Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/253 tas-6 ta’ Frar 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

In forceVersion 2023-02-06from 2023-02-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/253@2023-02-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2) Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-714/20, jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3) Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023. Għall-Kunsill Il-President J. Roswall

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2, taħt l-intestatura Persuni, titħassar l-entrata li tikkonċerna l-persuna li ġejja:

161. Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV.

Versions

  1. 2023-02-06