Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/409 tat-18 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu ta’ ossidu tal-kalċju f’fertilizzanti inorganiċi solidi sempliċi b’makronutrijenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2022-11-18from 2023-03-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/409@2022-11-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mis-16 ta’ Lulju 2022.

(2) F’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009, fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b’makronutrijenti, li jkollu l-kalċju biss bħala makronutrijent iddikjarat, għandu jkun fih mill-inqas 12 % skont il-massa ta’ kalċju espress bħala ossidu tal-kalċju.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1666 emenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 billi introduċa l-kelat tal-kalċju tal-aċidu imminodisuċċiniku (Ca-IDHA) bħala tip ġdid ta’ fertilizzant tal-KE. Il-kontenut minimu ta’ nutrijenti f’dak il-fertilizzant huwa 9 % ta’ ossidu tal-kalċju.

(4) Is-Ca-IDHA huwa fertilizzant li jipprovdi l-kalċju makronutrijenti lill-pjanti. Fil-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fir-Regolament (KE) Nru 2003/2003, instab li dan it-tip ta’ fertilizzanti tal-KE kien agronomikament effiċjenti. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jenħtieġ li jiġi emendat biex jitqies l-iżvilupp tekniku li seħħ wara l-adozzjoni tiegħu u għalhekk il-kontenut minimu ta’ ossidu tal-kalċju f’fertilizzanti inorganiċi solidi sempliċi b’makronutrijenti jenħtieġ li jitnaqqas minn 12 % għal 9 %. It-tnaqqis tal-kontenut minimu tal-ossidu tal-kalċju jintroduċi dan it-tip ta’ fertilizzant fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni u b’hekk jiffaċilita l-moviment liberu tiegħu fis-suq uniku. Dan l-adattament huwa marbut mal-kriterji tal-effiċjenza agronomika tal-fertilizzanti, u mhux qed inaqqas l-istandards għoljin ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009.

(5) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fil-Parti II, fil-PFC 1(C)(I)(a)(i), il-punt 2, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

(e) 9 % skont il-massa, ta’ ossidu tal-kalċju (CaO) totali,.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2022-11-18