Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/254 tas-6 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward ta’ ċerti regoli tekniċi dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/254@2023-02-06/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
- (1)
- (2)
- Artikolu 9 Garanzija li għandha tiġi ddepożitata mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni
- (3)
- (4)
- 5.
- Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
- ANNEX
- (1)
- (3)
- (5)
- (6)
- 16.
- (ii)
- 16.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi.
(2) L-Artikolu 6(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jipprevedi li jekk applikant iressaq aktar applikazzjonijiet għal kwota tariffarja mill-għadd massimu stabbilit fl-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu jkunu inammissibbli u l-garanziji ddepożitati jintilfu. Sabiex jiġi evitat kastig eċċessiv jenħtieġ li l-possibbiltà li l-garanzija tintilef tiġi eliminata.
(3) Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, l-operaturi li japplikaw għal-liċenzji għall-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 huma marbuta li jippreżentaw il-garanziji rilevanti qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni. Mentri, għal-liċenzji mhux relatati mal-kwoti tariffarji l-operaturi għandhom jippreżentaw il-garanzija fil-jum tal-applikazzjoni għal liċenzja. Din is-sitwazzjoni tista’ toħloq diffikultajiet fil-ġestjoni tal-liċenzji. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ ġestjoni ħażina u abbuż, l-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu l-liċenzji jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-garanziji għal-liċenzji tal-kwota tariffarja.
(4) L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill jipprevedi li meta perjodu jintemm f’festa pubblika, is-Sibt, jew il-Ħadd, it-tmiem tiegħu għandu jiġi pospost għal tmiem il-jum tax-xogħol li jmiss. L-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jipprevedi li din ir-regola ma tapplikax għall-perjodu ta’ validità tal-liċenzji għall-kwoti tariffarji. L-Artikolu 12(1), il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jipprevedi li din ir-regola għandha tiġi indikata fit-taqsima speċifika tal-liċenzji għall-kwoti tariffarji meta l-perjodu ta’ validità tal-liċenzja jiskadi fl-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. Għalhekk, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jenħtieġ li jiġi allinjat mal-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni biex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina.
(5) L-Artikolu 16(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jeħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet mhux użati koperti mil-liċenzji. Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data pprovduta, jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jinnotifikaw il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.
(6) Peress li l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 hija nieqsa mill-volum, it-tabella tagħha u r-referenza għaliha jenħtieġ li jitħassru mill-Annessi I u XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.
(7) Minħabba domanda eċċessiva għal volumi skont il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni fis-sistema elettronika tar-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (LORI) u dwar il-kwantità referenzjarja japplikaw ukoll għal dawk il-kwoti tariffarji. Barra minn hekk, ir-regoli dwar il-prova tal-kummerċ għandhom japplikaw biss jekk ir-rekwiżit tal-kwantità referenzjali jiġi sospiż skont l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760.
(8) Il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4281 u 09.4282 huma miftuħa għaċ-ċanga u l-laħam tal-majjal, rispettivament, mill-Kanada. Skont l-Artikoli 46 u 66 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, il-kwantità hija espressa f’ekwivalenti ta’ karkassi. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni, jenħtieġ li dan jiġi ċċarat ukoll fit-tabelli rilevanti fl-Annessi VIII u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kwantità totali disponibbli fis-snin li għaddew jenħtieġ li titneħħa.
(9) Il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4226 hija miftuħa għall-importazzjonijiet mill-Iżlanda tal-iSkyr, filwaqt li l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4227 hija miftuħa għall-importazzjonijiet mill-Iżlanda ta’ ġobnijiet minbarra l-iSkyr. Wara l-aħħar aġġornament tal-kodiċi TARIC għall-iSkyr, jenħtieġ li dan il-kodiċi jiġi integrat fit-tabelli ta’ dawk il-kwoti tariffarji fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.
(10) Minħabba d-diffikultajiet fl-użu sħiħ tal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4225, 09.4226 u 09.4227, fil-każ ta’ dawk il-kwoti, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit ta’ prova tal-kummerċ.
(11) Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-mudelli taċ-ċertifikati tal-IMA 1 stabbiliti fl-Anness XIV.5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, il-Partijiet A.1 u A.2, jenħtieġ li fil-kaxxa 16 jindikaw in-numru tal-kwota tariffarja li għalih jirreferi ċ-ċertifikat. Barra minn hekk, biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mal-kaxxa 4, jenħtieġ li l-kaxxa 3 tal-mudell taċ-ċertifikat tal-IMA 1 għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4195 u 09.4182 stabbiliti fl-Anness XIV.5, il-Parti A.2 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jkun fiha l-isem tax-xerrej minflok in-numru u d-data tal-fattura.
(12) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.
(13) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:
(1) fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: ;
(1)
4. Jekk applikant iressaq aktar applikazzjonijiet għal kwota tariffarja mill-għadd massimu stabbilit fil-paragrafu 3, l-ebda waħda mill-applikazzjonijiet ippreżentati għall-kwota tariffarja ma għandha tkun ammissibbli.
