazzjonijiet;

(d) il-livell ta’ riskju tal-iskoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli, kif imkejjel minn dawn kollha li ġejjin:

(d)

(i) indikaturi rilevanti għas-segmenti tal-proprjetà tal-Istat Membru u, fejn rilevanti, għal partijiet tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, b’kont meħud tat-Taqsima 6 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar subsettijiet ta’ skoperturi fl-applikazzjoni ta’ Riżerva ta’ Riskju Sistemiku, maħruġa skont l-Artikolu 133 (6) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(ii) l-indikaturi standard tas-self speċifikati fir-rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku dwar l-għeluq ta’ lakuni fid-data dwar il-proprjetà immobbli;

(e) l-evoluzzjoni mistennija fil-prezzijiet tas-suq tal-proprjetà immobbli u l-volatilità mistennija f’dawk il-prezzijiet, inkluża valutazzjoni tal-inċertezza dwar dawn l-aspettattivi;

(f) l-evoluzzjoni mistennija f’varjabbli makroekonomiċi ewlenin sinifikanti li jistgħu jaffettwaw is-solvenza tal-mutwatarji, inkluża valutazzjoni tal-inċertezza dwar dawn l-aspettattivi;

(g) il-perjodu ta’ żmien li matulu l-iżviluppi tas-suq tal-proprjetà li jħarsu ’l quddiem huma mistennija li jimmaterjalizzaw;

(h) speċifiċitajiet nazzjonali relatati esklussivament mas-suq tal-proprjetà immobbli u l-finanzjament tiegħu, inklużi skemi ta’ garanzija pubbliċi u privati, deduċibbiltà tat-taxxa, u appoġġ pubbliku fil-forma ta’ reġimi ta’ rikors u xbieki ta’ sikurezza soċjali;

(i) kwalunkwe indikatur u sors ieħor tad-data li jipprovdi għarfien dwar l-iżviluppi tas-suq tal-proprjetà li jħarsu ’l quddiem li jaffettwaw l-aspettattiva tat-telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), jew li jappoġġaw il-kwalità tad-data tal-esperjenza tat-telf imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a).

4. Meta jkun hemm ħafna inċertezza dwar il-fatturi msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (e), l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 124 (1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jikkunsidraw marġni ta’ prudenza meta jiddeterminaw l-aspettattiva ta’ telf f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 124 (1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom iqisu miżuri makroprudenzjali oħra fis-seħħ li diġà jindirizzaw ir-riskji sistemiċi identifikati li jaffettwaw l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 124(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, inklużi l-miżuri li ġejjin fid-dritt nazzjonali mfassla biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja:

5.

(a) limiti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV);

(b) limiti tal-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul;

(c) limiti tal-proporzjon bejn il-ħlas tad-dejn u d-dħul;

(d) strumenti oħra li jindirizzaw l-istandards tas-self.

Artikolu 2 Kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi tal-LGD għall-iskoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli

1. Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-valuri minimi tal-LGD skont l-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet maħtura skont il-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu għandhom, meta jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju sistemiku abbażi tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jaffettwaw l-istimi tal-LGD lil hinn miċ-ċiklu ekonomiku, iqisu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

(a) il-kundizzjonijiet tad-domanda u l-provvista tas-swieq tal-proprjetà immobbli, u d-dinamika fil-prezzijiet tal-proprjetà immobbli, inkluż, fejn rilevanti u fejn tkun disponibbli stima robusta, il-grad ta’ sopravalutazzjoni jew sottovalutazzjoni tal-prezzijiet tal-proprjetà immobbli;

(b) il-kundizzjonijiet li jaffettwaw il-muturi tal-istimi tal-LGD, inkluż, fejn rilevanti:

(b)

(i) il-bidliet fit-tul u fl-effettività tal-proċess biex jiġu segwiti l-irkupri, minħabba bidliet fil-proċeduri ta’ rkupru;

(ii) il-bidliet fil-frekwenza tar-ritorn ta’ debituri jew faċilitajiet ta’ kreditu individwali għal status mhux inadempjenti, minħabba bidliet fir-rati tal-qgħad, jew bidliet fil-livelli tad-dejn tal-unitajiet domestiċi jew korporattivi;

(iii) ir-rati tal-imgħax;

(c) kundizzjonijiet oħra li jaffettwaw indirettament il-valur tal-kollateral ikkunsidrat fl-istimi tal-LGD, inkluż, fejn rilevanti, il-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur (LTV), il-kollateralizzazzjoni trasversali, u forom komuni oħra ta’ protezzjoni tal-kreditu rilevanti għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli fl-Istat Membru kkonċernat.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 164(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom iqisu dan kollu li ġej:

2.

(a) jekk l-iżbilanċi makroekonomiċi ikunux relatati ma’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u għalhekk jiġux ikkunsidrati fl-istima tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tal-LGD għall-iskoperturi kkonċernati;

(b) miżuri makroprudenzjali oħra fis-seħħ li diġà jindirizzaw ir-riskji sistemiċi identifikati li jaffettwaw l-adegwatezza tal-valuri minimi tal-LGD, inklużi l-miżuri li ġejjin fid-dritt nazzjonali mfassla biex isaħħu r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja:

(b)

(i) limiti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV);

(ii) limiti tal-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul;

(iii) limiti tal-proporzjon bejn il-ħlas tad-dejn u d-dħul;

(iv) strumenti oħra li jindirizzaw l-istandards tas-self;

(c) il-grad ta’ inċertezza dwar l-evoluzzjoni tas-swieq tal-proprjetà immobbli u l-volatilità tal-prezzijiet tagħhom;

(d) speċifiċitajiet nazzjonali relatati esklussivament mas-suq tal-proprjetà immobbli u l-finanzjament tiegħu, inklużi skemi ta’ garanzija pubbliċi u privati, deduċibbiltà tat-taxxa u appoġġ pubbliku fil-forma ta’ reġimi ta’ rikors u xbieki ta’ sikurezza soċjali;

(e) fejn rilevanti u disponibbli, tqabbil ta’ parametraġġ referenzjarju tal-istimi tal-LGD fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew fl-Istati Membri għal portafolli komparabbli, livelli ta’ riskju komparabbli u faċilitajiet komparabbli ggarantiti minn proprjetà immobbli mirhuna bħala kollateral.

Artikolu 3 Valutazzjonijiet għal segmenti tal-proprjetà jew partijiet speċifiċi tat-territorju ta’ Stat Membru

Awtorità maħtura skont l-Artikolu 124(1a) jew l-Artikolu 164(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ tikkunsidra l-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, jew tqis il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, għal segment tal-proprjetà wieħed jew aktar jew għal parti waħda jew aktar tat-territorju ta’ Stat Membru.

Artikolu 4 Użu ta’ sorsi oħra ta’ data

L-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 124 (1a) jew l-Artikolu 164(5), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiddeterminaw l-esperjenza ta’ telf skont l-Artikolu 1(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, jew li jivvalutaw l-adegwatezza tal-valuri minimi tal-LGD f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għal segment tal-proprjetà jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru, jistgħu jużaw sorsi oħra ta’ data, inkluż rapportar ad hoc nazzjonali u reġistri tal-kreditu relatati ma’ dak is-segment jew dik il-parti tat-territorju, jekk id-data miġbura skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), u l-Artikolu 430a, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tkunx granulari biżżejjed.

Artikolu 5 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati. Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2022-10-05