Gelex

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/331 tal-14 ta’ Frar 2023 li jemenda ċerti regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi sabiex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar eżenzjoni umanitarja

In forceVersion 2023-02-14from 2023-02-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/331@2023-02-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. 4.
  5. (2)
  6. Artikolu 7
  7. Artikolu 2
  8. 4.
  9. Artikolu 3
  10. Artikolu 4
  11. 1.
  12. Artikolu 4
  13. (1)
  14. 4.
  15. (2)
  16. Artikolu 5
  17. (1)
  18. 3.
  19. (2)
  20. Artikolu 3a
  21. 1.
  22. (3)
  23. Artikolu 6
  24. Artikolu 5

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea tista’ timponi miżuri restrittivi, inkluż l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi deżinjati. Ir-regolamenti tal-Kunsill jagħtu effett lil tali miżuri.

(2) Fid-9 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2664 (2022). Il-paragrafu 1 ta’ dik - ir-Riżoluzzjoni tintroduċi eżenzjoni għas-sanzjonijiet fil-forma ta’ ffriżar tal-assi imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitati tas-Sanzjonijiet tiegħu għal assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, applikabbli għal ċerti atturi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2664 (2022) huwa magħruf bħala l-eżenzjoni umanitarja.

(3) Fl-14 ta’ Frar 2023 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/338, sabiex iġġib fis-seħħ ir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) fil-liġi tal-Unjoni.

(4) Ir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tenfasizza li meta l-eżenzjoni umanitarja tmur kontra riżoluzzjonijiet preċedenti, hija għandha tissostitwixxi tali riżoluzzjonijiet preċedenti sal-punt ta’ tali kunflitt. Madankollu, ir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tiċċara li jibqa’ fis-seħħ il-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni 2615 (2021) tal-KSNU.

(5) Ir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) titlob li fornituri li jiddependu fuq l-eżenzjoni umanitarja jagħmlu sforzi raġonevoli biex jimminimizzaw l-akkumulazzjoni ta’ kwalunkwe benefiċċju pprojbit minn sanzjonijiet, bħala riżultat ta’ dispożizzjoni jew devjazzjoni diretta jew indiretta, lil individwi jew entitajiet elenkati skont ir-Regolament rilevanti, inkluż billi jsaħħu l-ġestjoni tar-riskju u l-istrateġiji u l-proċessi ta’ diliġenza dovuta.

(6) Dawn l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(7) Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, (KE) Nru 305/2006, (UE) Nru 356/2010, (UE) Nru 224/2014, (UE) Nru 1352/2014 u (UE) 2022/2309, jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: .

(1)

4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:

4.

(a) min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);

(e) l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f) atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(2) L-Artikolu 7 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(2)

Artikolu 7

1. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, bl-għarfien u bl-intenzjoni, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li b’mod dirett jew indirett jevitaw l-Artikolu 4(1) sa (3) jew li jinkoraġġixxu l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3.

2. Kwalunkwe informazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kienu jew qed jiġu evitati għandha tkun mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imniżżla fil-lista fl-Anness V, u, b’mod dirett jew permezz ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, għandha tkun mgħarrfa l-Kummissjoni.

Artikolu 2 Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 305/2006 jiddaħħal il-paragrafu li ġej

Artikolu 2

4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:

4.

(a) min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);

(e) l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f) atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet..

Artikolu 3 Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010, l-Artikolu 4 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 3

Artikolu 4

1. L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet jitwettqu:

1.

(a) min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);

(e) l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f) atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2. L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta min-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li qiegħdu għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, meta dawn ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ma kinux ser ikunu koperti minn din l-eżenzjoni..

Artikolu 4 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 4

(1) Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej: .

(1)

4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:

4.

(a) min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);

(e) l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f) atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(2) L-Artikolu 12 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(2)

Artikolu 12 Il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri imsemmija fl-Artikoli 2, 5(1) u 5(2) hija pprojbita..

Artikolu 5 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 5

(1) Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: .

(1)

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:

3.

(a) min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e) l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f) atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(2) L-Artikolu 3a jiġi sostitwit b’dan li ġej: .

(2)

Artikolu 3a

1. B’deroga mill-Artikoli 1a u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu, taħt tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, u dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina fuq bażi ta’ każ b’każ li tkun meħtieġa deroga biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ organizzazzjonijiet umanitarji oħra fil-Jemen jew għal kwalunkwe għan ieħor konsistenti mal-objettivi tal-KSNU 2140 (2014) u l-KNSU 2216 (2015), jawtorizzaw:

1.

(a) l-għoti ta’ assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-attivitajiet deskritti fl-Artikolu 1a;

(b) ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi.

2. Il-paragrafu 1(b) huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3).

(3) L-Artikolu 10 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(3)

Artikolu 10 Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, bl-għarfien u bl-intenzjoni, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1) u 2(2)..

Artikolu 6 L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 6

Artikolu 5 L-Artikolu 3(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:

Artikolu 5

(a) min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);

(e) l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

(f) atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet..

Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2023. Għall-Kunsill Il-President E. Svantesson

Versions

  1. 2023-02-14