Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2087 tat-28 ta’ Settembru 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali Lysoform IPA Surface f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2023-09-28from 2023-10-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/2087@2023-09-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. PARTI I L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
  4. 1.
  5. 2.
  6. PARTI II IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)
  7. META SPC 1
  8. 1.
  9. 2.
  10. 4.
  11. 4.1. Tabella 1 Uża # 1 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - traxxix
  12. 4.2. Tabella 2 Uża # 2 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - imsieħ
  13. 4.3. Tabella 3 Uża # 3 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - traxxix
  14. 4.4. Tabella 4 Uża # 4 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - imsieħ
  15. 5.
  16. 7.
  17. META SPC 2
  18. 1.
  19. 2.
  20. 4.
  21. 4.1. Tabella 5 Uża # 1 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - imsieħ
  22. 4.2. Tabella 6 Uża # 2 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - imsieħ
  23. 5.
  24. 7.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1) Fil-25 ta’ Novembru 2022, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 għall-awtorizzazzjoni tal-istess familja ta’ prodotti bijoċidali, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, bl-isem ta’ Lysoform IPA Surface, għat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-DP082158-26 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali (ir-Reġistru). L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-applikazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata Lyso IPA Surface Disinfection, irreġistrata fir-Reġistru bin-numru tal-każ BC-GX025200-35.

(2) L-istess familja ta’ prodotti bijoċidali Lysoform IPA Surface fiha l-propan-2-ol bħala s-sustanza attiva, li huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodott 2 u 4.

(3) Fil-31 ta’ Marzu 2023, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (SPC) ta’ Lysoform IPA Surface.

(4) L-opinjoni tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn l-istess familja ta’ prodotti bijoċidali u l-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013, u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata Lyso IPA Surface Disinfection u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess familja ta’ prodotti bijoċidali tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5) Fil-31 ta’ Marzu 2023, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(6) Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għaldaqstant tikkunsidra li huwa xieraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess familja ta’ prodotti bijoċidali Lysoform IPA Surface.

(7) Id-data tal-iskadenza ta’ din l-awtorizzazzjoni hija allinjata mad-data tal-iskadenza tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza Lyso IPA Surface Disinfection.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0030790-0000 lil Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH biex tqiegħed l-istess familja ta’ prodotti bijoċidali Lysoform IPA Surface fis-suq u għall-użu tagħha, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilit fl-Anness. L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mid-19 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Novembru 2030.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal familja ta’ prodotti bijoċidali Lysoform IPA Surface Prodott tip 2 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-applikazzjoni diretta fuq il-bnedmin jew fuq l-annimali (Diżinfettanti) Prodott tip 4 - Qasam tal-ikel u tal-għalf (Diżinfettanti) Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0030790-0000 Numru tal-ass R4BP: EU-0030790-0000

PARTI I L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI

1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.

1.1. Kunjom Isem Lysoform IPA Surface

1.2. Tip(i) ta’ prodott Tip(i) ta’ prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf

1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni Isem Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH Indirizz Kaiser-Wilhelm-Str. 133, 12247 Berlin Ġermanja Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0030790-0000 Numru tal-ass R4BP EU-0030790-0000 Data tal-awtorizzazzjoni Id-19 ta’ Ottubru 2023 Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni It-30 ta’ Novembru 2030