(2) L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: ;
(2)
Artikolu 9 Garanzija li għandha tiġi ddepożitata mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni
Meta l-ħruġ ta’ liċenzja jkun soġġett għad-depożitu ta’ garanzija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760, l-applikant għandu jiddepożita l-garanzija mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni fl-ammont stabbilit għal kull kwota tariffarja fl-Annessi II sa XIII ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista’ tobbliga lill-operaturi jippreżentaw il-garanzija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 fil-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzji, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237.
(3) fl-Artikolu 12(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(3)
(e) It-Taqsima 24 tal-liċenzja tal-importazzjoni jew it-Taqsima 22 tal-liċenzja tal-esportazzjoni għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni li L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ma għandux japplika.
(4) fl-Artikolu 16, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: ;
(4)
5. Fi żmien 4 xhur jew 210 ijiem kalendarji rispettivament, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
5.
(a) il-kwantitajiet mhux użati koperti minn liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni maħruġa; u
(b) il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti minn liċenzji tal-importazzjoni u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.
(5) L-Annessi I, VIII, IX, X, XII u XIV.5 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1 għandu japplika għall-perjodi tal-applikazzjoni għal-liċenzja li jibdew wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madanakollu:
(a) l-Artikolu 1(2) il-punti (3)(b)(i) u (ii), u (3)(c)(i) u (ii), u l-punt (6) tal-Anness għandhom japplikaw mill-ewwel jum tal-perjodu ta’ 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, fejn applikabbli, għall-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni li jiftaħ wara dak il-perjodu;
(b) il-punt (1)(b) u l-punt (5)(b) tal-Anness għandhom japplikaw għall-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda f’Lulju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
L-Annessi I, VIII, IX, X, XII u XIV.5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:
(1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1)
(a) ir-ringiela li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 titħassar;
(b) ir-ringieli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269 huma sostitwiti b’dan li ġej: 09.4268 Pollam Importazzjoni L-UE: eżami simultanju Iva Biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 Sa tmiem il-perjodu tal-kwota tariffarja Iva 09.4269 Pollam Importazzjoni L-UE: eżami simultanju Iva Biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 Sa tmiem il-perjodu tal-kwota tariffarja Iva
(2) fl-Anness VIII, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4281, ir-ringiela Kwantità f’kilogrammi, hija sostitwita b’dan li ġej: Kwantità f’kilogrammi 15000000 kg (ekwivalenti tal-piż tal-karkassa) diviżi kif ġej: 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru
(3) L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
(3)
(a) fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4225, ir-ringiela Prova tal-kummerċ, hija sostitwita b’dan li ġej: Prova tal-kummerċ Le
(b) it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4226 hija emendata kif ġej:
(b)
(i) ir-ringiela Deskrizzjoni tal-prodott hija sostitwita b’dan li ġej: Deskrizzjoni tal-prodott Skyr
(ii) ir-ringiela Kodiċijiet NM hija sostitwita b’dan li ġej: Kodiċijiet NM Ex04061050 (kodiċi TARIC 0406105010)
(iii) ir-ringiela Prova tal-kummerċ hija sostitwita b’dan li ġej: Prova tal-kummerċ Le
(c) it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4227 hija emendata kif ġej:
(c)
(i) ir-ringiela Deskrizzjoni tal-prodott hija sostitwita b’dan li ġej: Deskrizzjoni tal-prodott Ġobnijiet, minbarra Skyr tal-kodiċi TARIC 0406105010
(ii) ir-ringiela Kodiċijiet NM hija sostitwita b’dan li ġej: Kodiċijiet NM Ex0406 minbarra Skyr tal-kodiċi TARIC 0406105010
(iii) ir-ringiela Prova tal-kummerċ hija sostitwita b’dan li ġej: Prova tal-kummerċ Le
(4) fl-Anness X, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4282, ir-ringiela Kwantità f’kilogrammi, hija sostitwita b’dan li ġej: Kwantità f’kilogrammi 80548000 kg (ekwivalenti tal-piż tal-karkassa) diviżi kif ġej: 25 % għal kull subperjodu
(5) L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
(5)
(a) it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 titħassar;
(b) it-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269 huma emendati b’dan li ġej:
(b)
(i) ir-ringiela Prova tal-kummerċ hija sostitwita b’dan li ġej: Prova tal-kummerċ Iva. Il-prova tal-kummerċ hija meħtieġa biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760. 25 tunnellata
(ii) ir-ringiela Kwanità ta’ referenza hija sostitwita b’dan li ġej: Kwantità ta’ referenza Iva
(iii) ir-ringiela Operatur irreġistrat fil-bażi ta’ data LORI hija sostitwita b’dan li ġej: Operatur irreġistrat fil-bażi tad-data LORI Iva
(6) L-Anness XIV.5 huwa emendat kif ġej:
(6)
(a) fil-Parti A1, il-kaxxa 16 hija sostitwita b’dan li ġej:
(a)
16. Osservazzjonijiet:
16.
(a) kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4...
(b) maħsuba għall-ipproċessar
(b) il-Parti A2 hija emendata kif ġej:
(b)
(i) Numru u data tal-fattura hija sostitwita bi 3. Xerrej; fil-kaxxa 3, l-entrata 3.
(ii) il-kaxxa 16 hija sostitwita b’dan li ġej:
(ii)
16. Osservazzjonijiet:
16.
(a) kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4...
(b) maħsuba għall-ipproċessar