1.4. Manifattur(i) tal-prodotti bijoċidali L-isem tal-manifattur Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH L-indirizz tal-manifattur Kaiser-Wilhelm-Straße 133, 12247 Berlin Ġermanja Post ta’ siti ta’ manifattura Kaiser-Wilhelm-Straße 133, 12247 Berlin Ġermanja L-isem tal-manifattur Imeco L-indirizz tal-manifattur Boschstr. 5, 63768 Hösbach Ġermanja Post ta’ siti ta’ manifattura Boschstr. 5, 63768 Hösbach Ġermanja Neue Straße 2-4, 09471 Köningswalde Ġermanja L-isem tal-manifattur A.F.P. GmbH L-indirizz tal-manifattur Otto Brenner Straße 16, 21337 Lüneburg Ġermanja Post ta’ siti ta’ manifattura Otto Brenner Straße 16, 21337 Lüneburg Ġermanja L-isem tal-manifattur Sterisol AB L-indirizz tal-manifattur Kronoängsgatan 3, 592 23 Vadstena Isvezja Post ta’ siti ta’ manifattura Kronoängsgatan 3, 592 23 Vadstena Isvezja L-isem tal-manifattur WHR GmbH L-indirizz tal-manifattur Am Galgenturm 2, 97638 Mellrichstadt Ġermanja Post ta’ siti ta’ manifattura Am Galgenturm 2, 97638 Mellrichstadt Ġermanja L-isem tal-manifattur Hygan GmbH | Srl L-indirizz tal-manifattur Meucci-Str. 5, 39055 Leifers | Laives (BZ) Italja Post ta’ siti ta’ manifattura Meucci-Str. 5, 39055 Leifers | Laives (BZ) Italja L-isem tal-manifattur Laboratoire Sarbec SA L-indirizz tal-manifattur 10 rue du Vertuquet, 59960 Neuville-en-Ferrain Franza Post ta’ siti ta’ manifattura 10 rue du Vertuquet, 59960 Neuville-en-Ferrain Franza L-isem tal-manifattur Dr. Schumacher GmbH L-indirizz tal-manifattur Am Roggenfeld 3, 34323 Malsfeld Ġermanja Post ta’ siti ta’ manifattura Am Roggenfeld 3, 34323 Malsfeld Ġermanja Jeleniogórska 12, 59-800 Lubań Polonja

1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i) Sustanza attiva Propan-2-ol L-isem tal-manifattur Ineos Solvents Germany GmbH (li qabel kienet Sasol) L-indirizz tal-manifattur Römerstraße 733, 47443 Moers Ġermanja Post ta’ siti ta’ manifattura Römerstraße 733, 47443 Moers Ġermanja Shamrockstr. 88, 44643 Herne Ġermanja Sustanza attiva Propan-2-ol L-isem tal-manifattur Shell Chemicals Europe B.V. L-indirizz tal-manifattur Postbus 2334, 3000 CH Rotterdam Olanda Post ta’ siti ta’ manifattura Shell Nederland Raffinaderij B.V., Vondelingenweg 601, 3196 KK Rotterdam-Pernis Olanda

2. IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U L-FORMULAZZJONI

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 63,1 63,1

2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni Formulazzjoni/Formulazzjonijiet Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża, wipes imxappa b’formulazzjoni ta’ diżinfezzjoni

PARTI II IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI - META SPC(S)

META SPC 1

1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 1

1.

1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 1 Identifikatur Superficid®

1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni Numru 1-1

1.3. Tip(i) ta’ prodott Tip(i) ta’ prodott TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 63,1 63,1

2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1 Formulazzjoni/Formulazzjonijiet Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża

3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1 Dikjarazzjonijiet dwar Periklu Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna. Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Żomm il-kontenitur magħluq sew. Poġġi mal-art u waħħal il-kontenitur u t-tagħmir riċevitur. Uża’ tagħmir tal-elettriku/ventilazzjoni/dawl li jiflaħ għal splużjoni. Uża għodda li ma ttajjarx żnied. Ħu azzjoni biex tipprevjeni l-ħruġ ta’ elettriku statiku. Evita li tibla’ bin-nifs fwar. Evita li tibla’ bin-nifs sprej. Uża biss barra jew f’post ventilat sew. Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk ma tħossokx f’sikktek.. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. F’każ ta’ nar:Uża ragħwa reżistenti għall-alkoħol, dijossidu tal-karbonju jew raxx tal-ilma biex titfi. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk. Aħżen f’post imsakkar. Armi l-kontenut fi/il-kontenitur f’impjant tar-rimi tal-iskart approvat.

4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 1

4.
4.1. Tabella 1 Uża # 1 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - traxxix

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem xjentifiku: Bakterja isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Ħmira isem komuni: - istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfezzjoni ta’ superfiċji nodfa mhux porużi bħal superfiċji ta’ xogħol żgħar f’żoni mediċi u mhux mediċi kif ukoll superfiċji ta’ kmamar nodfa (klassi A/B) Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Traxxix Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott jiġi sprejjat direttament fuq is-superficje. Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2. Dilwizzjoni (%): - Numru u ħin tal-applikazzjoni: - Kategorija(i) tal-utenti industrijali professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Flixkun: 125-1000 ml materjal tal-imballaġġ: HDPE Materjal tat-għatu: PP; Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli); Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu)

4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Raxxax il-prodott lest biex jintuża fuq is-superfiċji u ħalli jagħmel effett għal mill-inqas minuta fit-temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata bħala proċedura għall-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2. Tabella 2 Uża # 2 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - imsieħ

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem xjentifiku: Bakterja isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Ħmira isem komuni: - istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfezzjoni ta’ superfiċji nodfa mhux porużi bħal superfiċji ta’ xogħol żgħar f’żoni mediċi u mhux mediċi kif ukoll superfiċji ta’ kmamar nodfa (klassi A/B) Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Imsieħ Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott jiġi applikat billi jitferra’, jitraxxax jew jinħasel u s-superfiċj jintmesaħ kollu bil-wipes imxarrbin wara (imsieħ imxarrab). Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2. Dilwizzjoni (%): - Numru u ħin tal-applikazzjoni: - Kategorija(i) tal-utenti industrijali professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Flixkun: 125-1000 ml materjal tal-imballaġġ: HDPE Materjal tat-għatu: PP Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli); Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu) Kanister: 5-30 l materjal tal-imballaġġ: HDPE il-materjal tal-għeluq: HDPE

4.2.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Applika l-prodott lest biex jintuża fuq il-wipes billi tferra, traxxax jew ixxarrab u timsaħ is-superfiċje sew bil-wipe imxarrba (imsiħ imxarrab). Ħalli sabiex jieħu effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata bħala proċedura għall-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.2.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.2.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.3. Tabella 3 Uża # 3 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - traxxix

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem xjentifiku: Bakterja isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Ħmira isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Virus isem komuni: - istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfezzjoni ta’ superficje nodfa mhux porużi bħal fil-kċejjen u l-industrija tal-ikel li jinkludu kmamar nodfa (klassi A/B) Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott jiġi sprejjat direttament fuq is-superficje. Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2. Dilwizzjoni (%): - Numru u ħin tal-applikazzjoni: - Kategorija(i) tal-utenti industrijali professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Flixkun: 125-1000 ml materjal tal-imballaġġ: HDPE Materjal tat-għatu: PP Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli) Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu)

4.3.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Raxxax il-prodott lest biex jintuża fuq is-superfiċe u ħalli sabiex jagħmel effett fit-temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C) għal mill-inqas minuta (attività batterjoċidali u fermentattiva) jew 2 minuti (attività viruċidali).

4.3.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata għal diżinfezzjoni ta’ inġenji tal-proċessar tal-ikel u proċedura tal-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.3.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.3.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.3.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.4. Tabella 4 Uża # 4 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - imsieħ

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem xjentifiku: Bakterja isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Ħmira isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Virus isem komuni: - istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfezzjoni ta’ superficje nodfa mhux porużi bħal fil-kċejjen u l-industrija tal-ikel li jinkludu kmamar nodfa (klassi A/B) Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Imsieħ Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott jiġi applikat billi jitferra’, jitraxxax jew jinħasel u s-superfiċj jintmesaħ kollu bil-wipes imxarrbin wara (imsieħ imxarrab). Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ Applikazzjoni: Lest biex jintuża. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2. Dilwizzjoni (%): - Numru u ħin tal-applikazzjoni: - Kategorija(i) tal-utenti industrijali professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Flixkun: 125-1000 ml materjal tal-imballaġġ: HDPE Materjal tat-għatu: PP Sprejer li jitfa’ ċpar fin: sistema kumplessa (PE-LD, PP, PBT, POM, EVA, azzar inossidabbli) Ras l-isprejer: sistema kumplessa (PP, PE, POM, żejt sintetiku, żejt silikonu) Kanister: 5-30 l materjal tal-imballaġġ: HDPE il-materjal tal-għeluq: HDPE

4.4.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Applika l-prodott lest biex jintuża fuq il-wipes billi tferra, traxxax jew ixxarrab u timsaħ is-superfiċje sew bil-wipe imxarrba (imsiħ imxarrab). Ħalli sabiex jieħu effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.4.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi applikata għal diżinfezzjoni ta’ inġenji tal-proċessar tal-ikel u proċedura tal-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: Uża protezzjoni għall-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott.

4.4.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.4.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.4.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1

5.

5.1. Istruzzjonijiet għall-użu Naddaf is-superfiċje sew qabel tużaha. Neħħi l-ilma żejjed minn fuq is-superfiċje qabel id-diżinfezzjoni, jekk ikun xieraq. M’għandekx tapplika aktar minn 25 ml/m2. Kun żgur li xxarrab l-uċuħ sew. Wipes użati għandhom jintremew f’reċipjent magħluq.

5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju Il-prodott għandu jiġi applikat biss għal diżinfezzjoni ta’ superfiċji żgħar. Aċċerta ventilazzjoni adegwata biex tiġi evitata formazzjoni ta’ atmosferi splussivi. Evita l-kuntatt mal-għajnejn. Applika lembut biex timla mill-ġdid. Żomm fejn ma jistax jintlaħaq mit-tfal u l-annimali domestiċi. Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi lil hinn minn kmamar fejn qed issir d-diżinfezzjoni. Ipprovdi ventilazzjoni xierqa qabel mat-tfal u l-annimal domestiċi jidħlu fi kmamar trattati. Dan ma japplikax għal kmamar ta’ pazjenti fi sptarijiet.

5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent L-ewwel għajnuna: F’każ ta’ inċident: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Aħsel bl-ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. JEKK JINBELA’: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu -

5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 36 xahar Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Ipproteġi mid-dawl tax-xemx. Żomm fit-temperatura tal-kamra fil-kontenitur oriġinali.

6. INFORMAZZJONI OĦRA Il-prodott fih il-propan-2-ol (Nru CAS: 67-63-0), li għalih Valur ta’ Referenza Ewropew ta’ 129,28 mg/m3 għall-utent professjonali kien miftiehem u użat għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott.

7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1

7.

7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali Isem kummerċjali Superficid® qasam tas-suq: EU Desocid rapid qasam tas-suq: EU Neoseptin rapid qasam tas-suq: EU Novosept rapid qasam tas-suq: EU Novoseptin rapid qasam tas-suq: EU Lyorthol rapid qasam tas-suq: EU Cosmo rapid qasam tas-suq: EU Fordesin rapid qasam tas-suq: EU Saltero rapid qasam tas-suq: EU Prop70 rapid qasam tas-suq: EU Aldovet rapid qasam tas-suq: EU Vetfarm rapid qasam tas-suq: EU MDI rapid qasam tas-suq: EU Antiseptica rapid qasam tas-suq: EU Sterisol Surface qasam tas-suq: EU MENNO® I-QUICK plus qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0030790-0001 1-1 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 63,1

7.2. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali Isem kummerċjali Superficid® pure qasam tas-suq: EU Desocid rapid pure qasam tas-suq: EU Neoseptin rapid pure qasam tas-suq: EU Novosept rapid pure qasam tas-suq: EU Novoseptin rapid pure qasam tas-suq: EU Lyorthol rapid pure qasam tas-suq: EU Cosmo rapid pure qasam tas-suq: EU Fordesin rapid pure qasam tas-suq: EU Saltero rapid pure qasam tas-suq: EU Prop70 rapid pure qasam tas-suq: EU Aldovet rapid pure qasam tas-suq: EU Vetfarm rapid pure qasam tas-suq: EU MDI rapid pure qasam tas-suq: EU Antiseptica rapid pure qasam tas-suq: EU Sterisol Surface pure qasam tas-suq: EU BTS 6000 qasam tas-suq: EU MENNO® I-QUICK qasam tas-suq: EU EWA® DES ready qasam tas-suq: EU Kiehl-Rapinol qasam tas-suq: EU Des A qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0030790-0002 1-1 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 63,1

META SPC 2

1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA TAL-META SPC 2

1.

1.1. Identifikatur tal-Meta SPC 2 Identifikatur Descorapid®

1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni Numru 1-2

1.3. Tip(i) ta’ prodott Tip(i) ta’ prodott TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali

2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 2

2.

2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 2 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Min Mass Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 63,1 63,1

2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 2 Formulazzjoni/Formulazzjonijiet Kull likwidu ieħor (AL), lest biex jintuża, wipes imxappa b’formulazzjoni ta’ diżinfezzjoni

3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 2 Dikjarazzjonijiet dwar Periklu Likwidu u fwar li jieħdu n-nar malajr ħafna. Jagħmel irritazzjoni serja lill-għajnejn. Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. Espożizzjoni ripetuta tista’ tikkaġuna nixfa jew qsim tal-ġilda. Dikjarazzjonijiet dwar Prekawzjoni Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. – Tpejjipx. Żomm il-kontenitur magħluq sew. Poġġi mal-art u waħħal il-kontenitur u t-tagħmir riċevitur. Uża’ tagħmir tal-elettriku/ventilazzjoni/dawl li jiflaħ għal splużjoni. Uża għodda li ma ttajjarx żnied. Ħu azzjoni biex tipprevjeni l-ħruġ ta’ elettriku statiku. Evita li tibla’ bin-nifs fwar. Evita li tibla’ bin-nifs sprej. Uża biss barra jew f’post ventilat sew. Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti.Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk ma tħossokx f’sikktek.. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. F’każ ta’ nar:Uża ragħwa reżistenti għall-alkoħol, dijossidu tal-karbonju jew raxx tal-ilma biex titfi. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.Żomm frisk. Aħżen f’post imsakkar. Armi l-kontenut fi/il-kontenitur f’impjant tar-rimi tal-iskart approvat.

4. UŻU AWTORIZZAT TAL-META SPC 2

4.
4.1. Tabella 5 Uża # 1 – diżinfezzjoni ta’ superfiċje - imsieħ

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 02 - Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem xjentifiku: Bakterja isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Ħmira isem komuni: - istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfezzjoni ta’ superfiċji nodfa mhux porużi bħal superfiċji ta’ xogħol żgħar f’żoni mediċi u mhux mediċi kif ukoll superfiċji ta’ kmamar nodfa (klassi A/B) Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Imsieħ Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott jiġi mimsuħ direttament fuq is-superficje. Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ Applikazzjoni: Wipes lesti biex jintużaw Dilwizzjoni (%): - Numru u ħin tal-applikazzjoni: - Kategorija(i) tal-utenti industrijali professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Landa: 100-150 wipes Imballaġġ: HDPE Il-materjal tal-għeluq: HDPE Pakkett: 100-150 wipes Imballaġġ: PET/PE

4.1.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Ixxotta sew is-superfiċje bil-wipe u ħalli sabiex jagħmel effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.1.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.1.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.1.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2. Tabella 6 Uża # 2 – diżinfezzjoni ta’ superfiċji b’ikel u kuntatt mal-ikel - imsieħ

deskrizzjoni użu Tip ta’ Prodott TP 04 - Żoni tal-ikel u tal-għalf Meta rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat - Organiżmu/Organiżmi fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) isem xjentifiku: Bakterja isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Ħmira isem komuni: - istadju iżvilupp: - isem xjentifiku: Virus isem komuni: - istadju iżvilupp: - Qasam tal-użu Indoor Diżinfezzjoni ta’ superficje nodfa mhux porużi bħal fil-kċejjen u l-industrija tal-ikel li jinkludu kmamar nodfa (klassi A/B) Metodu(i) ta’ applikazzjoni Metodu: Imsieħ Deskrizzjoni dettaljata: Il-prodott jiġi mimsuħ direttament fuq is-superficje. Rata (rati) ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ Applikazzjoni: Wipes lesti biex jintużaw Dilwizzjoni (%): - Numru u ħin tal-applikazzjoni: - Kategorija(i) tal-utenti industrijali professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ Landa: 100-150 wipes Imballaġġ: HDPE Il-materjal tal-għeluq: HDPE Pakkett: 100-150 wipes Imballaġġ: PET/PE

4.2.1. Uża speċifiċi istruzzjonijiet għall-użu Ixxotta sew is-superfiċje bil-wipe u ħalli sabiex jagħmel effett għal mill-inqas 5 minuti f’temperatura tal-kamra (20 ± 2 °C).

4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.3. Fejn speċifika għall-użu, il-partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

4.2.4. Fejn speċifika għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu

4.2.5. Fejn speċifika għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.

5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 2

5.

5.1. Istruzzjonijiet għall-użu Naddaf is-superfiċje sew qabel tużaha. Neħħi l-ilma żejjed minn fuq is-superfiċje qabel id-diżinfezzjoni, jekk ikun xieraq. Kun żgur li xxarrab l-uċuħ sew. Wipes użati għandhom jintremew f’reċipjent magħluq.

5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ riskju Il-prodott għandu jiġi applikat biss għal diżinfezzjoni ta’ superfiċji żgħar. Aċċerta ventilazzjoni adegwata biex tiġi evitata formazzjoni ta’ atmosferi splussivi. Evita l-kuntatt mal-għajnejn. Żomm fejn ma jistax jintlaħaq mit-tfal u l-annimali domestiċi. Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi lil hinn minn kmamar fejn qed issir d-diżinfezzjoni. Ipprovdi ventilazzjoni xierqa qabel mat-tfal u l-annimal domestiċi jidħlu fi kmamar trattati. Dan ma japplikax għal kmamar ta’ pazjenti fi sptarijiet.

5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u l-miżuri ta’ emerġenza biex jipproteġu l-ambjent L-ewwel għajnuna: F’każ ta’ inċident: Sejjaħ ċentru tal-avvelenamenti jew tabib. JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda: Aħsel bl-ilma. Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. JEKK JINBELA’: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib jekk tħossok ma tiflaħx.

5.4. Istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu -

5.5. Kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar Żomm il-kontenitur magħluq sew. Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Ipproteġi mid-dawl tax-xemx. Żomm fit-temperatura tal-kamra fil-kontenitur oriġinali.

6. INFORMAZZJONI OĦRA Il-prodott fih il-propan-2-ol (Nru CAS: 67-63-0), li għalih Valur ta’ Referenza Ewropew ta’ 129,28 mg/m3 għall-utent professjonali kien miftiehem u użat għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott.

7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 2

7.

7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali Isem kummerċjali Descorapid® Tücher qasam tas-suq: EU Desocid Tücher qasam tas-suq: EU Neoseptin Tücher qasam tas-suq: EU Novosept Tücher qasam tas-suq: EU Novoseptin Tücher qasam tas-suq: EU Lyorthol Tücher qasam tas-suq: EU Cosmo Tücher qasam tas-suq: EU Fordesin Tücher qasam tas-suq: EU Saltero Tücher qasam tas-suq: EU Prop70 Tücher qasam tas-suq: EU Manosafe Tücher qasam tas-suq: EU Dermoguard Tücher qasam tas-suq: EU Dermosafe Tücher qasam tas-suq: EU Aldovet Tücher qasam tas-suq: EU Vetfarm Tücher qasam tas-suq: EU MDI Tücher qasam tas-suq: EU Antiseptica Tücher qasam tas-suq: EU Antiseptica wipes qasam tas-suq: EU MENNO®WIP qasam tas-suq: EU Descorapid® wipes qasam tas-suq: EU Desocid wipes qasam tas-suq: EU Neoseptin wipes qasam tas-suq: EU Novosept wipes qasam tas-suq: EU Novoseptin wipes qasam tas-suq: EU Lyorthol wipes qasam tas-suq: EU Cosmo wipes qasam tas-suq: EU Fordesin wipes qasam tas-suq: EU Saltero wipes qasam tas-suq: EU Prop70 wipes qasam tas-suq: EU Manosafe wipes qasam tas-suq: EU Dermoguard wipes qasam tas-suq: EU Dermosafe wipes qasam tas-suq: EU Aldovet wipes qasam tas-suq: EU Vetfarm wipes qasam tas-suq: EU MDI wipes qasam tas-suq: EU Antiseptica wipes qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0030790-0003 1-2 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 63,1

7.2. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali Isem kummerċjali Superficid® pure wipes qasam tas-suq: EU Desocid rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Neoseptin rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Novosept rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Novoseptin rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Lyorthol rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Cosmo rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Fordesin rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Saltero rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Prop70 rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Aldovet rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Vetfarm rapid pure wipes qasam tas-suq: EU MDI rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Antiseptica rapid pure wipes qasam tas-suq: EU Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0030790-0004 1-2 Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru KE Kontenut (%) Propan-2-ol Sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 63,1

Versions

  1. 2023-09-28